Home TiKKa Attwalita Beltna - Hal Qormi
Beltna - Hal Qormi PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 24 January 2009 19:28

Hal Qormi

Hal Qormi hu post bi storja kbira u ghani bosta bil-patrimonju, li ghadna ngawduh sa llum. Dan hu rahal mibni biswit wiehed mill-akbar widien ta' Malta. Jinsab pjuttost fil-baxx bhalma jixhed il-motto tieghu "Noghla mill-baxx".

Il-Qriema kienu jaqilghu l-ghajxien taghhom mir-raba, mit-taghsir tal-gheneb ghall-inbid, mill-hami tal-hobz kif ukoll mill-qtil u l-bejgh ta' l-annimali.

Dan ir-rahal hu mimli bi fran tant li fl-imghoddi kien jissejjah Hal Fornaro ghall-ahjar hobz, qaghaq tal-hmira u biskuttelli li kien maghruf ghalihom Hal Qormi. ll-Qriema saru l-esperti tal-hobza Maltija li tant barranin jitpaxxew bit-toghma bnina taghha.

L-aqwa gieh li nghata lil dan ir-rahal kien, meta l-Gran Mastru Fra Emanuel Pinto de Fonseca ikkonceda li Hal Qormi jissejjah Citta' Pinto, b'digriet tal-25 ta' Mejju 1743. Kien il-Kappillan Dun Guzepp Vella li ghamel talba formali lill-Gran Mastru biex Hal Qormi jissejjah Citta' Pinto.

Fil-famuz "Roilo" ta' l-Isqof Senatore de Mello miktub fis-sena 1436, insibu l-knisja ta' San Gorg Martri li kienet parrocca u li kellha diversi dhul biex minnu jghix il-kappillan u l-qassisin tal-parrocca. Ghall-bidu kien hawn kappella zghira bhala parrocca, izda ghall-habta ta' l-1456 il-Kappillan Dun Giulio Lombarda bena knisja mdaqqsa kif tixhed lapida antika b'kitba gotika qrib il-battisteru tal-parrocca prezenti. Fl-1584 inghata bidu ghat-tempju l-gdid li ntemm fl-1610. Issa t-tempju Gorgjan kien kbir mhux hazin, izda kien jonqos il-koppla. Fi zmien il-kappillan Dun Gwann Muscat, 1680-1695, tqabbad l-arkitett celebri Lorenzo Gafa' biex ihejji l-pjanti u jmexxi l-bini tal-koppla l-gdida.

Meta gziritna kienet tinhakem mill-flagell ta' mard infettiv tal-pesta u l-kolera, missirijietna dejjem talbu lil San Bastjan u Santu Rokku bhala protetturi tal-mard qerriedi. Xhieda ta' dan insibu hafna statwi, nicec, artali u kappelli dedikati lil dawn il-qaddisin imxerrdin mal-gzejjer Maltin. Fil-pesta ta' l-1813, Hal Qormi garrab bosta mwiet u kienet dehra li tkexkex tara l-Qriema jitnaqqru wiehed wiehed.

Meta ghadda dan il-flagell, il-Qriema waqqfu statwa tal-gebel ta' San Bastjan f'tarf ir-rahal taghhom. Maz-zmien dawn in-nahiet kibru u nibtet komunita' numeruza madwar din l-istatwa. In-nies kompliet toktor sakemm kien deciz li l-Isqof Mauro Caruana, iddekreta lil din il-kappella ssir vici parrocca u aktar tard, fil-25 ta' Ottubru 1935 fired lill-knisja ta' San Bastjan mill-arcimatrici ta' San Gorg. L-ewwel kappillan kien Dun Alwig Psaila. Fl-1946 l-Isqof Mikiel Gonzi qieghed l-ewwel gebla tat-tempju bastjaniz. Il-pjanta tal-knisja l-gdida ghamilha Arthur Zammit. Fid-29 ta' Mejju 1982, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca bierek dan it-tempju li kien ikkonsagrat fl-20 ta' Jannar 1986.

L-itwal magisteru fl-istorja ta' l-Ordni f Malta kien it-Portugiz Emanuel Pinto de Fonseca li dam isaltan ghal 32 sena. Matul il-hakma tieghu, Hal Qormi ha t-titlu ta' Citta' Pinto fis-sena 1743. Fil-wiehed u tletin sena ta' saltnatu, inbniet logga jew tribuna fis-sena 1772, li llum insibuha f'Misrah Narbona. Mhux maghruf ghaliex saret din il-logga, imma xi storici jghidu li hawn il-Gran Mastru kien jassisti ghal xi tigrijiet. Uhud isostnu li hawn kienu jingabru l-ghexur (taxxa) tal-bdiewa. L-ahhar ipotesi hi li taht din it-tribuna Pinto kien jistkenn mix-xemx biex jammira l-ghelieqi bix-xghir u qamh fl-oqsma rurali ta' l-inhawi. L-istemma ta' din il-belt hi mehuda minn dik tal-Gran Mastru Pinto, tarka bi sfond tal-fidda u b'hames nofs oqmra jharsu 'l fuq mqeghdin 2, 1 u 2. Fuq din it-tarka hemm kuruna b'forma ta' sur, b'erba' gardjoli u bieb ta' l-attakk fin-nofs, kulur id-deheb.


 

Last Updated on Thursday, 30 July 2009 10:07
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday517
mod_vvisit_counterYesterday809
mod_vvisit_counterThis week3036
mod_vvisit_counterThis month10665
mod_vvisit_counterAll2526748
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -