Home
Hidma Bla Waqfien PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 21 October 2012 21:05

Hidma Bla Waqfien

665413_442234879167438_197485296_o

Il-Hidma kontinwa gewwa l-imhazen tal-armar qatt ma issoktat wara li spiccat il-festa anzi regghet bdiet minnufih ghall-festa li jmiss u dan ghaliex kollox jibqa’ ghaddej biex il-festa 2013 tkun wahda eccezzjonali, imfawwra bl-aqwa armar fit-toroq qriema. Fost uhud mix-xoghlijiet li qedin isiru insibu il-pitturi ta’ Marjo Baldacchino, maghruf aktar bhala l-Pajju, talent qormi u gorgjan, ghal fuq il-bandalori li ser jintramaw ghall-festa ta’ din is-sena stess, fi Triq il-Kbira, qrib hafna tal-Kazin Banda San Gorg Martri. Dan huwa xoghol li sar fuq ix-xoqqa u fuq erbatax-il bandalora.  Il-pitturi jirraprezentaw uhud mill-qaddisin Martri.  Id-dizinn tal-bandalori sar minn Silvio Pace, filwaqt li l-isfumar sar minn George Spiteri u l-hjata minn Henry Attard.  Bla dubju li dawn il-bandalori imzewqa b’pitturi mill-isbah ser izejnu u jghaxxqu it-toroq gorgjani. 

178453_441801739210752_477376958_o

Flimkien ma’ dawn il-bandalori, fi Triq il-Kbira stess, propjament fi Pjazza San Frangisk, din is-sena ser jintramaw sett gastri godda, il-gatri parti mill-puttini li qieghed jahdem bi shih fuqhom Nenu Xerri. 

135682_441856032538656_1255521125_o

Minn naha l-ohra parti mill-gastri tal-pjazza ser ikollhom maghhom iskultura fl-injam, li gew indurati minn Justin Zahra u Lawrence Zammit.

177675_442233409167585_995388637_o

Fil-mahzen tal-Vitorja ghaddej gmielu ix-xoghol fuq sett ta’ trofej li ser jintramaw fi Triq il-Vitorja stess.  Fuq dawn it-trofej sar restawr estensiv minn Christian Camilleri, Natalino, George u Guzi Xuereb.  Dawn it-trofej qeghdin jigu indurati minn George Portelli u Lawrence Zammit u irhamati minn Natalino Xuereb.

175173_441801612544098_2111827691_o

Progett gdid huwa dak ta’ restawr fuq sett trofej ohra, li huma antiki hafna u li kienu jintramaw fil-festa ta’ San Gorg snin ilu.  Qeghdin jigu rrestawrati minn Guzi Bezzina fost l-ghajnuna ta’ hafna zghazagh li jinzlu jaghtu daqqa t’id u jghinu fi-restawr taghhom ta’ kuljum fil-mahzen tal-armar iddedikat lil San Gorg MegaloMartri.

Last Updated on Thursday, 25 October 2012 00:00
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday157
mod_vvisit_counterYesterday511
mod_vvisit_counterThis week2626
mod_vvisit_counterThis month12944
mod_vvisit_counterAll2567471
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -