Home Sponsors
Strieh fis-Sliem George PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 23 July 2013 10:49

Strieh fis-Sliem George

576157_124361674365293_962549383_n

Nhar il-Gimgha 19 ta’ Lulju thabbret il-mewt ta’ George Bianchi, fl-eta ta’ 68 sena, ahbar li hasdet lil kulhadd b’mod specjali lil qriema gorgjani. George kienet membru onorarju u membru attiv fi hdan il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri. Dejjem kont tarah hemm prezenti f’kull attivita’ relatata mal-festa ta’ San Gorg, anke f’attivitajiet imtella’ mill-istess Kumitat. Kull ma jaghmel kien jaghmlu b’imhabba ghall-festa, fosthom is-sehem tieghu fil-kitbiet ta’ poeziji u innijiet, dejjem b’tifhir lejn il-kbir Martri ta’ Lidda, li proprju kien imsemmi ghalih.

 

 

Ghaldaqstant, il-Kav. George Bianchi kien ukoll membru onorarju fil-kummissjoni pubblikazzjoni, fejn insibu diversi kitbiet u xoghlijiet mill-pinna tieghu.

550275_124358091032318_245861753_n

George Bianchi kien bandist mal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri fejn anke kien ghamel xi zmien membru fil-kumitat, hawn dejjem offra l-ghajnuna tieghu u hadem bi shih ghall-festa.

554300_143087222492738_292470111_n

George kien ukoll jilbes il-flokk ta’ Qormi FC u iddebutta mat-team tar-rahal fl-istagun 1962/1963, fejn kien involut f’diversi loghbiet kemm billi dahal bhala sostitut, u kemm billi beda mal-ewwel hdax tal-iskwadra Qormija. L-aktar li baqa msemmi kien meta skorja l-gowl tar-rebha fil-finali tan-Knockout kontra Gudja nhar is-26 ta’ Mejju 1963 bl-iskor ta’ 1-0, gowl uniku ta’ George Bianchi, fejn wara din il-partita kienu saru celebrazzjonijiet kbar gewwa Hal Qormi bejn iz-zewg parrocci.

 

‘Imsemmi ghall-Patrun ta' Beltna

u dan int kont tant kburi bih,

ghax meta s-salib tal-marda taqqlek

kont iddur lejh, u ssib il-wens fih.

 

Gorg issa daqshekk tbatija

ghax ghamilta kollha t-triq,

warda sabiha mill-gnien Qormi

maqtughha biex igawdija l-Hallieq.’

 

(miktuba minn Pierre Apap)

 

Nixtiequ naghtu l-kondoljanzi lill-familjari tieghu.

 

Aghtih Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

Last Updated on Wednesday, 24 July 2013 00:19
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday318
mod_vvisit_counterYesterday720
mod_vvisit_counterThis week3056
mod_vvisit_counterThis month13578
mod_vvisit_counterAll2550170
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -