Home Storja
Storja PDF Print E-mail
Min Ahna ?
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 24 January 2009 19:31

Taghrif u Storja

Analizi migbura minn Pawlu Sammut,

Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri

It-twaqqif tal-Kumitat

Fil-bidu tas-seklu ghoxrin fil-Parrocca ta’ San Gorg f’Hal Qormi beda jinhass il-bzonn li jkun hemm kordinazzjoni ahjar f’dak kollu li ghandu x’jaqsam mal-festa titulari li tigi celebrata fuq barra. Il-festa esterna f’Hal Qormi anke f’dawk iz-zminijiet kienet fost l-ewlenin f’gziritna, izda kien hemm hafna affarijiet li setghu isiru ahjar.

 

Fl-1918 lahaq il-Kappilan Dun Vincenz Azzopardi bhala r-raghaj spiritwali tal-parrocca Gorgjana.Dun Vincenz ra kemm verament il-poplu Qormi ghandu ghal qalbu l-festa ta’ San Gorg, “mifruxa mal-inhawi kollha ta-rahal, b’kull xaqliba jew akwata tigbor u torganizza biex izejjen u taghmel il-festa”. Sab ukoll nuqqas ta’ qbil u ntoppi bejn il-prokuratur tal-festa u l-kazini tal-baned [1]. Ghalhekk hass il-htiega li johloq organizzazjoni gdida sabiex waqt li jnehhi r-responsabbilta` tal-festa esterna minn fuq il-prokuratur, tkun tista tigi organizzata ahjar il-festa ta’ San Gorg.

 

Il-hsieb ta’ Dun Vincenz Azzoppardi kien wiehed verament innovattiv ghal dak iz-zmien.Kien fid-29 ta’ Gunju tal-1919 li twaqqaf il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, li hu l-ewwel kumitat tax-xorta tieghu f’Malta u Ghawdex, b’responsabbilta diretta tal-festa ta’ barra.Mill-minuti tal-ewwel seduta tal-Kumitat nistghu naraw min kienu n-nies li ffurmaw din l-ghaqda gdida f’Hal Qormi :

 

President          –  Kappilan Dun Vincenz Azzopardi

Segretarju         – Dun Gwann Porsella Flores

Tezorier            – Dun Vincenzo Borg

Membri              – Carmelo Mallia, Giorgio Stivala, Giuseppe Scerri, Giorgio Cassar, Giorgio Borg, Paulo Caruana, Luigi Cassar, Vincenzo Agius, Antonio Azzoppardi, Giuseppe Camilleri, Giorgio Zammit, Giorgio Zarb, Gio Marie Scicluna, u Carmelo Galea.

 

Il-baned fil-festa sa mit-twaqqif tieghu l-Kumitat ha f’idejh ir-responsabbilta` tal-baned kollha tal-festa, waqt li ikkordina maz-zewg baned – kemm mal-Banda Pinto u l-Banda San Gorg Martri meta l-festa ta’ San Gorg kienet tigi celebrata ma Hal Qormi kollu, u mal-Banda San Gorg Martri u l-Banda Anici fil-parrocca Gorgjana.Tul is-snin li ilu imwaqqaf il-Kumitat Festi Esterni, tista tghid li kull banda barranija f’xi zmien jew iehor hadet sehem fil-festa ta’ San Gorg. Kien hemm zmien meta hadu sehem 16-il banda fil-jiem tal-festa. L-aktar zewg baned mistiedna kienu il-Banda Duke of Edinburgh tal-Birgu, illum Banda San Lawrenz, u l-Banda La Stella tal-Gudja [2]


Il-Loghob tan-Nar Fil-Festa

Il-loghob tan-nar Meta twaqqaf il-Kumitat Festi Esterni n-nar fil-festi Maltin kien principarjament jikkonsisti minn sparar ta’ maskli, u hruq ta’ rdieden tal-gassijiet.F’Hal Qormi fil-bidu tas-seklu ghoxrin kienet diga tezisti ghaqda ta’ dilettanti tan-nar li tiehu hsieb in-nar tal-festa bl-isem Casino Vallone. Dan kien jinsab fil-wied f’tarf it-telgha lejn il-Kappella ta’ Santa Marija fuq Tal-Blat.Wara hafna laqghat u diskussjonijiet din l-Ghaqda fl-1923 inghaqdet mal-Kumitat Festi Esterni, u minn dik is-sena n-nar kollu fil-festa ta’ San Gorg u l-kamra tan-nar kienu responsabbilta` tal-Kumitat.

 

Il-Kumitat xtaq li jgholli l-livell u l-kwalita` tan-nar fil-festa Gorgjana. Insibu f’dak iz-zmien lil Dun Vincenz Borg u lil Dun Gwann Parsella Flores jaghmlu kuntatti u korrispondenza ma’ diversi persuni fil-qasam tal-piroteknika fl-Italja u Sqallija. Bl-approvazzjoni tal-Kumitat, ghall-ewwel darba f’Malta ngiebu esperti tal-piroteknika minn barra biex jahdmu f’Hal Qormi ghall-festa ta’ San Gorg.

 

Minn dak iz-zmien ‘il quddiem bdiet taqliba shiha fin-nar, bi kwalita` u sistemi godda, tant li f’Hal Qormi intuzaw ricetti li wara gew ikkupjati fil-festi Maltin.Mill-1926, ghal hdax-il sena konsekuttiva l-Kumitat, bi spejjjes ghalih, gab esperti f’dan il-qasam biex jigu jahdmu n-nar ghal xaharejn shah qabel il-festa. Iddahhlu ukoll kuncetti unici bhall-famuza Batteria Spaniola. Din l-espressjoni intuzat ghall-ewwel darba f’Hal Qormi meta Ignazio Potenzione haraq kaxxa hekk kif l-istatwa ta’ San Gorg fegget fil-bieb tal-Knisja f’Jum il-Festa. Il-Qriema u l-folla prezenti assocjaw dan l-isparar mal-azzarini Spanjoli tal-gwerra f’Madrid. Ghalhekk nibet it-terminu kaxxa spanjola.

 

Terminu iehor li beda f’Hal Qormi fil-festa ta’ San Gorg b’rabta mal-loghob tan-nar kien kaxxa infernali. Waqt li inharqu numru kbir ta’ murtali flimkien, Dun Vincenz Borg esklama b’vuci qawwija ‘cosi l-inferno’, u minn dakinhar bdiet tintuza l-frazi kaxxa infernali.Permezz ta’ dawn l-esperti Taljani, il-Qriema setghu jaraw mill-qrib dan il-mistier u jitharrgu fih. Malajr xorbu din is-sengha u akwistaw diversi ricetti ta’ kif ihalltu l-provizjon. Tant li tlett snin biss wara l-wasla tal-ewwel Taljani, bdiet issir kompetizzjoni lejliet il-festa bejn id-dilettanti Qriema u l-esperti mill-Italja.In-nar fil-festa ta’ San Gorg lahaq popolarita kbira u kien mistenni minn Malta kollha.

 

Fil-ktieb ta’ Karmenu Psaila Il-Knisja Arcimatrici ta’ Hal Qormi 1436 – 1936 f’pagna 190 insibu hekk: “Ghall habta tad-disgha ta’ bil-lejl kotra kbira ta’ nies jibdew gejjin biex jaraw il-loghob tan-nar li jsir gol-wied…mal-20,000 ruh bejn wiehed u iehor”.Il-fama tal-parocca San Gorg ghall-loghob tan-nar griet ma’ Malta kollha tant li bosta parrocci ohrajn bdew jordnaw in-nar ghall-festi taghhom.Il-Kumitat Festi Esterni baqa direttament responsabbli mill-Kamra tan-Nar sa nofs is-snin hamsin meta fi zmien qasir graw zewg incidenti fatali li hallew tliet vittmi.

 

L-Armar u Tizjin fit-Toroq

L-armar fil-festa ta’ San Gorg Aspett importanti ghall-festa Gorgjana hu l-armar u t-tizjin fit-toroq taghna. Nistghu nghidu bla tlaqliq li dak li qed ingawdu llum hu frott il-hidma tal-membri tal-Kumitat Festi Esterni. Sa mill-1919 dan il-Kumitat irsista u ta attenzjoni specjali lill-armar tal-festa. Insibu, per ezempju, li fl-ewwel seduti l-Kumitat approva li jsiru sett angli u pedestalli godda ghal Triq il-Kbira.Bosta persuni ta’ sengha u arti taw kontribut fl-armar artistiku li jzejjen it-toroq taghna. Fost l-artisti ewlenin li hadmu xoghol ghall-Kumitat insemmu lil Vincenzo Cremona, Carlo Dramanin, Carmelo Mallia ‘il-Lhudi’, Alfred Camilleri Cauchi, Michael Camilleri Cauchi, Renzo Gauci u Silvio Pace.Anke diversi disinjaturi rinomati hadmu xoghol ghall-festa ta’ San Gorg.

 

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 

Fost dawn insemmu lill-Professur Nicola Zammit, il-Perit Luigi Vella, Giuseppe Cali, Censu Scicluna ‘ta’ Randa’, u Giuseppe Muscat. Fl-ahhar snin il-maggoranza tad-disinji saru minn Silvio Pace.Bhala parti mill-istorja tal-armar tal-festa tajjeb insemmu l-hidma u s-sehem ewlieni tal-Kumitat Festi Esterni sabiex l-armar li sar ghal San Gorg jibqa ghall-festa ta’ San Gorg.Meta l-awtorita` eklessjastika hasset li ghandha taqsam lil Hal Qormi f’zewg parrocci u tohloq parrocca ohra fl-1936, il-Kumitat Festi Esterni wahdu fetah kawza l-Qorti ghaliex riedu li l-armar li kien jintrama in-naha ta’ San Bastjan jibqa fil-parrocca l-gdida. Ghall-Kumitat deher is-Sur Giorgio Baldacchino meghjun mill-Professur Giuzeppe Degiorgio.Il-Qorti fid-19 ta’ Gunju 1939 tat id-decizjoni mill-appell u kkonfermat li l-armar li kien sar ghal San Gorg ghandu jibqa jintrama ghall-festa ta’ San Gorg.

 

Grajjiet Storici

Mumenti tad-deheb fl-istorja tal-Kumitat Tajjeb infakkru ukoll tliet okkazjonijiet meta l-armar sabih tal-festa taghna hareg ‘il barra mill-Belt Pinto.Insemmu l-4 ta’ April 1948 meta fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tax-Xbieha tal-Madonna tas-Sahha tar-Rabat il-Palk Principali ta’ Pinto li kien izzanzan fl-1884 gie armat fuq il-Fosso tal-Floriana. Hemmhek giet inkurunata l-Madonna mill-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof Mikiel Gonzi.Okkazjoni ohra kienet taghmel parti mill-inkurunazzjoni tar-Regina Elizabbetta II fejn saret manifestazzjoni mat-toroq tal-Belt Valletta bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-Ziemel. L-istatwa ta’ Vincenzo Cremona iddahlet b’defile u ddawret tul it-toroq tal-kapitali.Fl-ahharnett insemmu li l-armar tal-Pjazza San Frangisk, flimkien mal-istatwa ta’ Malta, gew esebiti fir-Renju Unit ghall-okkazjoni tal-International Boat Show. Dan l-armar ittiehed Londra f’Jannar tal-1989.

 

Rabta dejjiema mal-Knisja u mal-Arcipriet Sa mit-twaqqif tal-Kumitat fl-1919 dejjem kien hemm persuni li b’hidmiethom urew kemm ghandhom ghal qalbhom it-tempju Gorgjan. Insibu membri fil-Kumitat jirsistu biex jingabru l-linef sbieh tal-kristall, biex sar il-ventartal tad-Duluri, standardi u opri ohra.Membri tal-Kumitat Festi Esterni irsistew biex il-parrocca ssir Arcipretali, biex Triq Anici tibqa taghmel mal-parrocca Gorgjana, u biex is-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas jerga jigi amministrat mill-parrocca Gorgjana.Infakkru li fl-okkazjoni tal-250 sena minn meta zzanznet l-istatwa Titulari, il-Kumitat hadem u rsista biex sar is-Sandli tad-Deheb lil San Gorg [3], u bi preparazzjoni ghac-Centinarju tal-2003 hadem bis-shih biex saret il-hidma ta’ restawr, zeba, u dekorazzjoni fil-Knisja.Tajjeb nghidu li anke l-innijiet processjonali [4] li jindaqqu f’Jum il-Festa, kienu ukoll inizjattiva tal-Kumitat Festi Esterni.

 

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 

Fost l-ohrajn insemmu li l-Innu Popolari ‘Fjur ta’ Martri’ li zzanzan fl-1945 b’muzika ta’ Mro. Giuseppe Camilleri u versi tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila.Ir-rabta mal-Knisja kompliet tikber meta gie deciz f’nofs is-snin hamsin li l-President tal-Kumitat jibda jkun il-Kappilan pro tempore.Il-President kollha li mexxew il-Kumitat Festi Esterni jidhru hawn taht :

 

Kappilan Dun Vincenz Azzopardi                              1919 – 1925

Dr. Federico Meampel                                               1925 – 1947

Il-Prokuratur Legali s-Sur Fort Ellul                           1948 – 1952

Dr. Maurice Ellul                                                        1952 – 1954

Il-Perit Anthony Borg                                                1954 – 1958

Rev. Arcipriet Mons. Gerald Frendo                         1958 – 1977

Rev. Arcipriet Mons. Pawl Attard                             1977 – 1981

Rev. Arcipriet Mons. Edgar Attard                           1981 – 1987

Rev. Arcipriet Kanonku Dun Karm Aquilina               1987 – 1994

Rev. Arcipriet Dun Frans Abdilla                               1994 – 2005

Rev. Arcipriet Kanonku Dun Anton Cassar               2005 –

 

Hidma kontinwa tul l-ahhar snin Fl-1982 twaqqfet is-Sezzjoni Nisa fi hdan il-Kumitat biex tghin fl-organizzazjoni ta’ attivitajiet, u fis-sena 2000 twaqqfet is-Sezzjoni Zghazagh.Maz-zmien bdew isiru diversi attivitajiet socjali u kulturali. B’dan il-mod, waqt li nkunu qed nghinu l-festa, inzommu hajja l-parrocca Gosrgjana u nkomplu nghollu isem il-Belt Pinto. Ewlenin fil-lista ta’ attivitajiet insibu il-Qormi Wine Festival f’Settembru – li issa sar attivita` nazzjonali – il-Lejla Gorgjana f’April, il-Wirja tal-Gimgha Mqaddsa fil-Mahzen, u l-Lejla Muziko-Letterarja f’Dicembru b’rizq dawk l-aktar fil-bzonn.Minbarra dan kollu, fost l-attivitajiet li jsiru regolari insemmu l-ikliet kull xahar fil-mahzen centrali, it-tombla organizzata min-nisa, u l-inizjattiva tas-Sezzjoni Zghazagh li jsir kalendarju. Insemmu ukoll il-fieri li jsiru fis-sajf, il-BBQ’s tal-Ghadira, u BBQ iehor li beda jsir fl-ahhar snin qabel il-festa, fil-bidu ta’ Gunju.Il-Kumitat ghandu wkoll rabta mal-Kumitat tal-Festa San Gorg Association ta’ Toronto l-Kanada.

 

Din l-assocjazzjoni nghatat armar u tizjin mill-Kumitat biex jigi armat ghall-festa l-kbira li l-komunita` Maltija torganizza f’Toronto f’gieh San Gorg.F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ armar, fl-ahhar snin saret hidma kontinwa u bla waqfien fuq diversi progetti. Beda r-restawr ta’ Pjazza Vitorja, saru bnadar godda ghat-trufej - li uhud minnhom ghall-ewwel darba saru bis-salib tal-kavallieri u s-salib ta Gerusalemm – tlesta x-xoghol fuq San Gorg taz-Ziemel li jintrama fil-Pjazza mill-artist Qormi Silvio Pace, sar armar gdid u statwa ta’ San Gorg ghaz-zona ta’ wara l-Ghassa, saru pavaljuni godda fi Triq Kardinal Sciberras, fi Triq il-Kbira u Triq Anici, u beda x-xoghol fuq pedestalli godda ghall-angli ta’ Triq il-Kbira.Fl-istess waqt gew irhamati mill-gdid diversi pedistalli, u sar restawr fuq l-istatwa ta’ San Gorg li tintrama fi Triq il-Kbira.

 

Festi Centinarji 2003

Fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji tal-2003, is-Sezzjoni Zghazagh harget CD b’gabra ta’ diski fuq il-hajja u l-martirju ta’ San Gorg, filwaqt li saret ukoll statwa tal-gebel fl-inhawi maghrufa bhala Ta’ Farzina.

 

Is-Sezzjoni Zghazagh hadet sehem fil-European Youth Week 2008 ghal gimgha shiha gewwa l-Belt Valletta. F’Jannar 2009, il-Kumitat Festi Esterni ha sehem ukoll f’wirja gewwa l-Kazin tas-Socjeta Filarmonica Nazionale La Vallette fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina.  Lejn l-ewwel Centinarju tal-Kumitat Ghalkemm tul l-ahhar disghin sena sar hafna, zgur li l-Kumitat Festi Esterni mhux se jieqaf u jistrieh fuq is-successi li kiseb.Harstu hi mitfuha lejn is-sena 2019, meta jigi imfakkar ic-Centinarju tal-ewwel Kumitat f’Malta li twaqqaf biex jiehu hsieb il-festi esterni ta’ parrocca.Ghalhekk il-Kumitat hadem biex qabel xejn saret din il-website li se tkun mezz ta’ kif iwassal l-informazzjoni dwar dak kollu li jkun ghaddej fl-imhazen tal-parrocca taghna b’rabta mal-armar.

 

Izda mhux biss – il-website taghti ukoll informazzjoni utli dwar attivitajiet li qed jahdem fuqhom il-Kumitat. Hemm inizjattivi ohra. Kif sar fil-31 ta’ Novembru 2008, meta l-Kumitat organizza gurnata li fiha l-parruccani taw donazzjonijiet tad-demm, ghandhom jigu organizzati aktar inizjattivi ta’ karita` bhal din. U zgur li l-Lejla Muziko-Letterarja b’rizq id-Dar tal-Providenza ghandha tkompli tikber u tisahhah.Hidma ukoll fl-armar. Bhalissa qed isiru gastri godda ghall-Pjazza San Frangisk, bandalori godda ghal Triq il-Kbira, u l-pavaljuni ta Triq il-Vitorja – kollox bil-hidma volontarja ta’ ghexieren ta’ dilettanti ta’ festa.

 

Fl-ahhar u mhux l-inqas, insemmu l-aktar inizjattiva ricenti li dahal ghaliha l-Kumitat Festi Esterni – it-twaqqif tar-Radju Lehen il-Belt Gorgjana, li tul is-snin li gejjin ghandu jzomm l-appuntament tieghu biex ikun il-vera vuci mhux biss tal-Kumitat izda tal-parrocca kollha.Il-Kumitat ghandu hafna progetti. U qed ihares ‘il quddiem biex jiccelebra bi kbir il-100 sena mit-twaqqif tieghu. Fuq kollox, ghandu jkompli jkattar l-isem tal-Padrun taghna San Gorg u tal-parrocca taghna.

 


[1] Sal-1936 iz-zewg baned tal-parrocca kienu dawn tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u s-Socjeta` Filarmonika Pinto. Din tal-ahhar infirdet minn mal-parrocca Gorgjana mat-twaqqif tat-tieni parrocca f’Hal Qormi. Kienet ezisti ukoll Orkestra f’kazin fi Pjazza San Frangisk.

 

[2] Din il-banda ghadha sal-lum tigi mistiedna fil-Jum tal-Festa, takkumpanja l-purcissjoni.

[3] Is-Sandli tad-Deheb, mahdum minn Louis Carabot, gie imbierek fil-Knisja Arcipretali nhar it-22 ta’ Gunju 1991 mill-Arcipriet Aquilina.

[4] Dawn l-innijiet jinsabu migbura f’CD irrekordjata fuq inizjattiva tal-Kumitat Festi Esterni that id-Direzzjoni ta’ Mro. Archibald Mizzi.

Last Updated on Wednesday, 30 September 2009 13:32
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday170
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week2511
mod_vvisit_counterThis month11276
mod_vvisit_counterAll2508349
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -