Home Sponsors
L-Ghid it-Tajjeb PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 30 March 2013 13:49

L-Ghid it-Tajjeb

467740_341341532590107_253269206_o

F’dawn il-jiem tal-Gimgha Mqaddsa, il-Parrocca Gorgjana ntliet b’esibizzjonijiet, b’wirjiet u b’funzjonijiet imqaddsa fosthom dik ta’ Hamis ix-Xirka fejn bosta nies attendew il-knisja ghal din il-funzjoni ta’ darba f’sena.  Il-Knisja kienet imzejna ghal din l-okkazzjoni izda l-aktar li jigbdu l-ghajn bla dubju huma il-vari l-gmiel taghhom, kollha jiffiguraw mument partikolari fil-passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu.  Fil-funzjoni ta’ Hamis ix-Xirka, l-Arcipriet Dun Anton Cassar ghazel tnax-il appostlu u haslilhom saqajhom, l-istess bhalma Gesu ghamel fl-ahhar cena sabiex juri li m’hemm l-ebda mghallem hlief Alla u li fid-dinja ahna llkoll inqas.

IMG_0375

Il-Hamis filghaxija mijiet ta’ nies zaru l-Knisja ta’ San Gorg sabiex jaghmlu s-seba’ visti u l-adorazzjoni taghhom quddiem is-sepulkru li gie armat u mzejjen kif inhu xieraq.

IMG_0424

 

IMG_0376

Proprju nhar il-Gimgha l-Kbira, tard wara nofsinhar, harget il-purcissjoni li damet ghaddejja madwar erba’ sighat, mimlija personaggi biblici kif ukoll b’vari artistici merfugha minn reffiegha tant iddeddikati, li jaghmlu l-ghalmu taghhom u jaghtu s-sehem taghhom fil-parrocca sena shiha.  Mijiet ta’ nies u turisti gew u zaru din il-purcissjoni li ta’ kull sena tigbed in-nies lejha, specjalment minhabba il-vari unici li ma issibx bhalhom.

IMG_0981

Nhar Sibt il-Ghid, il-Knisja taghmel il-funzjoni solenni fejn isir it-tberik tal-ilma imbierek, jigi mixghul il-blandun sinjal ta’ bidu gdid kif ukoll ikun hemm il-maghmudija tat-trabi.  Izda fuq kollox kull min jattendi ghal din il-funzjoni hekk ghaziza, jiccelebra l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Gesu Kristu; l-akbar festa tal-Knisja.  Ghalina l-insara dan l-avveniment huwa importanti ferm ghaliex Gesu mhux biss miet ghalina izda qam mill-mewt biex isalvana u jaghtina t-tama tal-hajja ta’ dejjem.

Dan jilhaq il-qofol tieghu imbaghad bil-purcissjoni tal-Irxoxt li iddur it-toroq Qriema u taghlaq bil-girja tradizzjonali biswit il-Knisja ta’ San Gorg, fejn eluf ta’ nies ta’ kull sena jattendu.  Nitolbu lil Kristu Rxoxt jixhet il-barka tieghu fuqna.

Il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-istess Kumitat jawgurawlkom l-Ghid it-Tajjeb.

Last Updated on Monday, 01 April 2013 20:38
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday486
mod_vvisit_counterYesterday773
mod_vvisit_counterThis week1259
mod_vvisit_counterThis month17828
mod_vvisit_counterAll2592617
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -