Home Attivitajiet Serata Impressjonanti - L-Ewwel Serata tal-Wine Fest
Serata Impressjonanti - L-Ewwel Serata tal-Wine Fest PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 01 September 2012 00:07

Serata Impressjonanti -

L-Ewwel Serata tal-Wine Fest

IMG_6830

Ghada kif intemmet l-ewwel serata tal-Qormi Wine Festival 2012 li gibdet lejn Hal-Qormi, Belt li qabel kienet aktar maghrufa ghall-inbid, mijiet ta’ Maltin u anke turisti li lkoll flimkien gawdew lejla unika ta’ muzika, ikel Malti, esperjenzi kulturali, arti, xorb u fuq kollox divertiment.

Din il-lejla spettakolari giet fi tmiemha b’selezzjoni mill-aqwa ta’ kanzunetti offruti lil dawk kollha prezenti mill-band tal-Mro. Mark Spiteri Lucas flimkien ma’ uhud mill-aqwa kantanti rinomati Maltin fosthom Neville Refalo, Debbie Scerri, Ludwig Galea u Chiara.  Bla dubju li kulhadd zifen mal-kanzunetti li ndaqqu.

Serata impressjonanti minn kull aspett, l-aktar meta wiehed iqis kemm qed ikun hemm attivitajiet organizzati f’dan il-weekend.

Ta_Kurun_1

Il-Festival tal-inbid hu organizzat mill-Kumitat Festi Esterni ta’ Hal-Qormi (AD 1919), u se jkompli ghada s-Sibt dejjem biswit il-Knisja ArciMatrici ta’ San Gorg.  Il-Festival li jibda fit-8pm u jibqa’ sejjer sa tard bil-lejl joffri wirjiet u attrazzjonijiet li jinbidlu f’esperjenza hajja.  Fost dawn l-attrazzjonijiet kien hemm partikolarment il-wirja fil-Mahzen tal-Armar imtella’ mill-atturi tal-Kumpanija Teatrali Anici bit-tema ta’ Wenzu u Rozi fil-bar ta’ Kurun, kif ukoll l-esperjenza tal-walk through fix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinjijja fejn l-atturi tal-Ghaqda Qawmien dahhlu lill-pubbliku f’esperjenza realistika ta’ dawk iz-zminjiet; air raid.

Nurse_helping_patient_in_shelter

Gibdet hafna nies lejha ukoll kienet proprju l-akbar tazza tal-inbid fid-dinja, hekk kif giet stabbilita f’April li ghadda mill-Guinness World Record. Vicin taghha ukoll kien hemm ir-re-enactment bil-midalja tal-George Cross fejn reggghet tfakkret ic-celebrazzjoni mill-ghotja tieghu proprju sebghin (70) sena ilu.

IMG_6724

Kompetizzjonijiet li kienu tant mistennija bhal ta' kull sena kienu dawk tal-fjuri kif ukoll tal-inbid fejn intrebhu diversi trofej.  Ta' min wiehed jinnota li il-kwalita' tal-inbid din is-sena fil-kompetizzjoni kienet gholja hafna fejn is-snin l-ohra, skond kif qalu l-gurija stess.

Ghaldaqstant, kull min jixtieq jerga jesperjenza dan kollu jew jduq ftit minn dan li semmejt nistiednuh jigi jgawdi s-serata tas-Sibt u nassigrawh li se jibqa jiftakar din l-attivita bhala wahda specjali.


Last Updated on Sunday, 02 September 2012 11:00
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday600
mod_vvisit_counterYesterday901
mod_vvisit_counterThis week4254
mod_vvisit_counterThis month19493
mod_vvisit_counterAll2460797
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -