Home Sponsors
San Guzepp PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 05 May 2013 15:35

San Guzepp

30181_130335350319008_100000276320444_274454_5373888_n

Proprju f’din is-sena, 2013, il-vara wisq sabiha u ta’ pregju, il-vara ta’ San Guzepp, taghlaq 50 sena fostna. Ta’ min wiehed jghozz din il-vara li hi tant ghal qalbna il-Qriema. Il-Festa ta’ San Guzepp issir nhar l-ewwel Hadd ta' Mejju u hija meqjusa bhala wahda mill-akbar festi sekondarji li jigu iccelebrati f'Hal Qormi.   Il-festa tigi organizzata mill-Fratellanza ta' San Guzepp bl-ghajnuna ovvjament ta’ dawk kollha li jahdmu fi hdan il-Parrocca.  Il-purcissjoni tohrog wara l-funzjoni tal-Knisja fejn iddur uhud mit-toroq tal-Parrocca stess.

L-Istatwa ta’ San Guzepp, matul is-sena tkun fit-tempju majestuz fejn titpogga fin-nicca taghha taht in-navi maghrufa bhala ta' San Guzepp, faccata tan-nicca ta' San Gorg. L-istatwa ta’ San Guzepp  giet mahduma mill-injam gewwa Bolzano biex tiehu post statwa ohra tal-kartapesta, xoghol ta' Guzeppi Cilia. L-Istatwa originali, tal-Kartapesta, ghadha sal-lum il-gurnata mizmuma gewwa s-sagristija.

Fil-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg hemm ukoll artal iddedikat lil San Guzepp bil-Pittura ta' Guzeppi Cali. Dan l-artal jigi armat b'sett gandlieri u fjuretti fil-festi ta' San Guzepp u fil-festa ta’ San Gorg ukoll.

 

Last Updated on Monday, 20 May 2013 17:47
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday237
mod_vvisit_counterYesterday576
mod_vvisit_counterThis week2665
mod_vvisit_counterThis month14014
mod_vvisit_counterAll2492632
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -