Home
Kompetizzjonijiet PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 06 August 2012 16:49

Wine Festival

Kompetizzjoni tal-inbid u l-fjuri

WINE_FESTIVAL_2012_-_landscape

 

Bhala parti mit-tmien edizzjoni tal-festival tal-inbid f’Hal-Qormi li ser isir fil-31 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru, ser isiru zewg kompetizzjonijiet – wahda tal-inbid u l-ohra marbuta mal-fjuri. Il-kompetizzjoni tal-inbid, li hi wahda mill-iktar popolari, issa diehla fi-seba’ edizzjoni taghha.  Hi miftuha ghad-dilettanti kollha tat-taghsir tal-inbid minn madwar Malta.  Kull edizzjoni tirnexxilha tattratta numru kbir ta’ varjetà tal-inbid, aktar minn 100 varjetà.

 

 

DSCF0535

 

Il-kompetizzjoni issir fl-ewwel serata tal-festival, nhar Il-Gimgha 31 ta’ Awwissu u tibda fit-8:00pm, bir-rizultati jithabbru dakinhar stess. Ser ikun hemm ukoll tim ta’ gurija li se jevalwa l-inbejjed li jidhlu fil-kompetizzjoni.  Ser jinghataw tlett premijiet f’kull taqsima.

 

It-taqsimiet huma sitta; l-ahjar inbid abjad dry, l-ahjar inbid ahmar dry, l-ahjar inbid rosè dry, l-ahjar inbid ahmar u abjad helu, l-ahjar inbid maghmul mill-frott (eskluz l-gheneb) u l-ahjar inbid maghmul f’Hal-Qormi.

 

Il-Kompetizzjoni ser issir f’zona imwaqqfa apposta fi Triq il-Kbira, qrib il-Knisja ta’ San Gorg. Il-formoli tal-applikazzjoni ghandhom jimtlew mill-iktar fis possibli u jinkisbu minghand Peter Farrugia fuq in-numri tat-telefon 21677331 jew 79677331 inkella mill-kwartieri organizzattiv fi Triq il-Blata, Hal-Qormi stess. Minbarra l-kompetizzjoni tal-inbid, fil-jiem tal-festival se issir ukoll kompetizzjoni tal-fjuri li issa ilha issir ghal-erba’ snin konsekuttivi, b’din tkun il-hames sena taghha. Ser ikun hemm diversi arrangamenti ta’ fjuri friski u dawn ser ikunu ghall-wiri matul iz-zewg serati tal-Qormi Wine Festival.

 

Last Updated on Tuesday, 14 August 2012 08:15
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday658
mod_vvisit_counterYesterday596
mod_vvisit_counterThis week658
mod_vvisit_counterThis month14176
mod_vvisit_counterAll2511249
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -