Home
Il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 04 October 2013 19:20

Il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju

1377286_515704358514666_628035457_n

Ix-xahar t’Ottubru hu sinonimu mat-talba tar-ruzarju imqaddes li hi tant specjali u ghaziza ghalina l-insara, li b’devozzjoni kbira nemmnu f’Marija Santissima. F’dan ix-xahar il-Parroccca Arcimatrici ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormi tfakkar il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju u tishaq fuq id-devozzjoni li ghandu jkollna lejn din it-talba.  Il-festa issir dejjem fl-ewwel Hadd t’Ottubru, proprju nhar il-Hadd 6 t’Ottubru.  L-ewwel ikun hemm celebrazzjoni solenni fil-Knisja u wara ghall-habta tas-sitta ta’ filghaxija issegwi purcissjoni li tghaddi mit-toroq ewlenin tal-Parrocca Gorgjana.

 

1385149_515704305181338_250153622_n

Fil-purcissjoni tinhareg l-istatwa sabiha immens ta’ Karlu Darmanin li hi xoghol fil-kartapesta tal-1860.  Jinghad li qabel din l-istatwa kien hemm ohra aktar antika li sahansitra kienet issawret fl-injam qabel il-vara titulari ta’ San Gorg.  B’hekk il-Madonna tar-Ruzarju kienet l-ewwel statwa processjonali f’Hal Qormi, u possibilment wahda mill-ewlenin f’Malta.  Izda sal-illum din l-istatwa ghandna ma nafux x’sar minnha.  Fl-antik din il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju kienet tohrog ukoll f’Mejju u kienet tissejjah il-festa tal-Madonna tal-Ward.

996024_515704351848000_2043088318_n

Il-Purcissjoni ta’ nhar il-Hadd 7 t’Ottubru issir bis-sehem tal-fratellenzi kollha tal-Parrocca.  Waqt il-purcissjoni jinghad ir-ruzarju u kulhadd hu mistieden biex igib mieghu kuruna tar-ruzarju u jippartecipa f’din il-festa Marjana.

L-ghada, it-Tnejn 7 t’Ottubru imbaghad, biswit l-istatwa tal-gebel tal-Madonna ta’ Ruzarju tigi iccelebrata quddiesa fil-miftuh fejn kulhadd huwa mistieden jattendi specjalment dawk li joqghodu fl-inhawi ta’ Triq San Pietru.

 

Last Updated on Monday, 18 November 2013 22:22
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday157
mod_vvisit_counterYesterday511
mod_vvisit_counterThis week2626
mod_vvisit_counterThis month12944
mod_vvisit_counterAll2567471
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -