Home Attivitajiet It-Tmien Edizzjoni
It-Tmien Edizzjoni PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 14 August 2012 08:06

It-Tmien Edizzjoni

Qormi Wine Festival 2012

QWF_11_2

 

Il-festival annwali tal-inbid f’Hal Qormi se jerga’ jsir ghat-tmien edizzjoni konsekuttiva, b’ghazla wiesa’ ta’ nbejjed homor, bojod u rosé maghmula minn varjetajiet ta’ gheneb, ilkoll prodotti tal-kumpanija lokali Marsovin.

 

Hal Qormi ghandu tradizzjoni antika li tmur lura diversi sekli marbuta mal-inbid, ghaliex minbarra ghall-hobz, il-belt ta’ Pinto hi wkoll maghrufa ghat-taghsir tal-inbid. Permezz ta’ dan il-festival, ir-rahal qieghed johloq attrazzjoni ohra ghat-turisti barranin u ghall-poplu Malti filwaqt li jerga’ jqajjem tradizzjonijiet antiki marbuta mal-lokal.

 

Anke l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qormi Wine Festival se ssir fil-qalba antika tar-rahal, li ghal din l-okkazzjoni se tkun qed ixxidd libsa festiva partikolari. Il-festival se jsir fl-ewwel tmiem il-gimgha ta’ Settembru, bejn il-Gimgha 31 ta Awissu u s-Sibt 1 ta Settembru, mit-8.00pm sa nofsillejl.

 

Triq il-Kbira f’Hal Qormi se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali bil-knisja parrokkjali ta’ San Gorg fl-isfond.

 

Il-festival qieghed jistabilixxu ruhu bhala attivita annwali u qieghed isir dejjem iktar popolari. Is-sena l-ohra attendew madwar 10,000 ruh ghal dan l-avveniment uniku. Kumment li jghaddu hafna mit-turisti li jzuru Hal Qormi ghall-festival tal-inbid hu dak ta’ apprezzament ghall-atmosfera mill-isbah li wiehed jista’ jgawdi filwaqt li jara mill-qrib aspett iehor tat-tradizzjonijiet Maltin.

 

Dawk prezenti jistghu jakwistaw tazza tal-inbid bil-logo tal-Qormi Wine Festival ghall-prezz ta’ €10, liema tazza se tkun qed tizzanzan fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Biha jkunu jistghu jduqu l-inbejjed kollha offruti. It-tazza tista’ mbaghad tinzamm minn min ikun xtraha.

 

L-ikel kollu - majjal, stuffat, spagetti tal-fniek, l-platt Malti, fniek, tigieg u laham taz-ziemel - jista jinxtara ghall-prezz ta’ €7. Se jkun hemm ukoll mejda bl-imqaret.

 

Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn. L-inbid jibqa’ jinghata sal-11.30pm. M’hu se jinghata ebda mbid lil dawk ta’ taht is-sbatax-il sena, ghalkemm anke dawn jistghu jzuru l-attivitajiet marbuta mal-festival imma jixtru xorb mhux alkoholiku minn stall ohra li se titwaqqaf apposta.

 

Minbarra l-ikel u l-inbid, il-festival ghandu wkoll bhala protagonisti diversi artisti lokali. Ghall-edizzjoni ta’ din is-sena hemm diga’ konfermati iktar minn 100 artist fosthom baned, solisti u gruppi folkloristici li se jkunu qed jaghtu l-interpretazzjoni taghhom fuq tliet palkijiet differenti. Se jiehdu sehem fost l-ohrajn il-band ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas, Mro. Vinnie Vella, Chris Arding & Band,flimkien ma bosta kantanti lokali stabbiliti.

 

Waqt il-jumejn tal-festival tal-inbid se jsiru wkoll diversi wirjiet u kompetizzjonijiet fosthom kompetizzjoni tal-inbid u ohra ta’ fjuri. Se jkun hemm numru ta’ attivitajiet ohra li se jibdew gimgha qabel il-jiem tal-festival, bl-ewwel attivita’ tkun wirja marbuta mal-inbid li ssir f’post biswit il-Knisja li fl-antik kien jintuza bhala mithna.

 

Inhawi fil-qrib tal-qalba tar-rahal se jinzammu apposta ghall-parkegg, b’sinjali direzzjonali maghmula apposta biex dawk li jattendu jkunu jistghu jsibu fejn jipparkjaw il-vettura taghhom minghajr diffikultajiet. Fit-toroq principali se jittellghu wkoll sinjali tat-traffiku li juru d-direzzjoni ta’ l-inhawi tal-festival ghal min ikun sejjer Hal Qormi mill-inhawi ta’ Haz-Zebbug, Santa Venera, il-Hamrun u minn Birkirkara.

 

Il-festival tal-inbid ta’ Hal Qormi qed jigi organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, Qormi (AD 1919) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi,l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu, Gormina u Marsovin.

 

Ghal iktar informazzjoni, wiehed jista’ jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 7906 2455, 7920 3512 jew l-indirizz elettroniku: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

 

 

 

 

Last Updated on Thursday, 16 August 2012 13:57
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday157
mod_vvisit_counterYesterday511
mod_vvisit_counterThis week2626
mod_vvisit_counterThis month12944
mod_vvisit_counterAll2567471
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -