Madonna tar-Ruzarju Print
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 04 October 2014 17:05

Festa Madonna tar-Ruzarju

 

IMG_9224

 

Ix-xahar t’Ottubru hu sinonimu mat-talba tar-ruzarju imqaddes li hi tant specjali u ghaziza ghalina l-insara, li b’devozzjoni kbira nemmnu f’Marija Santissima. F’dan ix-xahar il-Parroccca Arcimatrici ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormi tfakkar il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju u tishaq fuq id-devozzjoni li ghandu jkollna lejn din it-talba. Il-festa issir dejjem fl-ewwel Hadd t’Ottubru, proprju nhar il-Hadd 5 t’Ottubru. L-ewwel ikun hemm celebrazzjoni solenni fil-Knisja u wara ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija issegwi purcissjoni li tghaddi mit-toroq ewlenin tal-Parrocca Gorgjana.

 

Fil-purcissjoni tinhareg l-istatwa sabiha ta’ Karlu Darmanin li hi xoghol fil-kartapesta tal-1860. Jinghad li qabel din l-istatwa kien hemm ohra aktar antika li sahansitra kienet issawret fl-injam qabel il-vara titulari ta’ San Gorg. B’hekk il-Madonna tar-Ruzarju kienet l-ewwel statwa processjonali f’Hal Qormi, u possibilment wahda mill-ewlenin f’Malta. Izda sal-illum din l-istatwa ghandna ma nafux x’sar minnha. Fl-antik din il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju kienet tohrog ukoll f’Mejju u kienet tissejjah il-festa tal-Madonna tal-Ward.

 

Il-Purcissjoni ta’ nhar il-Hadd 5 t’Ottubru issir bis-sehem tal-fratellenzi kollha tal-Parrocca. Waqt il-purcissjoni jinghad ir-ruzarju u kulhadd hu mistieden biex igib mieghu kuruna tar-ruzarju u jippartecipa f’din il-festa Marjana. It-Tlieta 7 t’Ottubru, biswit l-istatwa tal-gebel tal-Madonna ta’ Ruzarju tigi iccelebrata quddiesa fil-miftuh fejn kulhadd huwa mistieden jattendi specjalment dawk li joqghodu fl-inhawi ta’ Triq San Pietru.

 

Last Updated on Saturday, 04 October 2014 17:12