Home Attivitajiet Kulhadd Jistenna
Kulhadd Jistenna PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 27 August 2012 11:10

WineFestival

Issa Kulhadd jistenna

 

Wine_festival_9

 

Kulhadd jinsab fuq ix-xwiek jistenna il-festival tal-inbid ta’ nhar il-Gimgha 31 t’Awwissu u tas-Sibt 1 ta’ Settembru, dan wara li il-Hadd 26 t’Awwissu giet inawgurata l-wirja tal-inbid fil-Mahzen tal-Armar mis-Sindku ta’ hal-Qormi Rosianne Cutajar; wirja b’differenza li fethet it-triq ghall-festival.

 

Wine_festival_3

Ghall-ftuh tal-wirja kien hemm prezenti numru ta' stazzjonijiet tat-televizjoni, radjijiet u gurnali li ilkoll irrappurtaw b'interess kbir din l-attivita'. Prezenti kien hemm fost l-ohrajn membri tal-Kumitat Festi Esterni u s-Sezzjoni Zghazagh, l-Arcipriet Dun Anton Cassar, membri parlamentari, kunsillieri u hafna volontieri li jghinu lill-Kumitat Festi Esterni f'din l-attivita unika li ssir fil-Belt Pinto.

Wine_festival_10

Uhud minn dawn il-volontiera hadu sehem fil-mixja mat-toroq tal-inhawi fejn isir il-festival tal-inbid bhala introduzzjoni ghall-ftuh ta’ din il-wirja. F’din il-mixja, l-inguardia avzat lir-residenti b’din l-attivita hekk kbira li ser fi tmiem il-gimgha.

 

Din l-esebizzjoni, jew ahjar il-wirja fil-Mahzen fi Triq il-Blata, hi wahda mill-aktar interessanti ghall-fatt li fiha jigu esebiti ghoddod antiki li illum rari ghadek tarahom, garrar kbar tal-inbid, fliexken, pressa, u dak kollu relatat mat-taghsir tal-gheneb. Barra minnhekk, tigi prezentata ukoll informazzjoni marbuta mal-hwienet tal-inbid li dari kienu jezistu f’Hal Qormi.

Wine_festival_11

Din is-sena ir-replika tal-hanut antik ta’ Kurun f’din l-istess wirja giet ipprezentata b’mod originali; permezz ta’ recta imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Anici relatata mal-istorja ta’ Wenzu u Rozi u b’personaggi ohra li kienu jpoggu fil-Hanut ta’ Kurun. Din il-wirja ser tittella’ ukoll waqt il-festiva, kemm il-Gimgha kif ukoll is-Sibt.

 

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 

Wirja b’differenza ohra li ser ikun hemm fil-Wine Festival hija dik fix-xelter imtella’ mill-Ghaqda Qawmien; xelter tat-Tieni Gwerra Dinja imzewwaq b’re-enactment li jixhed il-hajja f’dawk iz-zminijiet ta’ gwerra.

 

Din il-hidma kollha issir grazzi g?as-sagrificcju u l-impenn ta' numru sabih ta' voluntiera fi ?dan il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri u s-Sezzjoni Zghazagh li jag?tu s-sehem tag?hom bil-qalb matul is-sena kollha.

 

Fl-ahharnett infakkrukom u nistiednukom sabiex tattendu f’dan il-festival, il-Gimgha 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, u b’hekk tgawdu mhux biss mit-tjubija tal-inbid u tal-ikel bnin izda ukoll titghaxxqu b’kull rokna kulturali prezenti fil-festival tal-inbid.

 

 

Last Updated on Tuesday, 28 August 2012 17:26
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday655
mod_vvisit_counterYesterday596
mod_vvisit_counterThis week655
mod_vvisit_counterThis month14173
mod_vvisit_counterAll2511246
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -