Home
Lejla Muziko-Letterarja 2012 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 08 December 2012 19:22

Lejla Muziko-Letterarja

2012

IMG_9484

Il-Gimgha 7 ta’ Dicembru 2012 saret edizzjoni ohra tal-Akkademja Muziko-Letterarja ‘Adeste Fideles’ li ta’ kull sena tigi organizzata mis-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri.

IMG_9502

Din kienet okkazzjoni specjali ghaliex iz-zghazagh offrew mhux biss l-ghajnuna taghhom lil min hu fil-bzonn izda f’dawn iz-zminijiet ta’ festi wrew solidarjeta ma’ min hu anqas ixxurtjat minna u d-donazzjonijiet li ingabru matul din is-serata marru b’risq il-Fondazzjoni Familji Qriema.

IMG_9578

Dawk prezenti; fosthom l-Eccelnza Tieghu L-Isqof Awziljaru ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, L-Arcipriet tal-Parrocca Dun Anton Cassar, is-Sindku s-Sinjorina Rosianne Cutajar, L-Imhallef Silvio Meli, kunsilliera, membri tal-Kumitat u tas-Sezzjoni Zghazagh Festi Esterni kif ukoll membri distinti ohra u l-pubbliku prezenti setghu jgawdu muzika sagra relata mall-Milied, bis-sehem tal-Kor Exultate Domino, immexxi mis-Surmast Ian Mallia, fl-isfond tat-tempju Gorgjan, fil-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg.

Mhux biss, dawk prezenti kellhom l-opportunita jirriflettu ftit f’dan iz-zmien tal-Avvent bi preparazzjoni ghall-migja ta’ Gesu Kristu fostna fil-Milied, u jahsbu ftit dwar - xi tfisser ghalina l-fidi u x’inhu l-irwol taghha fil-hajja taghna ta’ kuljum?

IMG_9588

F’din is-serata saru ukoll xi prezentazzjonijiet, b’mod partikolari l-prezentazzjoni tal-istandard il-gdid bil-bandiera ta’ San Gorg mis-Sezzjoni Zghazagh lill-Kumitat Festi Esterni.

IMG_9632

L-Isqof Awziljarju ghamel id-diskors tieghu fejn sahaq kemm hu importanti li l-fidi taghna ma tkunx biss fidi tal-kotba imma fidi li rridu nipprattikaw ta’ kuljum.  Huwa gie moghti kallotra bhala ringrazzjament talli laqa’ l-istedina taghna u onorana bil-prezenza tieghu.  Nawgurawlu hidma sfieqa fil-kariga l-gdida tieghu.

IMG_9646

Fl-ahharnett, il-Lejla Muziko-Letterarja kienet serata pjacevoli ghaliex bhal kull sena, dhalna aktar fl-ispirtu tal-Milied imma fuq kollox irriflettejna fuq l-fidi taghna u b’ghemilna wrejna solidarjeta’ ma’ min hu fil-bzonn f’dan iz-zmien hekk specjali tal-Milied.

IMG_9648

 


 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday257
mod_vvisit_counterYesterday762
mod_vvisit_counterThis week1528
mod_vvisit_counterThis month11846
mod_vvisit_counterAll2566373
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -