Home
Strieh fil-paci u berikna Dun Rene PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 04 November 2012 13:04

Strieh fil-paci

u berikna Dun Rene

224406_10150742526660627_7855630_n

Kulhadd ghadu ixxokjat bil-mewt tragika tal-qassis zaghzugh li sehhet il-Hadd 4 ta’ Novembru kmieni filghodu.  Dun Rene kien sejjer iqaddes quddiesa bhalma jaghmel kull nhar ta’ Hadd filghodu meta safa’ vittma ta’ incident tat-traffiku.

https://www.youtube.com/watch?feature=player_embedded&v=aqlRWD8ruLQ

Dun Rene twieled fis-16 ta’ Lulju fl-1985 u ma kellux hajja facli ghaliex ghadda minn hafna izda dejjem baqa’ dahkan u baqa’ dejjem jemmen f’Alla u wisq aktar jafda fih.  Recentement kien qieghed iservi fil-Parrocca taz-Zejtun wara li fis-17 t’Ottubru 2010 sar djaknu biex imbaghad fit-3 ta’ Lulju 2011 gie ordnat sacerdot u ghamel il-Prima Messa tieghu fl-10 ta’ Lulju tal-istess sena.

67288_10150293858195627_7538739_n

Dun Rene kien bniedem karizmatiku u din il-karizma kien jitrazzmettieha f’kull quddiesa li kien iqaddes u kull fejn kien ikun, b’hekk kien jigbed mijiet ta’ nies lejh.  Kien mahbub minn kulhadd specjalment miz-zghazagh li kien iqatta’ hafna hin maghhom.  Infatti il-quddiesa taz-zghazagh ghall-festa ta’ San Gorg f’Gunju li ghadda qaddisha hu stess b’tant energija u imhabba li kellu lejn il-Padrun ta’ rahal tweliedu.

216793_10150742542925627_4557602_n

Dejjem bi tbissima fuq fommu, lest li jsib hin ghal kulhadd specjalment meta tistqarr u tiftah qalbek mieghu li ghandek xi problema, bniedem umli u issibu minn tal-ewwel sabiex jghinek, jaghtik parir u jisimak meta tkun fil-bzonn; dan kien Rene Cilia.

249364_10150742526480627_2262981_n

Propju anqas minn xahar ilu, Dun Rene qaddes il-quddiesa, f’tal-Vitorja, f’gheluq is-sena mill-mewt tal-habib taghna u tieghu stess Charlon Borg fejn l-omelija li hejja u qal b’tant determinazzjoni misset il-qalb ta’ kull min kien prezenti.  Fiha stqarr li kuljum irridu nghixu daqs li kieku din tkun l-ahhar gurnata ta’ hajjitna, ghandna dejjem nitbissmu u ingaghlu lil min jitbissem u fuq kollox noffru imhabbitna lejn il-proxxmu taghna kollu.

1

Fl-ahharnett, sentenza li kienet dejjem ghal qalbu hija din – “Mhux facli tghid iva lil Alla izda jekk tghidlu iva Alla jaghmel mieghek u permezz tieghek hwejjeg kbar.”  Din hija sentenza li ta’ min wiehed jirrifletti fuqha u jahseb ftit x’messagg wasslilna Dun Rene matul hajtu. 

Aghtih Mulej il-mistrieh ta’ dejjem!

 

Last Updated on Thursday, 08 November 2012 23:17
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday264
mod_vvisit_counterYesterday832
mod_vvisit_counterThis week264
mod_vvisit_counterThis month13677
mod_vvisit_counterAll2529760
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -