Home Mill-Mahzen L-Ewwel Tridu
L-Ewwel Tridu PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Thursday, 26 June 2014 17:02

L-Ewwel Tridu

 

IMG_5903

San Gorg ghandu jigi rifless fil-valur tal-hajja taghna. Kien imiss issa l-ewwel jum tat-Tridu, il-jum tal-Erbgha, indirizzat b’mod partikolari ghall-vokazzjonijiet.

 

 

Ghal-habta tas-6:30 ta’ filghaxija fil-Knisja Arcipretali saret quddiesa li fiha tkanta l-ghasar votiv ta’ San Gorg Martri. Xi punti ewlenin li hargu fil-priedka ta’ dan l-ewwel tridu huma li it-tridijiet ghandhom ikunu jiem ta’ thejjieja, fejn San Gorg mhux biss ghandu jidhol fi djarna imma fi qlubna ukoll. L-istorja ta’ San Gorg, ghalkemm bosta jistqarru li hija hrafa, tghallimna bil-bosta ghaliex turina kif San Gorg kellu l-vizjoni ta’ Alla, l-istess vizjoni li ghandu jkollna ahna l-insara.

 

Wara l-priedka tat-Tridu kien hemm il-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu, l-Antifona u c-Celebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8:30pm il-Banda Anici bdiet il-marc taghha bid-dimostrazzjoni tal-istatwa ta’ San Gorg Rebbieh, minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arci ?m?atrici?. Din is-sena b'sorpriza ghall-bosta dilettanti tal-irfiegh u b' differenza mis-snin imghoddija, l-istatwa ingarret fuq l-ispalla madwar it-toroq Qriema? ?u? spicca ?t? fil-Pjazza tal-Vittorja fejn ittellghet l-istatwa fost ic-capcip u kant tal-Qriema Gorgjani.

 

B’dan kollu intemm ukoll il-jum tal-Erbgha, b’wiccna u b’qalbna imhegga biex jasal ‘l ghada, it-tieni jum tat-Tridu u il-jum tal-tlugh tal-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel gewwa Pjazza San Frangisk.

 

 

IMG_5754

 

IMG_5883

 

IMG_5795

 

 

Last Updated on Friday, 27 June 2014 17:48
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday79
mod_vvisit_counterYesterday752
mod_vvisit_counterThis week4152
mod_vvisit_counterThis month15141
mod_vvisit_counterAll2589930
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -