Home TiKKa Attwalita Il-Palk Principali
Il-Palk Principali PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Thursday, 30 July 2009 08:23

Il-Palk Principali

125 Sena ...

 


 

Din is-sena tahbat il-125 sena minn meta zzanzan il-palk sabih li jzejjen Triq il-Kbira, maghruf minna l-Qriema bhala l-Palk ta’ Pinto jew ahjar il-Palk Principali. Dan il-palk, bicca opra mill-isbah fl-injam narawh sabih illum izda kien ferm u ferm isbah fis-sena li zzanzan fl-1884, meta l-armar fil-festi f’Malta tista’ tghid ghajr ghal xi erba’ rhula ohra, ma kienx jezisiti. Hal Qormi sa minn dak iz-zmien seta’ jiftahar li kellu l-akbar u l-isbah opra ta’ l-armar ta’ barra. Insibu l-ewwel promoturi jirsistu wara li fl-1882 il-Perit Luigi Vella mill-Furjana, hazzez il-pjanta bil-firma tieghu, pjanta bil-kulur li ghadha tinsab f’dar privata f’Hal Qormi. Din l-opra ttiehdet bis-serjeta` u x-xoghol, ghalkemm ghad ma sibniex minn hadmu, mexa gmielu.

 

Il-Kappillan Dun Alwig Ellul ressaq rikors il-kurja sabiex fit-tlett ihdud ta’ qabel il-festa ta’ San Gorg, Giuseppe Sammut, bhala ‘speciale incaricato da parte degli ornamenti esterni per la festivita` di S. Giorgio’, jinghata permess jaghmel xoghol u ihaffer fl-art u jqieghed l-pedamenti ghall-Palk Principali u jkun jista’ jizbghu qabel jizzanzan ‘in Strada Reale del predetto villaggio.’ Dak il-pedament taz-zonqor li illum huwa mghotti bit-tarmac, kien rega’ tfacca meta f’Novembru ta’ 1993 sar thaffir fejn il-palk sabiex sar gandott ghall-ilma tax-xita.

 

Insibu wkoll fil-‘Habbar Malti’ ta’ April, 1884, kitba: “Nhar l-Erbgha l-festa ta’ San Gorg, titular ta’ Hal Qormi, fejn din is-sena saru bosta opri godda, sewwa fil-knisja kif ukoll barra, biex aktar dejjem jigi onorat dak il-qaddis, u l-festa ssir sena akbar mill-ohra dejjem b’izjed kbira pompa. Fost il-hwejjeg l-ohra sardis-sena minn idejn l-artista Carlozz Darmanin anglu ghall-blandun u gie sabih wisq, ghal barra palk tal-banda gdid ta’ gost l-aktar helu u hwejjeg ohra.” Ghalkemm fil-pjanta hemm ix-xbieha tas-Sultan Pinto tiddomina fuq il-palk, din l-istatwa fost l-isbah tal-Maestro Carlo Darmanin, ma saritx f’din is-sena izda zzanznet disa’ snin wara.

 

 

Il-Qriema rsistew kemm felhu biex propju fl-gheluq il-150 sena minn meta s-Sultan Pinto, fuq talba tal-Kappillan Dun Guzepp Vella, f’isem il-kleru u l-poplu Qormi, laqgha t-talba taghhom u gholla lil Hal Qormi ghall-isem ta’ Citta` Pinto, u ghalhekk riedu wkoll barra l-festa ta’ San Gorg, ifakkru din il-grajja bix-xbieha tieghu ghall-unur li tahom. Insibu f’ittra bla isem fil-“Malta Taghna” tas-6 ta’ Mejju, 1893, dwar il-baned li daqqew fil-festa ta’ San Gorg:

 

“Kulhadd fahhar wisq il-baned u specjalment dik tal-Guzeppini li daqqet

fuq il-palk tal-pjazza tal-knisja fejn hemm il-famuza statwa li tirraprezenta

l-Granmastru Pinto, statwa li ghamlet unur lill-artist li ghamilha, is-Sur Carlo

Darmanin.”

 

Ta’ min jghid li ghal bidu il-gandilabri ta’ madwar il-palk, bhal kull mixghela ohra, kienu dejjem bit-tazzi taz-zejt. Kif twaqqaf il-Kumitat Festi Esterni, erba’ snin wara, il-mixghela tal-palk inbidlet b’sistema ghall-gas bl-acitelena. Din saret minn Kelinu Aquilina minn Hal Qormi stess li kien impjegat mal-‘power station’ hdejn it-Telgha tal-Kurcifiss hdejn l-imhazen ta’ Pinto, fejn illum insibuh bhala l-‘Valletta Waterfront’. Insibu wkoll fl-istess zmien il-kumitat tal-festa jqabbad l-iskultur Carlo Tonna tar-Rabat biex jaghmel l-iskultura ornamentali kollha tal-palk, xoghol sabih li ghadna ngawduh sal-lum. Insibu wkoll li fl-1926 il-Kumitat Festi Esterni approva s-somma ta’ tnax-il lira sabiex isiru t-tiswijiet mehtiega fuq il-Palk Principali. Sal-1935 iz-zewg baned ta’ Hal Qormi, il-Banda Pinto u l-Banda San Gorg Martri, kienu jdoqqu fuqu l-Gimgha u s-Sibt, jalternaw sena kull banda, fejn fuqu kienu jtellghu l-programm muzikali taghhom. Imbaghad f’jum il-festa il-kumitat kien jistieden banda ohra barra r-rahal sabiex taghmel il-programm taghha. Hafna drabi din il-banda kienet tkun jew il-La Vallette jew il-King’s Own, it-tnejn mill-Belt Valletta.

 

Fl-1948, fuq talba tal-patrijiet Frangiskani tar-Rabat, il-kumitat accetta li jislef dan il-palk sabih sabiex jintrama’ fuq il-fosos tal-Furjana biex fuqu, nhar l-4 ta’ April, 1948, quddiem folla kbira ta’ nies, tigi nkuruanata x-xbiha mirakoluza tal-Madonna tas-Sahha mill-Eccellenza Tieghu Mons. Arcisqof Sir Michael Gonzi meghjun mill-Isqof ta’ Ghawdex Mons. Giuseppe Pace u l-Isqof ta’ Tralles Mons. Emmanuel Galea. Kienu hadu hsieb l-armar tal-palk, l-inkarigat ta’ l-armar Ganni Cini, ‘Ta’ Haxja’, meghjun minn Gorg Briffa ‘L-Ghasfur’, Zeppi Azzopardi ‘Ta’ Zbari’, Guzeppi Agius ‘Bramel’, Salvu Debono, Wigi Cassar, Gorg Baldacchino ‘Tal-Pacc’, Salvu Sammut ‘Gori’, Kola Mamo u dilettanti ohra. Din l-okkazzjoni specjali baqghet imfakkra permezz ta’ plakka tar-ramli nghatat lill-Kumitat Festi Esterni b’rikonoxximent talli silef dan il-palk u li tpoggiet fil-faccata tal-palk u li tghid: “Biex ma jintesiex il-jum 4 ta’ April, 1948, meta fuq dan il-palk sabih giet inkurunata l-Madonna tas-Sahha.” Ghall-festi centinarji fl-1953, il-kumitat tal-festa ha hsieb jizbogh l-armar kollu fosthom il-Palk Principali. Ghaddew kwazi 25 sena u rega’ kellu bzonn tiswija u zebgha mill-gdid. Ghalhekk inzamm fil-mahzen biex jibda xi xoghol fuqu, izda donnu kulhadd qata’ qalbu li jidhol ghal din il-bicca xoghol. Deher li dan il-palk sabih kien se jigrilu l-istess kif gralu l-palk l-iehor ta’ San Gorg fuq iz-ziemel fil-pjazza ta’ San Frangisk, u jibqa’ gewwa u bil-mod il-mod jispicca bicca bicca go xi forn.

 

Dik il-habta Dun Pawl Genovese kien jaghmel xoghol ta’ restawr u rhamar fl-armar fi Pjazza San Frangisk u wera x-xewqa li jidhol ghar-restawr ta’ dan il-palk. Ma kenitx xi bicca xoghol hafifa, però b’kuragg, b’imhabba u determinazzjoni kbira, wara tant xoghol, Dun Pawl irnexxielu jsalva din l-opra u jaghtiha l-hajja mill-gdid. Dun Pawl Genovese kien il-mohh wara x-xoghol kollu u hadem fuqu bil-qalb ghal hinijiet twal fir-restawr, zebgha u rhamar. Insibu wkoll lil Dun Mikiel Zammit li ghamel ix-xoghol ta’ l-induratura kif ukoll lil Gorg Zammit ‘Ta’ Xiffa’ li hadem mill-gdid il-pilastri u s-saqaf ta’ dan il-palk. Kien hemm ukoll Kikku Gatt u xi zghazagh ohra li taw l-ghajnuna taghhom.

 

Dan il-palk rega’ ntrama’ mill-gdid ghall-festa tas-sena 1984 f’eghluq il-mitt sena minn meta zzanzan, waqt cerimonja li saret apposta il-Hadd, 1 ta’ Lulju, 1984. Il-kumitat tal-festa hejja programm specjali biex ifakkar din l-okkazzjoni u stieden lill-Banda San Gorg sabiex taghmel programm muzikali fuqu, fejn kien indaqq ukoll l-innu l-kbir ta’ San Gorg ta’ Maestro Nikola Montebello b’versi ta’ Dun Pawl Genovese. Il-Palk Prncipali, il-Palk ta’ Pinto, gie mbierek mill-Wisq Rev. Arcipriet Dun Edgar Attard. Tul dawn l-ahhar snin, il-kumitat ghamel hiltu sabiex izomm din l-opra fl-injam fl-ahjar kundizzjoni. Saru gandilabri u bandalori godda u ha hsieb l-induratura. Pero` x-xoghol fuqu tant sar tajjeb u bil-qalb, li min jarah ma jindunax li gie restawrat 25 sena ilu.

 

Grazzi lil kull min kien ta l-ghajnuna f’din l-opra tul is-snin u j’Alla nibqghu nghozzu dan il-wirt tant sabih tal-festa taghna sabiex il-generazzjonijiet ta’ warajna jibqghu igawduh bhalna.

Last Updated on Sunday, 30 August 2009 22:37
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday40
mod_vvisit_counterYesterday492
mod_vvisit_counterThis week40
mod_vvisit_counterThis month15930
mod_vvisit_counterAll2476848
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -