Home
Mill-Mahzen - Hidma ghall-festa 2014 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 22 January 2014 11:52

Mill-Mahzen -

Hidma ghall-festa 2014

mensoli

Il-Hidma gewwa l-imhazen tal-armar qatt ma waqfet, wara li spiccat il-festa regghet bdiet minnufih ghall-festa li jmiss. Hekk kif fadal biss ftit xhur fejn il-Parrocca Gorgjana tibda tintrama ghall-festa, ix-xoghol bhalissa qieghed fl-aqwa tieghu sabiex il-Festa 2014 tkun wahda, eccezzjonali mfawwra bl-aqwa armar fit-toroq Qriema.

 

IMG_9410

Bhalissa gewwa l-Mahzen tal-Vitorja qieghed isir xoghol ta’ irhamar minn Natalino Xuereb fuq sett ta’ sitt (6) Trofej. Ix-Xoghol ta’ induratura, qed isir minn Laurence Zammit u George Portelli. Bhalissa wkoll qed isir xoghol ta’ xkatlar u zebgha fost ohrajn fuq sett ta’ erbgha (4) pedestalli tal-angli sabiex jigu, irhamati, u indurati sal-festa, inbeda wkoll xoghol ta’ restawr, fuq il-pedestall ta’ Malta. Dan qed isir bl-ghajnuna ta’ Christian Camilleri, George Xuereb u Gilmour Fenech. Karmenu Meilak lesta zewg Mensoli Kbar ghall-Pedestall ta’ San Gorg rebbieh li jintrama fil-Pjazza tal-Vitorja fuq disinn ta’ Silvio Pace.

trofej_zuntier

Miexi wkoll ix-xoghol ta’ irhamar minn Joseph Spiteri fuq sett ta’ trofej antiki li kienu jintramaw fil-festa ta’ San Gorg snin ilu. Wara Restawr inbeda x-xoghol ta’ induratura li sar minn Laurence Zammit, Justin Zahra u Clayton Grech. Dawn ser jintramaw fuq iz-zuntier. F’dan il-mument ukoll inbeda xi xoghol bi-preparament ghal induratura, u rhamar fuq zewg pedestalli ohra li ser jigu armati fuq iz-zuntier minn Michael Cilia u membri ohra, xoghol fl-injam minn George Debono. Skultura gdida nhadmet minn Pawlu Sammut u ndurata minn Clayton Grech u Justin Zahra.

IMG_0642

Qed isir ukoll xoghol fi’ Hjata mil-helpers u membri fi’ hdan l-istess ghaqda fuq sett bnadar godda ghal mat-trofej ta’ fuq iz-zuntier u ghal dawk ta’ fejn il-Vitorja. Dawn gew imfassla minn Guzi Bezzina.

Inheggu lil aktar zghazagh sabiex kull min irid jaghti daqqa t’id fl-armar jista’ jaghmel dan billi jinzel il-mahzen tal-armar biswit il-Knisja ta’ Sa Gorg jew il-mahzen ta’ fejn il-Vitorja. Kull minn jaghti daqqa t’id f’ dan ix-xoghol huwa volontarju, u ghaldaqstant ghadna napprezaw bir-reqqa dan ix-xoghol ghax isir bi professjonalita, u fuq kollox isir b’imhabba kbira biex triqatna jkunu mzejna bl-isbah mod ghall-festa ta’ San Gorg Martri.

 

Ghal aktar ritratti rigward xoghol li qed isir fl-imhazen tal-armar zur il-pagna tal-facebook – www.facebook.com/festiesterniqormi

 

 

 

 

 

Last Updated on Monday, 27 January 2014 13:31
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday157
mod_vvisit_counterYesterday511
mod_vvisit_counterThis week2626
mod_vvisit_counterThis month12944
mod_vvisit_counterAll2567471
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -