Home Attivitajiet Ftuh tal-Wirja
Ftuh tal-Wirja PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 25 August 2012 13:52

Ftuh tal-Wirja

Il-Bidu tal-Festival tal-Inbid

293646_224884090902519_635647437_n

Hekk kif il-Hadd 26 t’Awwissu ser tigi inawgurata l-wirja tal-inbid mis-Sindku ta’ Hal-Qormi, Rosianne Cutajtar, qed tkompli tikber l-istennija ghal dak li se jitwassal nhar il-Gimgha 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta' Settembru. Din se tkun it-tmien edizzjoni ta' dan il-festival u se tfisser ukoll il-ftuh ghat-tieni sena konsekuttiva ta' xelter kbir ta' zmien it-Tieni Gwerra Dinija - liema xelter jinsab fi Triq il-Kbira u li fih tezori antiki li ta’ min wiehed jghozz, fosthom it-tinqix tax-xbieha tal-Madonna li l-Qriema kienu jintefghu jitolbu quddiema.

 

 

 

311918_195767300490808_1278273_n

Ghall-ftuh tal-wirja ser ikun hemm prezenti numru ta' stazzjonijiet tat-televizjoni, radjijiet u gurnali li ilkoll ser jirrappurtaw b'interess kbir din l-attivita'. Prezenti ser ikun hemm fost l-ohrajn membri tal-Kumitat Festi Esterni u s-Sezzjoni Zghazagh, l-Arcipriet Dun Anton Cassar, is-Sindku Rosianne Cutajar, membri parlamentari, kunsillieri u hafna volontieri li jghinu lill-Kumitat Festi Esterni mhux biss f'din l-attivita unika li ssir fil-Belt Pinto stess, izda matul is-sena kollha. Il-Ftuh tal-wirja tal-inbid ser tibda permezz ta’ mixja zghira madwar it-toroq fejn proprju jsir il-Wine Festival, b’membri libsin ilbies tradizzjonali li jakkumpanjaw lil Inguardia f’din il-mizja, filwaqt li jinghata avviz li kull min joqghod f’dawn l-inhawi li jistqarr il-bidu ta’ din l-attivita’ hekk kbira.

071

Wara li ser tinfetah il-wirja ufficjali tal-inbid fil-Mahzen tal-Armar fejn fiha ser ikun hemm re-enactment imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Anici, b’kitba u direzzjoni ta’ Philip Mizzi.  B’mod partikolari kull min jattendi din il-wirja ser jsib ruhu fil-hanut tal-inbid ta’ Kurun, flimkien mall-karattri ta’ Kurun, Wenzu, Gagbu, Kalc u Indri.

065

Dawn l-erba t’irgiel kienu jpoggu b’mod regolari fil-hanut ta’ Kurun, u li ta min jghajd se tinzertaw gurnata tipika ta’ dan il-hanut tal-inbid u tidhlu bla hsieb fl-istorja ta’ Wenzu u Rozi.  Dan ir-re-enactment ser jitella’ ukoll fil-jumejn tal-Wine Festival, il-Gimgha u s-Sibt.  Ghalhekk dawk kollha li behsibhom jattendu ghal-festival tal-inbid inhegguhom jzuru din il-wirja mimlija affarijiet tradizzjonali izda imzewqa b’recta  partikolari b’laqta umoristika.

070

 

Last Updated on Tuesday, 28 August 2012 17:26
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday312
mod_vvisit_counterYesterday832
mod_vvisit_counterThis week312
mod_vvisit_counterThis month13725
mod_vvisit_counterAll2529808
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -