It-tmexxija tal-Kumitat Festi Esterni Print
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 05 May 2009 13:21

It-tmexxija tal-

Kumitat Festi Esterni

poster presidenti tal-kumitat

Bla dubju ta’ xejn il-festa ta’San Gorg Martri mhux biss hija fost l-ewlenin fil-gzejjer Maltin, izda wkoll popolari u mfittxija mid-dilettanti tal-festa. Dan hu rizultat tal-hegga u l-imhabba li l-poplu Qormi dejjem iffesteggja l-festa ta’San Gorg Martri. Fattur iehor xejn anqas importanti li kompla sahhah il-festa Gorgjana hu t-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri fl-1919,li kompla kabbar u sahhah f’kull settur din-il-festa.

 

Dak kollu li sar tul dawn l-ahhar disghajn sena qatt ma kien ikun possibli li kieku l-Kumitat tal-Festa ma kellux nies kapaci fl-organizzazzjoni u fit-tmexxija. Dan flimkien mal-hidma u l-hegga tal-membri fil-kumitat,li tul dawn is-snin taw l-energija u l-imhabba taghhom fil-hidma ghall-festa ta’ San Gorg. F’din il-kitba qed inwassal taghrif fuq il-presidenti tal-Kumitat Festi Esterni sa mit-twaqqif tieghu, sabiex anke l-generazzjoni tal-lum mhux biss tkun taf bihom, izda taghraf tapprezza l-hidma taghhom, biex ahna llum qed ingawdu mix-xoghol, mil-hidma u s-sagrificji taghhom.


Insibu l-ewwel president li waqqaf il-Kumitat Festi Esterni, il-kappillan Dun Vincenz Azzopardi, li dam president mill-1919 sa 1925. Dun Vincenz mhux biss ta direzzjoni u mexxa dan l-ewwel kumitat, izda rnexxielu jghaqqad u jigbor flimkien bi skop wiehed, dawk l-elementi differenti li jsawru l-festa taghna. L-idea tieghu mhux biss kienet tajba fi zmienu, izda ghadha tajba sal-lum u giet ikkupjata minn hafna bliet u rhula ohra.


It-tieni president kien it-tabib Federico Maempel, li lahaq wara Dun Vincenz Azzopardi fl-10 ta’ Mejju 1925. Dam izomm il-kariga sal-1947. Huwa kellu jirtira mill-kariga ghall-elezzjoni u kien elett bhala deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa miet sena wara fid-9 ta’ Dicembru 1948. Kien ghamel zmien jghinu bhala vici-president, l-Avukat Dr.G.Mifsud Speranza. It-tabib Federico Maempel kien bniedem umli u mahbub mill-poplu Qormi u taht it-tmexxija tieghu tul tnejn u ghoxrin sena, il-festa Gorgjana ghaddiet minn zminijiet tad-deheb. Fi zmienu l-akbar ammont ta’ baned mistiedna gew idoqqu fil-festa ta’ San Gorg.

 

L-armar fit-toroq taghna ha dehra gdida. Bizzejjed insemmu l-armar gdid, it-trofej u l-pedestalli ta’ l-angli ta’ Triq il-Kbira sa Pjazza San Frangisk kollha saru fi zmienu. Taht it-tmexxija tat-Tabib Federico Maempel saret l-akbar taqliba fis-sistema u l-izvilup tal-piroteknika f’Hal Qormi u f’Malta. Il-Kumitat tal-Festa mill-1926 sa l-1936, ghal hdax-il sena konsekuttiva, gab professuri tal-piroteknika mill-Italja u Sqallija sabiex fl-ahhar xahrejn jigu jahdmu n-nar ghall-festa ta’ San Gorg. Kienu jintuzaw ricetti u sistemi kompletament godda ghal Malta li wara gew ikkupjati mid-dilettanti Qriema u nfirxu ma’ Malta kollha. Bhala rikonoxximent ghall-hidma tieghu lejn il-poplu Qormi,il-pjazza ta’ quddiem l-iskola tal-gvern, giet imsemmija propju ghalih, ‘Pjazza Federico Maempel’.


It-tielet president tal-kumitat kien il-prokuratur legali s-Sur Fort Ellul, li kompla wara Dottor Federico mill-1947 sal-1952. Tajjeb li nghidu li l-amministrazzjoni tal-kumitat tal-festa dejjem kienet fil-kumpless tal-Kazin tal-Festa, fejn illum hemm il-venda tal-karozzi tal-linja. Illum qed jintuza mill-Ghaqda tan-Nar 23 t’April.


Fl-1952 wara s-Sur Fort Ellul, lahaq president Dr. Maurice Ellul li kien ha l-lawrja ta’ tabib fl-1946. Huwa kien joqghod fid-dar li fiha kien jghix is-Sindku l-Ispizjar Stanislaw Gatt fi zmien l-imblokk tal-Francizi f’Malta, jigifieri fi Triq Santa Katerina. Fi zmien Dr. Maurice Ellul saru festi kbar u specjali tat-33 cinkwantenarju mill-martirju ta’ San Gorg. Huwa kellu jhalli l-kariga peress li gie nominat tabib distrettwali f’Ghawdex. Fl-1966 lahaq ‘Principal Medical Officer’ sa l-1977. Dr. Maurice Ellul mar igawdi ’l-Mulej f’Settembru ta’ l-1996 fl-eta` ta’ 73 sena. Bhala tabib tal-familja kien mahbub, umli u bniedem gentlom.


Fl-1954 lahaq President tal-Kumitat Festi Esterni l-Perit Anthony Borg li dam izomm din il-kariga sal-1958. Minhabba diversi problemi tal-kumitat tal-festa, b’sens ta’ rgulija fl-1958 irrinunzja l-kariga tieghu u ha l-kariga ta’ segretarju tal-kumitat. Il-Perit Anthony Borg kien kwiet u mahbub mill-Qormin. Huwa mar jiltaqa’ mal-Mulej fis-sliem nhar il-15 ta’ Dicembru 2007, fl-eta` ta’ 86 sena.


Fl-1958, ha t-tmexxija l-Arcipriet Dun Gerald Frendo li dam imexxi l-Kumitat Festi Esterni sal-1977, meta mbaghad lahaq Monsinjur tal-Katridral. Tajjeb li nghidu li sa minn zmien l-Arcipriet Dun Gerald Frendo, il-Kumitat tal-Festa Esterna dejjem baqa’ jigi ppresedut mill-arcipriet pro tempore. Il-kumitat konvint li ghalkemm l-iskop tal-kumitat hu l-festa esterna, pero` ma tistax tifred il-festa ta’ San Gorg Martri mill-harsien u t-tmexxija tal-parrocca. Nistghu nghidu li z-zminijiet tal-festi f’Malta fi zmien l-Arcipriet Dun Gerald Frendo kienu ibsin ghal bosta ragunijiet. Dun Gerald dejjem kien ta’ spalla u t’ghajnuna kbira ghall-kumitat biex il-festa ta’ San Gorg tibqa’ bhal dejjem festa kbira.


Bejn l-1978 u l-1981 kellna arcipriet Mons.Dun Pawl Attard li wkoll kien il-president tal-Kumitat Festi Esterni. Mill-1981 sal-1987, il-Kumitat Festi Esterni kien ippresedut mill-Arcipriet Dun Edgar Attard.Bejn l-1987 u l-1994, il-Kumitat kien ippresedut mill-Kanonku Arcipriet Dun Karm Aquilina meta mbaghad lahaq Monsinjur tal-Katridral, u fi zmienu zzanzan is-sandli tad-deheb li jzejjen l-istatwa titulari ta’ San Gorg Martri.


Bejn l-1994 u l-2005, il-Kumitat Festi Esterni ghadda ghal taht idejn Dun Frans Abdilla, li fi zmienu gie mfakkar b’ festi kbar u spegjali s-sbatax –il centinarju mill-martirju ta’ San Gorg Martri.


Mill-2005, il-Kumitat huwa ppresedut mill-Arcipriet presenti, il-Kanonku Dun Anton Cassar.

kan.anton cassar.president 2005-

Tul il-medda ta’ disghajn sena, il-Kumitat Festi Esterni, taht direzzjoni ghaqlija ta’ persuni abbli fit-tmexxija, li flimkien mal-membri, dejjem taw l-ahjar ghall-gid tal-festa u l-imhabba lejn San Gorg Martri.

 

Pawlu Sammut

Segretarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Last Updated on Wednesday, 30 September 2009 13:31