Home Attivitajiet Il-Festa tar-Rebbiegha b’tema Medjevali
Il-Festa tar-Rebbiegha b’tema Medjevali PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 21 April 2013 15:45

Il-Festa tar-Rebbiegha

b’tema Medjevali

IMG_1535

Proprju fi tmiem il-gimgha, fil-Parocca ta’ San Gorg Martri, ghadha kif intemmet il-hames edizzjoni ta’ The Malta Spring Festival, il-Festa tar-Rebbiegha.  Din l-attivita’ kienet mifruxa fuq zewgt iljieli li ghal darba ohra rat mijiet ta’ nies, bl-attrazzjonijiet principali jkunu l-grupp tal- In Guardia, il-walkthrough fix-xelter kif ukoll l-ikla medjevali fil-mahzen tal-armar.

 

Madanakollu kienu hafna aktar l-attrazzjonijiet li gibdu n-nies lejhom fosthom mijiet ta’ turisti li bla ebda dubju japprezzaw attivitajiet tradizzjonali maltin bhal dawn.

IMG_1716

Hafna kienu dawk li kkummentaw dwar l-organizzazjoni impekkabbli. Ohrajn fahhru l-ikel bnin li preparajna fosthom; il-ftira maltija, il-laham tal-majjal u taz-ziemel, fniek u aktar ikel tradizzjonali malti.

Kien hemm sorpriza specjali fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg ghaliex proprju minhabba il-jum tat-23 t’April, l-istatwa titulari ta’ San Gorg Megalomartri harget minn nicca u kienet qed izejjen il-knisja bil-pregu taghha.

59250_515054421887381_227742796_n

It-toroq tal-madwar kien mzejna b’bandalori u pavaljuni minn lokalitajiet Maltin, b’diversi wirjiet ta’ artiggjanat u stands bi frott u haxix u anke pjanti.

Ma nistghux ma insemmux ukoll il-kompetizzjoni u wirja fl-istess hin tal-fotografija fejn kienet success u dawk li gew l-ewwel fiz-zewg kategoriji rispettivi inghataw trofew u min kwalifika fit-tieni u fit-tielet post inghata certifikat ta’ partecipazzjoni.  Ir-ritratti kollha kienu tal-istampi! F’isem il-Kumitat Festi Esterni nixtiequ nghidu proset u grazzi lil kull min ha sehem f’din il-kompetizzjoni.

IMG_1735

Il-Kumitat Festi Esterni jixtieq jirringrazzja b’mod partikolari lill-Kunsill Lokali Qormi u lill-Ministeru ghat-Turizmu u s-Segretarjat Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali li dejjem jkun ta’ ghajnuna, kif ukoll b’mod specjali lis-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat kif ukoll kull volontier li ghin f’din l-attivita ghaliex minghajrhom zgur li xejn ma seta’ jsir.

IMG_1840

Il-Festa tar-Rebbiegha hija avveniment li ghal-hames sena konsekuttiva kienet success u li thejji t-triq u tama f’dawk kollha li hadu sehem sabiex is-sena d-diehla din l-istess attivita’ tkompli tikber u tigbed aktar nies fil-Parrocca iddedikata lil Padrun San Gorg.

905252_525562020834723_1603697887_o
Last Updated on Sunday, 05 May 2013 15:56
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday522
mod_vvisit_counterYesterday531
mod_vvisit_counterThis week1951
mod_vvisit_counterThis month14371
mod_vvisit_counterAll2475289
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -