Home
Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 21 September 2013 08:52

Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura

945183_510488159036286_300601948_n

Il-festa tal-Madonna tac-Cintura fil-Parrocca San Gorg Hal Qormi, ser isehh nhar il-Hadd 22 ta’ Settembru 2013. Fl-okkazzjoni tal-festa, ser tigi kkoncelebrata quddiesa fil-5.00pm fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg. F’din il-quddiesa jiehdu sehem il-fratelli msehbin fil-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura tal-parrocca.

 

FESTA_MC_2008_10

Wara l-quddies, tibda hierga il-processjoni bl-istatwa tal-Madonna tac-Cintura li tghaddi minn uhud mit-toroq ewlenin tal-parrocca. F’din il-processjoni jiehdu sehem il-hames fratellanzi tal-parrocca. Ezattament wara li tidhol il-processjoni, tinghata il-barka sagramentali.

FESTA_MC_2008_9_1

Il-fratellanza tal-Madonna Tac-Cintura twaqqfet fil-parrocca taghna fis-seklu tmintax xi mkien bejn l-1736 u l-1747. Madanakollu il-kult f'Hal Qormi beda qabel ghaliex fl-1723 insibu evidenza li x-xbieha tal-Madonna tac-Cintura kienet esposta ghall-qima tal-poplu li kienet tinsab fil-kappellun tal-Gandlora. L-ghan tal-fratellanzi kien biex tghaqqad il-membri bl-istess snajja flimkien, li apparti l-aspett tad-devozzjoni, kellhom l-iskop ta’ ‘mutuo soccorso’ jigifieri dak socjali.

 

 

Last Updated on Saturday, 21 September 2013 19:04
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday424
mod_vvisit_counterYesterday618
mod_vvisit_counterThis week1456
mod_vvisit_counterThis month14869
mod_vvisit_counterAll2530952
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -