Home Sponsors
Il-Bidu tal-Festi tal-Gimgha Mqaddsa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 23 March 2013 15:13

Il-Bidu tal-Festi tal-Gimgha Mqaddsa

IMG_0202

Is-sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni proprju nhar il-Hamis 21 ta’ Marzu inawgurat il-wirja bl-isem ta’ HAKELDAMA fic-Centru tal-Armar, biswit il-Knisja.  Ta’ min wiehed jzur din il-wirja ghaliex hija mhux biss orginali, izda ukoll interessanti hafna.  Fiha tinkludi kollezzjoni ta’ statwi u pitturi tal-artist Kurt Friggieri.

IMG_0120

Ghall-ftuh ta’ din il-wirja kienu prezenti Membri Parlamentari, is-Sindku ta’ Hal Qormi Rosianne Cutajar, kunsilliera, kif ukoll l-Arcipriet Dun Anton Cassar li bierek din l-istess wirja.  Dawk kollha li attendaw u raw ghall-ewwel darba din il-wirja kellhom kummenti sbieh u pozittivi. Il-wirja HAKELDAMA se tkun miftuha kuljum mis-6 ta’ filghaxija ‘il quddiem, is-sibtijiet u il-hdud mid-9 ta’ filghodu sa nofsinhar kif ukoll mill-5 sal-10 ta’ filghaxija, Hamis ix-Xirka mis-6 sal-11 ta’ filghaxija u nhar il-Gimgha l-Kbira mid-9 ta filghodu sas-1, u mill-5 sad-9.30 ta’ filghaxija.

IMG_7090

Tefgha ta’ gebla ’il boghod minn din il-wirja ser ikun hemm ix-xelter taz-zmien it-tieni gwerra dinja miftuh ghall-pubbliku u armat ghall-festi tal-Gimgha Mqaddsa li jitrasforma ruhu f’habs ruman.

Ta’ min wiehed jzur kemm il-wirja kif ukoll ix-xelter ghaliex huma zewg esperjenzi unici f’dawn iz-zminijiet mqaddsa.

IMG_0290

Nhar il-Gimgha it-22 ta’ Marzu, fil-Parrocca Gorgjana harget il-purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri li fiha attendew bi hgarhom mijiet ta’ nies, kollha jimxu wara l-istatwa b’tant devozzjoni.  Din il-festa qaddisa tigi iccelebrata bit-thejjija ghall-Gimgha Mqaddsa u ghall-akbar festa tal-Knisja Kattolika; l-Ghid il-Kbir.  F’jum id-Duluri bosta nies jaghmlu xi penitenza jew jsumu u issib ukoll xi ohrajn li jisimghu anke il-quddiesa.  Hija tradizzjoni ukoll li uhud mill-persuni li jimxu wara l-istatwa tad-Duluri, jimxu hafjin wara li jkunu qalghu xi weghda jew ikunu qed jaghmlu xi weghda dakinhar stess.  B’mod partikolari waqt il-purcissjoni jkun hemm devozzjoni kbira u atmosfera ta’ talb biex niftakru f’dak il-mument meta il-Madonna garbet it-tbatija u l-agunija meta rat li binha mejjet.

IMG_0317

Il-festi mqaddsa jkomplu matul din il-gimgha kollha, fosthom bil-purcissjoni ckejkna sal-kappella ta’ tal-Blat f’Hadd il-Palm, kif ukoll nhar il-Gimgha l-Kbira bil-purcissjoni li tohrog ghall-habta tal-5.30 ta’ filghaxija u jilhqu il-milja taghhom proprju f’Hadd il-Ghid, jum ta’ ferh u celebrazzjoni li fih niftakru l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Gesu Kristu.

Il-Kumitat flimkien maz-Zghazagh fi hdan l-istess Kumitat San Gorg Martri jawgura l-Ghid it-tajjeb mimli barka minn Kristu Rxoxt lil kulhadd.

 

 

Last Updated on Saturday, 30 March 2013 14:19
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday186
mod_vvisit_counterYesterday557
mod_vvisit_counterThis week2062
mod_vvisit_counterThis month10827
mod_vvisit_counterAll2507900
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -