Home Attivitajiet Festa fuq tal-Blat
Festa fuq tal-Blat PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 25 August 2013 11:47

Festa fuq tal-Blat

1_Madonna_Fuq_tal-Blat

Fi tmiem din il-gimgha jkomplu l-festi Marjani ccelebrati fil-parrocca ta' San Gorg Martri f'Hal Qormi. Festi li jkomplu jsebbhu l-jiem sajfin u jaghtu l-hajja liz-zoni li jinsabu fil-periferija tal-parrocca Gorgjana.

qormi_blat_1

Wara l-festa tal-Madonna tal-Hlas il-gimgha li ghaddiet, issa jmiss li tigi iccelebrata l-festa fil-kappella ckejkna li tinsab fuq Tal-Blat, ftit 'il fuq mill-Wied ta’ Hal-Qormi, li jghaddi mill-inhawi ta' wara l-Knisja Arcipretali. Din ukoll hija festa f'gieh Santa Marija, Patruna Universali.

 

Il-Hadd ssir il-fiera organizzata mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, filwaqt li l-kappella tkun miftuha ukoll ghall-pubbliku. Wiehed jista jammira x'gawrha ghandna f'din il-parrocca, li bhall-bqija tal-kappelli qed tinzamm fi stat tajjeb hafna. F’dawn il-jiem napprezzaw aktar il-kultura,it-tradizzjonijiet ta’ missirijietna u l-wirt storiku li hallewna

 

Il-kappella tal-Blat, f’din il-festa ta’ Santa Marija, jkun fiha l-armar kollhu mehtieg li jista’ jkollha, inkluzi damask, gandlieri u fjuretti. Il-festa ssir billi filghaxija il-Hadd, 25 t’Awwissu, ssir quddiesa solenni fil-kappella u wara ting?ata l-barka sagramentali.

 

Hadd il-Palm u din il-Kappella

 

Ta’ kull sena f'Hadd il-Palm filghodu tohrog processjoni solenni mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg Martri lejn din il-kappella bis-sehem tal-fratelli u l-kleru. Il-purcissjoni tkun imexxija mill-Arcipriet tal-Parrocca liebes il-kappa hamra u jsir it-tberik tal-frieghi taz-zebbug fuq iz-zuntier taghha. Minn hemm il-purcissjoni tmur lura lejn il-Knisja Arcipretali fejn imbaghad tibda l-Quddiesa Solenni ta’ Hadd il-Palm li taghti l-bidu ghac-celebrazzjonijiet tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Gesù Kristu.

 

 

 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday487
mod_vvisit_counterYesterday773
mod_vvisit_counterThis week1260
mod_vvisit_counterThis month17829
mod_vvisit_counterAll2592618
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -