Home Attivitajiet Il-Kompetizzjoni tal-Fotografija fil-Festa tar-Rebbiegha
Il-Kompetizzjoni tal-Fotografija fil-Festa tar-Rebbiegha PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 10 April 2013 18:12

Il-Kompetizzjoni tal-Fotografija

fil-Festa tar-Rebbiegha

poster_copy

Il-kompetizzjoni tal-fotografija ghaddejja tul il-Festa tar-Rebbiegha, bejn il-Gimgha 19 u s-Sibt 20 t’April, iggib l-isem ta’ – Il-Kavallieri f’Malta.  Il-fotografi huma marbuta u mitluba izommu ma’ dan it-titlu pero jistghu jzewwqu ir-ritratti ovvjament skond l-abilitajiet u l-kapacitajiet taghhom. Il-fotografi jistghu jippartecipaw fiz-zewg kategoriji li ser jkun hemm; dawn huma a) Il-Personalitajiet u b) L-Arkitettura, dejjem miigbura taht it-titlu ta’ ‘Il-Kavallieri f’Malta’.

 

Ir-rebbieha fl-ewwel post ta’ kull kategorija ser jinghataw premju xieraq, kif ukoll ser jigi maghzul l-isbah ritratt minn fost il-Qriema.

DSCF0467

Ir-ritratti jridu ikunu ta’ size A3, ‘mounted’, izda b’mod partikolari huwa importanti li kull ritratt ma jkollu l-ebda marka (watermark) fuq quddiem tieghu.  Id-dettalji tal-partecipant iridu jkunu kollha fuq wara ta’ kull ritratt, fosthom; isem u kunjom, indirizz u numru tal-mowbajl.  Kull participant jista’ jkollu sa zewg ritratti f’kull kategorija u r-ritratti jistghu jkunu kemm black and white, bil-kulur, sepia u effetti ohra li jiddecidi li jaghzel il-fotografu stess ghar-ritratti rispettivi tieghu.

June_2007_734

Id-dhul huwa bla hlas u r-ritratti jridu jkunu ghand dawk responsabbli minn din il-kompetizzjoni, fosthom Natalino Xuereb, sa nhar l-Erbgha 17 t'April.

Ghal aktar dettalji cemplu lil Natalino Xuereb fuq 79042303 jew billi tibaghtulu emajl fuq  This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .  Il-Partecipanti jistghu jirrikoru ukoll sal-Mahzen tal-Armar San Gorg, Hal Qormi, biex jiksbu aktar informazzjoni fuq din il-kompetizzjoni.

 

Kull ritratt ser jkun esebit fil-jumejn tal-attivita u r-rebbieha ser jithabbru s-Sibt 20 t'April ovvjament waqt il-Festa tar-Rebbiegha.

 

Inheggukom sabiex tippartecipaw!

Last Updated on Sunday, 21 April 2013 16:12
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday564
mod_vvisit_counterYesterday509
mod_vvisit_counterThis week1073
mod_vvisit_counterThis month11391
mod_vvisit_counterAll2565918
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -