Home Attivitajiet Kulhadd qed jistenna l-Wine Festival
Kulhadd qed jistenna l-Wine Festival PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 29 July 2013 22:47

Kulhadd qed jistenna

l-WineFestival

1492_558263157564609_1622296543_n

Kulhadd jinsab fuq ix-xwiek jistenna il-festival tal-inbid li ser ikun nhar il-Gimgha 30 t’Awwissu u is-Sibt 31 ta’ Awwissu. Ftit tal-jiem qabel ikun hem mil-ftuh tal-wirja tal-inbid li dejjem tkun innovattiva u ninsabu herqana biex naraw kif ser tkun din is-sena fejn numru ta' stazzjonijiet tat-televizjoni, radjijiet u gurnali jigu jirrappurtaw b'interess kbir din l-attivita'.

644580_424746594249600_1011540999_n

Volontiera, libsin ilbies tradizzjonali, jiehdu sehem f’mixja mat-toroq tal-inhawi fejn isir il-festival tal-inbid bhala introduzzjoni ghall-ftuh ta’ din il-wirja u din il-mixja isservi sabiex ir-residenti jkunu avzati b’din l-attivita hekk kbira li qeda dejjem tikber ta’ kull sena.

385977_421618257895767_907870509_n

Il-festival tal-inbid hu rinomat ghaliex kull min izuru jkun jista’ jduq diversi inbejjed mill-kumpanija Marsovin mit-8 ta’ filghaxija sal-11:30 u mieghu jiehu it-tazza tal-inbid bil-logo tal-istess festival. Dawk kollha li jifhmu ghaliex huma esperti fl-inbid u fil-manifattura tieghu u ohrajn li forsi jiehdu gost jduqu dik it-tazza inbid nistiednuhom jattendu ghaliex din hi mhux biss attivita specjali izda ukoll opportunita unika.

 

F’dan il-festival, il-mistiedna specjali ta’ nhar il-Gimgha 30 t’Awwissu ser ikunu l-Band ta’ Mark Spiteri Lucas fejn diversi kantanti popolari ser jkunu qed jakkumpanjaw din il-band matul is-serata. Minn naha l-ohra is-Sibt 31 t’Awwissu ser jkunu mistiedna l-band Fakawi, popolari ghall-muzika orignali li jafu joffru kif ukoll id-dj lokali, DJ Ruby, li ser ikun fic-Chill Out Area, parti ohra mill-festival tal-inbid fejn kull min jattendi ikun jista jixrob l-inbid filwaqt li jisma’ il-muzika f’atmosfera rilassanti.

539921_423694324354827_438063113_n

Dan kollu jista’ jsehh biss grazzi ghall-hidma kollha issir, is-sagrificcju u l-impenn ta' numru sabih ta' voluntiera fi hdan il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri u s-Sezzjoni Zghazagh li jaghtu s-sehem taghhom bil-qalb matul is-sena kollha.

582560_421781174546142_1727269058_n

Fl-ahharnett infakkrukom u nistiednukom sabiex tattendu, il-Gimgha 30 t’Awwissu u s-Sibt 31 t’Awwissu u b’hekk tgawdu mhux biss mit-tjubija tal-inbid u tal-ikel bnin u tradizzjonali Malti izda ukoll titghaxxqu b’kull rokna kulturali u ta’ divertiment prezenti fil-festival tal-inbid.

 

 

Last Updated on Friday, 09 August 2013 07:58
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday517
mod_vvisit_counterYesterday809
mod_vvisit_counterThis week3036
mod_vvisit_counterThis month10665
mod_vvisit_counterAll2526748
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -