Home Attivitajiet Il-Festa tar-Rebbiegha 2014
Il-Festa tar-Rebbiegha 2014 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 06 May 2014 11:32

Il-Festa tar-Rebbiegha 2014

unnamed

Ftit tal-granet ilu beda l-istagun tar-Rebbiegha, stagun li fih kull hlejqa terga’ tiehu l-hajja, kull fjura tqum u kull gurnata titwal. F’dan l-istagun il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri flimkien mal-Kunsill Lokali ta Hal-Qormi ser itellghu bix-xieraq il-Festa Tar-Rebbiegha ghas-sitt sena konsekuttiva. Din hija festa fil-Parrocca Gorgjana li tigbed mijiet ta’ nies ghaliex toffri tizwieq ta’ tradizzjonijiet Maltin.

 

 

Attrazzjonijiet Unici fil-Festa tar-Rebbiegha:

 

Il-Festa tar-Rebbiegha ser tkun mifruxa fuq jumejn u tibda il-Gimgha 16 ta’ Mejju fejn bhal kull sena l-attivita ser tkun ikkoncentrata fejn il-knisja Arcipretali ta’ San Gorg. Waqt l-attivita ser ikun hemm diversi stands ta’ l-artigjanat u snajja varji, kif ukoll ma jonqsux id-diversi stands bl-ikel tradizzjonali, fosthom Tonn, Tigieg, Majjal, erba' tipi ta' ghagin u mejda bl-ikel tradizzjonali Malti. Fuq nota aktar moderna u originali, ser ikun hemm ukoll ‘Cocktail Bar’, innovazzjoni fil-Festa tar-Rebbiegha.

F’dan l-ewwel jum fost diversi attrazzjonijiet matul is-serata kollha, fuq il-palk principali ser jkun hemm varjeta ta’ muzika Pop u classic rock mill-grupp DBENNED, filwaqt lis-Sibt ser ikollna serata mimlija muzika Maltija mill-Grupp ‘Maltin Biss’.

Poster_Spring_Fest_2014_LR

Kull min izur ic-Centru tal-Armar, fi Triq il-Blata, ser jkollu l-opportunita li jhallas xi haga zghira, u jiekol f'ambjent Medjevali. Il-pubbliku li jzur ic-Centru tal-armar jista’ jduq it-tjubija ta’ platt kawlata tax-xikel u wara ta’ platt xikel bil-patata l-forn flimkien karaffa nbid bejn tnejn min'nies. Kollox ser jkun fuq stil ta' zmien il-kavallieri jigifieri imaref tal-injam, platti u tazzi tal-fuhhar fost ohrajn. Il-Kumpanija Teatrali Anici se jiehdu sehem f'din l-ikla medjevali billi jesegwixxu l-istorja tal-1425 fi zmien Don Gonsalvo Monroy. l-atturi ta' din l-Ghaqda se jinvolvu in-nies li jkunu fl-akkwata filwaqt li jistiednuhom jidhlu fl-ikla medjevali, jirrextaw din l-istorja importanti mill-fidwa tal-gzejjer taghna.

10347813_712846478772942_1257506757586699720_n

Fix-xelter taz-zmien it- tieni gwerra dinjija, dejjem fl-istess inhawi fil-qalba antika ta' Hal Qormi, din id-darba ser nghixu l-grajja ta' meta Hal Qormi intlaqat mill-marda qerrieda tal-pesta fl-1813. Bil-koloborazzjoni tal-Ghaqda Qawmien diversi atturi ser jiehdu hsieb itellaw re-enactments biex wiehed jkun jista jifhem sew z-zminijiet koroh li ghadda Hal Qormi minnhu mhabba l-marda tal-pesta u kif halliet impatt fuq Hal Qormi u kif fieq Hal Qormi mil-istess marda, go atmosfera u ambjent uniku u storiku li hallewlna missirijietna u permezz ta’ dawn l-attivitajiet li jsiru minn zmien ghal zmien, wiehed jkun jista jghix u jiehu lura ftit mumenti milli ghaddew missirijietna.

Matul il-Festa tar-Rebbiegha ser nkunu ukoll nistghu naraw diversi wirjiet ta’ armar tal-Festi. Fosthom wirja ta’ Pavljuni fuq disinn mill-Artist Qormi Silvio Pace fi Triq Santa Katerina, Wirja ta’ Bandalori fuq Disinn tal-Artist Josef Camilleri fi Triq il-Kbira u wirja ta disinni tal-Armar tal-Artist Manwel Grech gewwa is-Sede tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri.

Waqt din l-attivita ser naraw aktar Wirjiet fosthom wirja ta’ mudelli ta’ karatri tal-films u comics, karozzi VW antiki, wirja ta' pittura mill-pittur Daniel Scerri u wirja ta’ pittura u fotografija minn Christpoher Azzopardi. Fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcimatrici ta’ San Gorg ser isir tapit mahdum mit-tappijiet tas-sufra fuq it-tema tar-rebbiegha mill-grupp Wot Art, xi haga gdida fil-festival tar-Rebbiegha kif ukoll f’ Malta.

Infakkru ukoll lil kull min ser jattendi li ser tkun ghaddejja kompetizzjoni tar-ritratti li bhala tema, ser tkun ‘Il-Knisja Arcimatrici u Arcipretali ta’ San Gorg, Hal Qormi’. Inheggu lil kull fotografu jippartecipa ghaliex mhux biss ikun qed juri hilietu izda kull min jigi fl-ewwel u t-tieni post ser jinghata voucher li jista jisarraf f’apparat ghall-fotografija . Biex tippartecipa tista taghmel dan billi tibghat e-mail lil This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it u ahna nibaghtulek id-dettalji u l-applikazzjoni. Din hija opportunita’ li mhux ta’ min wiehed jitlef.

Waqt l-attivita ser ikunu qeghdin jingabru donazzjonijiet ghall-Puttinu Cares minn diversi entraturi ghall-attivita. Inheggukhom tattendu u taghtu xi haga zghira u tkunu qeghdin tghinu lil min hu fil-bzonn.

Dawn huma biss toghmiet zghar ta’ xi uhud mill-attrazzjonijiet li ser ikun hemm fil-Festa tar-Rebbiegha fis-16 u 17 ta’ Mejju. Kull sena din l-attività kienet success u qed thejji t-triq u tama f’dawk kollha li hadu sehem sabiex din is-sena din l-istess attività tkompli tikber u tigbed aktar nies fil-Parrocca iddedikata lil Padrun San Gorg.

 

 

Last Updated on Wednesday, 11 June 2014 11:39
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday599
mod_vvisit_counterYesterday901
mod_vvisit_counterThis week4253
mod_vvisit_counterThis month19492
mod_vvisit_counterAll2460796
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -