Home Attivitajiet Il-Bidu tal-Wine Festival
Il-Bidu tal-Wine Festival PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 31 August 2012 07:30

Il-Bidu tal-Wine Festival

279224_457042134329764_1224327709_o

Illum il-31 t'Awwissu jinfetah is-separju fuq il-Qormi Wine Festival ghat-tmien sena konsekuttiva.  Matul din l-ahhar gimgha saru bosta preparamenti sabiex illejla kollox imur sew, kif xieraq.  Hafna volontiera u membri tal-Kumitat Festi Esterni kif ukoll tas-Sezzjoni Zghazagh qedin jahdmu bla waqfien biex isebbhu l-inhawi ta' madwar il-Knisja ta' San Gorg, proprju fejn se jsir il-festival.

Triq il-Kbira f’Hal Qormi se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali bil-knisja parrokkjali ta’ San Gorg fl-isfond.  Fost il-varjeta' ta' ikel ser ikun hemm; il-ftira maltija, il-majjal, il-laham taz-ziemel, l-istuffat, tigieg u anke fniek kif ukoll imqaret.  Minn naha l-ohra kull min jixtieq jixrob jista' jixtri tazza tal-inbid tal-okkazzjoni li tinzamm u jduq kull inbid, (rose, abjad u anke ahmar) li toffri il-kumpanija lokali Marsovin.  Barra minn hekk, ser ikun hemm atmosfera grandjuza b'aktar minn 100 artist fosthom baned, solisti u gruppi folkloristici li se jkunu qed jaghtu l-interpretazzjoni taghhom fuq tliet palkijiet differenti.

Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn. L-inbid jibqa’ jinghata sal-11.30pm. M’hu se jinghata ebda mbid lil dawk ta’ taht is-sbatax-il sena, ghalkemm anke dawn jistghu jzuru l-attivitajiet marbuta mal-festival imma jixtru xorb mhux alkoholiku minn stall ohra li se titwaqqaf apposta.

Bix-xieraq u ghal din is-sena ser ikun hemm esebita l-akbar tazza tal-inbid fid-dinja, hekk kif giet stabbilita mill-Guiness World Record, waqt attivita' ohra li jorganizza l-istess Kunitat; The Malta Spring Fest.

B'mod specjali ser ikun hemm il-George Cross u re-enactement li jixhed dan l-avveniment hekk kbir meta proprju sebghin sena ilu, il-George Cross inghata lill-Maltin ghal-qlubija li wrew matula il-Gwerra.

391320_415477155176544_27815605_n

Waqt il-jumejn tal-festival tal-inbid se jsiru wkoll diversi wirjiet u kompetizzjonijiet fosthom kompetizzjoni tal-inbid u ohra ta’ fjuri.

Wirja li infethet nhar il-Hadd li ghadda kienet dik fil-mahzen tal-armar; wirja tal-inbid b'differenza ghaliex ser tiltaqghu ma' karattri mill-istorja ta' Wenzu u Rozi, fejn Wenzu kien jintefgha fil-bar ta' Kurun jixrob l-inbid.

386987_10151020872926272_1334658261_n

Xi haga partikolari u li qatt ghadha ma saret qabel hija u attrazzjoni gdida ghal Wine Festival hija - Walk Through fix-Xelter- bl-isem ta' Air Raid.  Ix-xelter ta' zmien il-Gwerra qed jinfetah ghat-tieni sena konsekkuttiva se jigbed numru ta' nies li flimkien ma' atturi mill-Ghaqda Qawmien se jghaddu esperjenza ta' gwerra live.

286730_448883851822784_1745587884_o

Infakkar ukoll li il-Gimgha 31 t'Awwissu ser ikun hawn il-bank tad-demm biex min jixtieq jaghti id-demm; ikun qed jaghti opportunita ghall-hajja gdida.

185491_415645015159758_695184763_n

Jekk tridu tesperjenzaw dan kollu nistiednukom tattendu ghall-Qormi Wine Festival u bla dubju ser ikollkom esperjenza li ma tinsewx facilment.

Il-festival tal-inbid ta’ Hal Qormi qed jigi organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, Qormi (AD 1919) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi,l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu, Gormina u Marsovin.

Ghal iktar informazzjoni, wiehed jista’ jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 7906 2455, 7920 3512 jew l-indirizz elettroniku: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

Last Updated on Sunday, 02 September 2012 11:02
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday208
mod_vvisit_counterYesterday293
mod_vvisit_counterThis week2166
mod_vvisit_counterThis month12484
mod_vvisit_counterAll2567011
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -