Home TiKKa Attwalita Il-Parrocca Taghna II
Il-Parrocca Taghna II PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 24 January 2009 19:25

Iz-Zmien il-Kavalieri

Parrocca Matrici

Arma tal-Parrocca

Fl-1530 Malta ghaddiet f’idejn l-Ordni ta’ San Gwann. Fi gziritna kien hemm min ma ghogbitux din il-bidla, izda kien hemm ukoll min ha gost biha ghax deherlu li Malta kien ser ikollha difiza ahjar. Li hu zgur hu li, bl-Ordni f’Malta, donnhom tkattru l-attakki tal-Misilmin fuq il-gzejjer Maltin bhalma jixhed l-inzul kbir tal-1551 meta waslet armata Torka ta’ madwar 10,000 ruh u kulhadd telaq jistkenn wara s-swar tal-Birgu u l-Imdina.

Fl-inzul li sehh saret taqtigha qrib Hal Qormi u, m’ghandniex xi nghidu, il-parrocca qormija sofriet hafna danni. Fil-fatt, hu maghruf li, minbarra l-hsara li garrbet il-kampanja Maltija mit-Torok, l-aktar li sofrew hsarat kienu Hal Qormi u Birkirkara.(1) L-Ordni ha passi biex isahhah id-difizi ta’ Malta u, fost mizuri ohrajn, bhalma kien it-taqsim ta’ Malta f’distretti taht il-kmand ta’ kavallier jew tnejn ghal kull post, bena l-Forti Sant Iermu(2) fuq territorju li kien jaghmel mal-parrocca ta’ Hal Qormi. Fuq l-ilsien art - jew promontorju - fejn inbena Sant Iermu, Santa Lucija u San Nikola li kienu filjali tal-parrocca San Gorg. Il-kappillan ta’ Hal Qormi kien jaghmel il-festi taghhom u dan xehduh fl-1570 Dun Leonardo Saura u Angelo Batorra, it-tnejn qormin, li qalu li dan kien ilu jsir mill-anqas minn zmien il-kappillan Dun Gwann Saura (1504-8).(3)

Registru Parrokkjali

Fl-1563 gie fi tmiemu l-Koncilju ta’ Trento li fih sar tigdid tal-Knisja Kattolika. Minn dan il-koncilju importanti hafna fl-istorja tal-Knisja, hareg l-obligu li kull parrocca tibda zzomm registru, jew sett ta’ registri, parrokkajli fejn jinkitbu l-maghmudijiet, iz-zwiegijiet, il-grizma ta’ l-isqof, u l-imwiet tal-parruccani. Registru iehor, imsejjah l-iStatus Animarum, kien jigbor fih l-ismijiet tal-parruccani kollha, flimkien ma’ taghrif jekk kull wiehed u wahda kienx jaqdi l-obbligi religjuzi tieghu jew le.

Fl-ewwel sena tal-parrokat tieghu, sewwa sew fis-6 ta’ Awissu jigifieri gimgha biss wara li ha l-pussess, il-Kappillan Cilia beda l-ewwel registru li ta bidu ghall-arkivju parrokkjali li jezisti llum. Dawn ir-registri parrokkjali tal-parrocci Maltin huma minjiera ta’ taghrif dwar l-antenati tag]na u min jaf kemm-il darba ntuzaw il-kotba ta’ l-iStatus Animarum biex ikkalkulaw il-popolazzjoni tal-gzejjer Maltin.

L-Assedju l-Kbir

Wara l-inzul Tork tal-1551, issahhew id-difizi ta’ Malta u kien hemm il-hsieb li tinbena belt gdida, flimkien mal-Forti Sant Iermu, fuq l-Gholja Sceberras li, bhalma diga ghidna, kienet taghmel mal-Parrocca ta’ Hal Qormi. Dan il-pjan ma sehhx ghal diversi ragunijiet u, meta fil-fatt l-attakk Tork sehh u bil-kbir fl-1965, il-Forti Sant Iermu kien id-difiza wahdanija f’territorju qormi. Il-flotta Torka waslet Malta fit-18 ta’ Mejju u n-nies tal-kampanja marru jfittxu kenn wara s-swar ta’ l-Isla, il-Birgu u l-Imdina. Ghall-ewwel, lill-Qormin kienu qalulhom biex morru jistkennu fil-foss tal-Forti Sant Iermu izda, meta deher bic-car li t-Torok kienu ser jibdew l-offensiva taghhom b’assedju fuq dan il-post, il-Gran Mastru de Valette ordna biex in-nies kollha jigu evakwati fil-Birgu u l-Isla. F’Sant Iermu baqghu biss is-suldati tal-gwarniggjon.(4) Maghhom baqa’ wkoll il-kappillan ta’ Hal Qormi, Dun Gioannello Cilia.

Tassew ftit, tghoddhom fuq is-swaba’, kienu l-Insara li salvaw mill-forti Sant Iermu ghax id-difensuri tieghu mietu jaqdu dmirhom lejn nieshom, dinhom u pajjizhom. Fost dawn l-eroj kien hemm il-kappillan Cilia li rawh bl-ixkubetta jissielet mat-Torok, u jfarrag lil Pietro Miraglia li kien midrub u mahruq. Il-Kappillan Cilia ma laqax l-offerta tal-barklor Gregorio Schembri biex jehilsu minn fejn kien u jiehdu l-Birgu, izda ghazel li jibqa’ fit-taqtigha jfarrag lill-erwieh sa l-ahhar. Wara l-waqgha ta’ Sant’Elmo, rawh qrib Sant’Anglu, il-Birgu, imewweg f’wicc il-bahar b’rasu maqtugha.(5) Hu dokumentat li l-gisem ta’ Dun Gioannello ntgharaf minn makkjatura li kellu f’siequ.(6)

Il-Bini tal-Belt Valletta

L-Assedju l-Kbir baqa’ sejjer sa Settembru, meta waslet ghajnuna minn Sqallija u Malta harget rebbieha.(7) Ir-rebha thallset bi prezz qares u jinghad li ma kienx hawn familja wahda Maltija li ma tilfitx lil xi hadd ghaziz taghha. Il-pajjiz kien imfarrak u kien jehtieglu doza qawwija ta’ twemmin fih innifsu. Dan sar bil-proposta tal-bini ta’ belt gdida, Valletta, fuq territorju li kien fil-konfini tal-parrocca ta’ Hal Qormi. Il-bini ta’ din il-belt gab mieghu t-tama ghal gejjieni agjar u c-cans li l-Malti jibni xortih fuq il-bzulija u x-xoghol tieghu. Il-bini ta’ din il-belt kien ifisser qligh ekonomiku ghall-Maltin ghax, bix-xoghol li nghatalhom, setghu jkollhom id-dhul finanzjarju mehtieg biex isewwu l-herba li kienu hallew warajhom it-Torok fid-djar, fl-ghelieqi, fil-mod li kienu jghixu. Hafna Qormin kienu jaqilg]u hobzhom mill-biedja, dak il-qasam li tant bata mill-effetti ta’ l-assedju. Ghaldaqstant, ma nizbaljawx jekk insostnu li kienu bosta dawk il-Qormin li meddew ghonqhom ghax-xoghol fit-tiswir tal-belt il-gdida, il-belt Valletta.

Sadattant, Hal Qormi baqa’ minghajr kappillan u, qabel ma seta’ jinhatar raghaj spiritwali gdid, kellu jigi accertat li Dun Gioannello Cilia kien tabilhaqq mejjet. Hekk gara, izda ma kienx qabel l-1569 li tneha kull dubju u lahaq kappillan gdid.(8) L-ghazla waqghet fuq Dun Marjanu Briffa, imwieled f’Hal Luqa f’Dicembru 1545,(9) li kien ghadu kjeriku meta ha l-pusses f’Gunju 1569 u mbaghad gie ordnat sacerdot fil-31 ta’ Dicembru 1569.(10) Dak iz-zmien mhux darba jew tnejn kjeriku kien jilhaq kappillan qabel ikun ordnat sacerdot. Billi l-belt Valletta kienet qed tinbena fuq territorju tal-parrocca ta’ Hal Qormi, il-Kappillan Briffa hass ir-responsabbilta’ tal-kura spiritwali tal-haddiema li kienu jahdmu f’dan il-progett hekk kbir. Dan gara ghax il-lokal kien imtela bit-tined tal-haddiema li marru jghixu fuq il-post biex jaqilghu aktar flus billi kienu jithallsu bl-imqieta. Diversi Ordnijiet religjuzi ta’ patrijiet, fosthom id-Dumnikani, bdew jaghmlu xoghol spiritwali fost il-haddiema li x-xoghol taghhom beda jidher sew l-ewwel fit-tiswir tas-swar u mbghad fit-tqasim u l-bini tal-belt.(11)

L-ewwel gebla ufficjail kienet tqieghdet nhar it-28 ta’ Marzu 1566(12) u x-xoghol mexa b’mod li, hames snin wara, sewwa sew fit-18 ta’ Marzu 1571, il-Gran Mastru Pietru del Monte caqlaq il-kwartieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann mill-Birgu ghal Valletta, ghalkemm kien ghad ma kienx hemm djar u palazzi lesti. Dan il-pass ittiehed biex jigi zgurat li l-bini jitla’ b’pass izjed mghaggel ghax il-kbarat ma kinux jiehdu gost jghixu f’hafna bini temporanju.(13) Il-problema tal-kura spiritwali ta’ l-abitanti Maltin baqghet hemm u, minkejja x-xoghol tal-kappillan ta’ Hal Qormi, il-patrijiet Dumnikani hasbu kif setghu jwaqqfu parrocca gdida Dumnikana fil-Belt. Il-kappillan Briffa donnu basar x’kien ser jigri u bhal ipprova jiehu passi biex dan it-twaqqif ma jsehhx ghax, propju fl-1 ta’ Lulju 1571, fir-registru tal-maghmudijiet ta’ Hal Qormi nbdiet taqsima gdida biex fiha jibdew jirregistraw dawk it-trabi li jitwieldu fil-belt il-gdida. Izda tarbija wahda biss lahqet giet iregistrata f’din is-sezzjoni, tifla jisimha Pawlina.(14)

 

Parrocca Matrici

Fit-2 ta’ Lulju 1571, il-Papa dumnikan San Piju V ippromulga l-bolla appostolika Ex Debito Pastoralis li, permezz taghha, waqqaf parrocca gdida f’Malta: il-parrocca dumnikana tal-Madonna tal-Portu Salvu fil-belt Valletta(15) li hi popolarment maghrufa mill-poplu bhala “ta’ San Duminku”. B’hekk, minkejja l-opposizzjoni li kien hawn mhux biss mill-Kappillan Briffa izda wkoll mill-Kurja Episkopali Maltija, twaqqfet l-ewwel parrocca fil-belt il-gdida. Din il-grajja ma kenitx tfisser biss li naqsu l-konfini tal-Parrocca San Gorg ta’ Hal Qormi izda wkoll li issa saret matrici, jigifieri omm ta’ parrocca ohra. Inzidu li dan kien biss il-bidu ghax kellhom johorgu diversi parrocci ohrajn, b’mod dirett jew indirett, tul is-sekli ta’ wara, minn Hal Qormi, fosthom il-parrocci ezistenti fil-Belt stess, jigifieri ta’ San Pawl Nawfragu, il-Madonna ta’ Damasku (tal-Griegi) u Santu Wistin, flimkien mal-parrocca dumnikana li tkellimna dwarha.

Il-Kappillan Briffa ma qatax qalbu li jgibha zewg u jannulla t-twaqqif tal-parrocca l-gdida, kif fil-fatt riedet il-Kurja, izda fit-23 ta’ Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab ghal kollox il-pretensjonijiet tieghu jew ahjar, bhalma jinghad b’mod aktar popolari, impona fuqu s-silenzju perpetwu. Izda l-Papa ordna wkoll li, jekk kien hemm xi diecmi jew hlasijiet ohrajn li qabel kienu prerogattiva tal-kappillani ta’ Hal Qormi u issa ghaddew f’idejn il-parrocca l-gdida, il-patrijiet Dumnikani kellhom irodduhom lura lill-parrocca ta’ San Gorg.(16)

Ghal bosta snin baqghu jqisu lill-Kappillan Briffa bhala bniedem li ddefenda l-interessi parrokkjali ta’ Hal Qormi minhabba l-fatt li tant iggieled kontra l-qtugh ta’ din il-parrocca l-gdida mill-konfini qormin. L-ahhar rimarka dwar dan, fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ San Gorg hemm domna fuq kolonna li fuqha hemm imnaqqxa s-sena 1671. Jista’ jkun li din tqieghdet fil-post biex tfakkar l-ewwel centinarju minn meta harget l-ewwel parrocca minn Hal Qormi u l-parrocca qormija saret matrici.(17)


1. C. Testa, Romegas, Malta
2. Dwar il-bini ta’ dan il-forti ara M. Ellul, Fort St Elmo Malta - A Brief History, Malta 1988. Hal Qormi tqieghed taht il-kmand ta’ Nicola de Ribalta u Antonio de Bologna. Ara C. Testa (2002), 39.
3. M. Fsadni, Id-Dumnikani fil-Belt, Malta 1971, 68.

4. C. Testa (2002), 78; C. Cassar, A Concise History of Malta, Malta 2000, 104; G. C., “Sehem il-Qormin fl-Assedju ta’ l-1565 u fl-imblokk ta’ l-1798”, Lehen il-Belt Pinto, Ghadd 13, Settembru-Ottubru 1957, 3.
5. Ikkwotata verbatim minn M. Fsadni (1971), 68.
6. J.F. Grima, “Il-Kappillan Dun Gioannello Cilia”, Bejnietna, N.ru 50, festa 1990, 11.
7. Hawn bosta kotba li jag]tu deskrizzjoni ta’ l-Assedju l-Kbir fosthom dawn it-tlieta mexxejja: K. Bonavia, Grajjiet l-Assedju l-Kbir, Malta 1965; E. Bradford, The Great Siege: Malta 1965, Londra 1965; E. Coleiro, L-Assedju l-Kbir - Grajjiet ta’ Kull Jum, Malta 1965.
8. Dwar l-istharrig tal-mewt tal-kappillan Cilia ara M. Fsadni (1971), 68 u G. Schembri (2001), 2 u 7.
9. G. Micallef, Hal Luqa Niesha u Grajjietha, Malta 1975, 26.
10. M. Fsadni (1971), 68 u 77 (nota 32) fejn jiccita l-Vista Appostolika ta’ Mons. Dusina fl-1575.
11. Ghall-bini u l-izvilupp tal-belt Valletta tul il-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann ara R. de Giorgio, A City by an Order, Malta 1985.
12. Ara A.P. Vella, Storja ta’ Malta, Vol. II, Malta 1979, 11-12, ghad-deskrizzjoni tac-cerimonja u t-test li nkiteb fuq il-gebla kommemorattiva.
13. R. de Vertot, The History of the Knights of Malta, Londra 1728, XIV, 51.
14. APGQ, Liber I, f. 123r, sezzjoni intitolata ‘Lista de quelli che si baptiscano nella citta’ nuova incominciando dal anno 1571.’
15. M. Fsadni (1971), 70-3, fejn insibu fil-qosor il-kontenut ta’ din il-bolla. A.P. Vella, Il-Parrocca tal-Portu Salvu u San Duminku 1571-1971, Malta 1971, 17-21, jaghti traduzzjoni bil-Malti tal-bolla ta’ San Piju V, Papa.
16. M. Fsadni (1971), 74-5.
17. Anon., “Min m’ghandux salib ... ghandu Domna”, Bejnietna, Ghadd 79, Festa 1997, 31.

Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003

Last Updated on Tuesday, 12 May 2009 20:19
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday259
mod_vvisit_counterYesterday901
mod_vvisit_counterThis week3913
mod_vvisit_counterThis month19152
mod_vvisit_counterAll2460456
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -