Home Attivitajiet Mhux biss boqqa inbid!
Mhux biss boqqa inbid! PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 10 September 2013 09:06

Mhux biss boqqa inbid!

Kultura, Tradizzjoni u Divertiment –
Aspetti li sebbhu il-Festival tal-Inbid f’Hal Qormi

644580_424746594249600_1011540999_n

Ghada kif intemmet id-disa’ edizzjoni tal-Qormi Wine Festival 2013 li gibdet lejn Hal-Qormi, Belt li qabel kienet aktar maghrufa aktar ghall-produzzjoni tal-inbid, hekk kif jistqarr ukoll l-origini tal-isem ‘Carmi’ li jfisser dielja u li minnu gej l-isem Qormi, mijiet ta’ Maltin u sahansitra anke hafna turisti li ilkoll flimkien gawdew zewgt iljieli unici mimlija muzika, esperjenzi kulturali, arti, xorb u ikel tradizzjoni Malti u fuq kollox divertiment.

Il-qawl Malti jghid li ‘bil-qatra l-qatra timtela’ l-garra’ u hekk qieghed jigri ta’ kull sena fil-Qormi Wine Festival ghaliex dan l-avveniment qieghed dejjem jikber u din is-sena rega’ gie ikkonfermat bhala l-akbar festival fil-Belt Pinto. Kull qatra inbid nafu li nizlet ghasel ma’ kull min attenda u daq l-inbid ipprovdut mill-kumpanija Marsovin, inbid ta’ kwalita u varjat. B’hekk il-Qormi Wine Festival jista’ jitqies bhala attivita annwali li issa tnizzlet u immarkat il-kalendarju Malti.

IMG_6078

Din kienet proprju id-disa’ sena konsekuttiva li l-Kumitat Festi Esterni San Gorg (AD 1919) flimkien mal-ghajnuna tas-Sezzjoni Zghazagh tal-istess kumitat organizzaw il-Qormi Wine Festival, festival li joffri spettaklu u varjeta’ kbira ta’ avvenimenti zghar f’avveniment nazzjonali mifrux fuq zewg serati f’wahda mill-eqdem inhawi ta’ Hal Qormi.

1238073_10200547543965228_1351796933_n

Il-wirja tal-inbid fil-mahzen tal-armar biswit il-Knisja ta’ San Gorg hija wahda mill-attrazzjonijiet li inbidlet f’esperjenza kulturali grazzi ghall-isketch imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Anici bl-isem ta’ ‘L-Imhatra’, storja umoristika b’xeni tal-imghoddi u bil-karattri ta’ Wenzu u Rozi; proprju wahda mill-praspar taghhom miktuba u imexxija taht id-direzzjoni ta’ Philip Mizzi.

1240549_588442387880019_2045846264_n

Bosta nies attendew ukoll il-mixja gewwa ix-xelter tat-tieni gwerra dinija, esperjenza ta’ darba ghal dawk kollha li twieldu wara l-gwerra u xtaqu jergghu jghixu mumenti f’dawk iz-zminijiet hekk kefrin ghall-Maltin. L-Ghaqda Qawmien hadet hsieb kif tqajjem dan ix-xelter ghaliex l-atturi holqu sitwazzjonijiet reali li fihom involvew lil dawk li zaruhom. Din kienet opportunita unika u zgur memorabbli.

IMG_6565

Minghajr ebda dubju, il-pubbliku li attenda ixxala ukoll, grazzi ghad-divertiment offrut mill-aqwa kantanti lokali u dan wara li jkun xorob xi tazza jew tnejn inbid u wara li jkun kiel xi platt tipiku Malti bhal; fniek, laham taz-ziemel, majjal il-forn, tonn, ghagin u anke mqaret. Smajna kliem ta’ tifhir ghall-ikel bnin li gie ippreparat mill-volontiera kif ukoll ghall-professjonalita waqt li kien servut l-inbid. Id-divertiment li baqa ghaddej sa ftit aktar wara nofsillejl intghogob minn kulhadd u dan ghaliex kien varjat; kemm il-muzika maghzulha mill–band tal-Mro. Mark Spiteri Lucas il-gimgha, b’selezzjoni tal-aqwa kanzunetti li flimkien ma’ uhud mill-aqwa kantanti rinomati Maltin fosthom Neville Refalo, J. Anvil, Chiara u Tiziana holqu atmosfera ta’ festa; kif ukoll id-diski umoristici Malti li zewwqu l-grupp muzikali Fakawi fil-lejla tas-sibt. Dan ma kienx id-divertiment kollu offrut fil-festival tal-inbid f’Hal Qormi ghaliex fuq ix-xaqliba l-ohra il-grupp folkloristiku ‘Maltin Biss’ kif ukoll DJ Ruby, il-gimgha u s-sibt rispettivament, qajjmu l-atmosfera fin-naha maghrufa bhala ic-Chill Out Area, xaqliba li zaruha kemm zghazagh kif ukoll nies aktar avanzati fl-eta’ li ma jibdlu ma’ xejn il-muzika tradizzjonali maltija.

582560_421781174546142_1727269058_n

Fuq nota ohra, li ta’ min wiehed jsemmi, fil-lejla tal-Gimgha kien hemm il-kompetizzjoni tal-inbid li bhal ta’ kull sena tkun tant mistennija specjalment minn dawk kollha li jipproducu l-inbid fid-djar taghhom stess u li kienu lesti li jidhlu ghal din il-kompetizzjoni. Din is-sena inkiser ir-rekord nazzjonali tal-akbar kompetizzjoni tal-inbid f’Malta b’95 flixkun tal-inbid kollha b’tomgha differenti; bhall-inbid tat-tut, inbid tad-dulliegh u ta’ aktar frott fosthom ahmar, rose u anke abjad, hekk kif kien iddikjarat mill-ghaqda The Malta Records. Ta' min wiehed jinnota li il-kwalita' tal-inbid din is-sena fil-kompetizzjoni kienet gholja hafna fejn is-snin l-ohra, skond kif qalu l-gurija stess.

1240276_10151901132769026_1158797636_n

Ma nistghux ma insemmux il-wirja tal-fotografija mill-fotografu Chris Azzopardi li rebah hafna unuri nazzjonali kif ukoll il-wirja ta’ arti mill-artist Daniel Xerri, b’pitturi ferm originali, fejn kienu bosta in-nies li fahhruhom ghall-bravura taghhom fl-oqsma rispettivi taghhom.

IMG_6599

Ta’ min isemmi ukoll li din is-sena, bhas-snin ta’ qabel ukoll, il-Qormi Wine Festival kien attrazzjoni li gibed lejh hafna u hafna turisti minn pajjizi madwar id-dinja kollha, u li hallew hafna kummenti pozittivi fuq din l-attivita u fuq l-organizzazzjoni professjonali bhal – “Proset lill-Kumitat Festi Esterni u l-Ghaqdiet u l-voluntiera li hadu sehem fil-Qormi Wine Festival. Success kbir matul dawn il-jumejn!

Impenn kbir li ssaraf b’rizultat mill-isbah!” u “Li xrobna l-inbid, kielna ikel malti kif ukoll zorna l-attrazzjonijiet, ghalina kienet esperjenza kulturali unika li urietna aspetti tradizzjonali Maltin.”

IMG_6765

Ghaldaqstant nistghu verament nghidu li kienu zewg serati impressjonanti minn kull aspett! Nirringrazzjaw lil dawk kollha li hadu sehem b’mod volontarju u lil dawk kollha li taw daqqa t’id anke finanzjarjament biex din l-attivita ghad-disa’ darba kibret u kienet ta’ success. Ghal dawk kollha li tilfu il-Qormi Wine Festival din is-sena, jaghmlu appuntament minn issa u jnizzluh fil-kalendarju taghhom biex narawhom maghna sena ohra.

 

Marija Farrugia

Last Updated on Monday, 16 September 2013 12:12
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday49
mod_vvisit_counterYesterday492
mod_vvisit_counterThis week49
mod_vvisit_counterThis month15939
mod_vvisit_counterAll2476857
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -