Home
Kompetizzjoni tal-Inbid PDF Print E-mail
Qormi Wine Festival
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 19 August 2014 08:03

Kompetizzjoni tal-Inbid

qwf_2014_poster

 

Bhala parti mill-ghaxar edizzjoni tal-Qormi Wine Festival li se jsir f’Hal Qormi bejn il-5 u s-6 ta’ Settembru, it-toroq mimlija storja u kultura tal-Belt Pinto se jergghu ikunu xiehda ghall-akbar kompetizzjoni tal-inbid li ssir f’pajjizna.

Il-kompetizzjoni tal-inbid, li s-sena l-ohra gibdet numru rekord ta’ partecipanti, hi miftuha ghad-dilettanti kollha tat-taghsir tal-inbid minn madwar Malta. Il-kompetizzjoni ssir fl-ewwel lejl tal-festival, jigifieri l-Gimgha 5 ta’ Settembru, u tibda fis-7pm bir-rizultati jithabbru dakinhar stess.

 

Se jkun hemm tim ta’ gurija professjonali li se jevalwaw l-inbejjed li jidhlu ghall-kompetizzjoni, u li se jkunu huma li jippremjaw ir-rebbieha tat-taqsimiet differenti. Se jighataw l-ewwel tliet premijiet f’kull taqsima.

 

It-taqsimiet huma sitta - l-ahjar inbid abjad dry (Kategorija A), l-ahjar inbid ahmar dry (Kategorija B), l-ahjar inbid rosé dry (Kategorija C), l-ahjar inbid maghmul mill-frott (eskluz l-gheneb) (Kategorija D), u l-ahjar inbid maghmul f’Hal Qormi li jaqa’ taht Kategorija A jew B.

 

Il-kompetizzjoni se ssir f’zona apposta fi Triq il-Kbira, qrib il-knisja ta’ San Gorg, fejn kulhadd ikun jista’ isegwi l-gurija li tkun qed idduq dawn l-inbejjed prodotti fid-djar. L-inbid jigi iggudikat skont ic-carezza, il-kulur, il-fwieha, u l-palat (toghma).

 

Il-formuli tal-applikazzjoni ghal dawk li jixtiequ jdahhlu l-inbid taghhom ghal din il-kompetizzjoni ghandhom jimtlew mill-iktar fis possibbli u jinkisbu minghand Peter Farrugia fuq in-numri tat-telefon 21677331 jew 7967 7331, inkella minghand il-kumitat organizzativ fi Triq il-Blata, Hal Qormi stess.

 

L-inbejjed li jippartecipaw f’din il-kompetizzjoni ghandhom jiddahhlu ghand il-Kumitat bejn l-Erbgha 3 u l-Hamis 4 ta’ Settembru, bejn is-6pm u d-9pm.

 

Fl-istess jiem tal-festival se jigu organizzati numru ta’ wirjiet, fosthom wahda dwar il-kultura tat-taghsir tal-gheneb, li d-dhul ghaliha huwa minghajr hlas.

 

Se ssir ukoll kompetizzjoni bl-arrangementi tal-fjuri, liema kompetizzjoni tista’ titgawda fil-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg. It-tema ta’ din il-kompetizzjoni se tkun “Glorious Glory”.

 

Matul dan l-avveniment jitwasslu ukoll diversi rapprezentazzjonijiet teatrali, fosthom wahda mill Ghaqda Qawmien ta’ Hal Qormi, li bhal kull sena sejra tohodna lura fi zmien il-Gwerra f’xelter li jinsab qrib il-Knisja ta’ San Gorg. Min jidhol ghal din ir-raprezentazzjoni bl-isem “Storja ta’ Gwerra” ikun qed jesperjenza dak li ghaddew minnu missirijitna f’dawk iz- zminijiet koroh.

 

Il-Qormi Wine Festival hu organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri ta’ Hal Qormi bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghat-Turizmu, is-Segretarjat Parlamentari ghall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali kif ukoll il-Kunsill Lokali Qormi.

 

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minghand l-organizzaturi fuq in-numri tat-telefon 7906 2455 jew l-indirizz email This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

 

 

Last Updated on Monday, 01 September 2014 07:44
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday16
mod_vvisit_counterYesterday378
mod_vvisit_counterThis week837
mod_vvisit_counterThis month16713
mod_vvisit_counterAll2495331
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -