Home Attivitajiet Divertiment u Spettaklu waqt il-Qormi Wine Festival
Divertiment u Spettaklu waqt il-Qormi Wine Festival PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 27 August 2013 07:16

Divertiment u Spettaklu

waqt il-Qormi Wine Festival

IMG_7210

Wasalna issa proprju fl-ahhar gimgha ta’ preparamenti ghad-disa’ edizzjoni tal-Qormi Wine Festival li ser jsir il-Gimgha 30 u s-Sibt 31 t’Awwissu fl-inhawi antiki tar-rahal, biswit il-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg Martri. Il-Kumitat Festi Esterni San Gorg M. kif ukoll bl-ghajnuna tas-Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-istess kumitat qeghdin jlestu kollox u jizguraw li kollox ikun f’postu, sal-inqas dettal; tibda mill-kompetizzjonijiet, mill-esebizzjonijiet u mill-irkejjen tal-artiggjanat, mill-varjeta wiesa’ tal-inbejjed provduti, mill-ikel tradizzjonali Malti u tispicca bid-divertiment garantit li ser jkun offrut li dawk kollha prezenti fost affarijiet ohra.

Il-festival tal-inbid ser joffri garanzija ta’ divertimenti meta ser jattendu diversi artisti lokali. Ghall-edizzjoni ta’ din is-sena hemm ikkonfermati il-band ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas li flimkien ma’ kantanti stabbiliti lokali, fil-lejla tal-Gimgha, ser ikunu qed joffru atmosfera allegruza, permezz tal-muzika, lil dawk li jattendu u dan bil-partecipazzjoni ta’ kantanti bhal Chiara, J. Anvil, Tiziana u Neville Refalo.

 

Ftit qabel fuq l-istess stage ser ikun hemm il-kantanta Rebecca Bonnici unplugged li ser toffri spettaklu specjalment bil-vuci inkredibbli taghha. Rebecca ser tkun qed tiftah kemm is-serata tal-Gimgha kif ukoll dik tas-Sibt fuq il-palk principali.

1147078_583820665008858_1030739679_o

Waqt il-Qormi Wine Festival, mhux ser ikun hemm palk wiehed biss. Fuq ix-xefaq l-iehor, in-naha maghrufa aktar bhala ic-Chill Out Area, ser ikun hemm il- grupp bl-isem ta’ Maltin Biss li ovvjament ser jkun qed idoqq repertorju ta’ diski tradizzjonali u folkloristici Maltin.

IMG_6768

Il-Gimgha ukoll fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gorg ser ikun hemm il-kompetizzjoni tal-inbid, fejn diversi produtturi Maltin li jipproducu inbejjed ta’ kwalita’ superjuri ser ikunu qed jikkompettu u gurija esperta ser tkun qed taghmel l-ghazla taghha hekk kif proprju idduq l-inbejjed.

1012413_563673973690194_1010771948_n

Is-serata tas-Sibt ser tkompli bil-grupp popalari u umoristiku Fakawi li ser ikunu huma stess li jaghlqu din il-lejla. Il-grupp Fakawi huma maghrufin ghall-interpretazzjonijiet u ghas-satira taghhom imzewwqa b’muzika anke Maltija. Huma ukoll maghrufin ghac-cajt spirtu pront fuq fatti attwali. Is-sibt ukoll, fic-Chill out Area ser ikun hemm id-DJ Malti, DJ Ruby, li bla dubju ser johloq atmosfera indimentikabbli bil-varjeta ta’ muzika tieghu.

1071658_569891853068406_189030322_o

Tal-Fuklar Folklor Group ser ikunu qed jallegraw u jinvolvu l-pubbliku f’atmosfera biz-zfin tradizzjonali fuq iz-zuntier tal-Knisja fil-lejla tas-Sibt ukoll.

1209257_581973265193598_1526253149_n

Kull min fis-snin li ghaddew attenda ghal dan l-avveniment annwali f’Hal Qormi, dejjem ha gost u kienu bosta nies, anke turisti li regghu gew l-ghada jew is-snin ta’ wara. Ohrajn sahansitra sabu lill-organizzaturi u hallew kummenti pozittivi maghhom fosthom – “Tradizzjoni u divertiment imzewwqin f’zewg serati indimentikabbli.”

 

Ghaldaqstant inheggu lil kulhadd sabiex jaghmel appuntament u nhar il-Gimgha 30 u s-Sibt 31 t’Awwissu jzur il-Qormi Wine Festival u nassigurawh li ser jiddeverti zgur!

 

 

 

Last Updated on Wednesday, 28 August 2013 12:05
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday248
mod_vvisit_counterYesterday901
mod_vvisit_counterThis week3902
mod_vvisit_counterThis month19141
mod_vvisit_counterAll2460445
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -