Home
Il-Purcissjoni tad-Duluri gewwa il-Parrocca ta' San Gorg PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 12 April 2014 07:27

Il-Purcissjoni tad-Duluri -

gewwa il-Parrocca ta' San Gorg

IMG_2626

Nhar il-Gimgha 11 ta’ April, fil-Parrocca Gorgjana harget il-Purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri li fiha attendew bi hgarhom mijiet ta’ nies, kollha jimxu wara l-istatwa b’tant devozzjoni. Din il-Festa qaddisa tigi iccelebrata bit-thejjija ghall-Gimgha Imqaddsa u ghall-akbar festa tal-Knisja Kattolika: l-Ghid il-Kbir. Membri mill-Kumitat Festi Esterni din is-sena kien imisshom jerfghu waqt din il-purcissjoni bhala wahda mill-ghaqdiet li taghti l-kontribut taghha fil-Parrocca ta’ San Gorg Martri.

 

IMG_2550

IMG_2581

F’jum id-Duluri bosta nies jaghmlu xi penitenza jew isumu u issib ukoll xi ohrajn li jisimghu anke il-quddiesa. Hija tradizzjoni ukoll li uhud mill-persuni li jimxu wara l-istatwa tad-Duluri, jimxu hafjin wara li jkunu qalghu xi weghda jew ikunu qed jaghmlu weghda dakinhar stess. B’mod partikolari waqt il-purcissjoni jkun hemm devozzjoni kbira u atmosfera ta’ talb biex niftakru f’dak il-mument meta il-Madonna garbet it-Tbatija u l-Agunija meta rat lil binha mejjet.

IMG_2579

IMG_2596

IMG_2633

Il-Festi mqaddsa jkomplu matul din il-Gimgha kollha, fosthom bil-Purcissjoni ckejkna ta’ Hadd il-Palm fejn din is-sena b’differenza minn snin ohra minhabba li qed isir xi xoghol fil-Wied, il-purcissjoni mhux ha tkun ghall-kappela tal-Madonna tal-Blat imam ghall-Pjazza San Frangisk fejn hemm isir it-Tbertik taz-Zebbug minn fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Frangisk. Purcissjoni importanti ohra hija dik tal-Gimgha l-Kbira li tibda ghall-habta tal-hamsa u nofs (5.30pm). u il-festi tal-Gimgha imqaddsa jilhqu il-milja taghhom propju f’Hadd il-Ghid, jum ta’ Ferh u Celebrazzjoni li fih niftakru l-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Gesu Kristu.

 

 

Last Updated on Saturday, 19 April 2014 08:54
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday157
mod_vvisit_counterYesterday511
mod_vvisit_counterThis week2626
mod_vvisit_counterThis month12944
mod_vvisit_counterAll2567471
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -