Home
Preparamenti PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 31 July 2012 18:30

Wine Festival

Fl-aqwa taghhom it-thejjijiet

Main_1

 

Il-festival annwali tal-inbid f’Hal-Qormi se jerga’ jsir, din id-darba ghat-tmien edizzjoni konsekuttiva, b’ghazla wiesa’ ta’ nbejjed homor, bojod u rosè, maghmula minn varjetajiet ta’ gheneb, ilkoll prodotti tal-kumpanija lokali Marsovin. Anki l-edizzjoni ta’ din is-sena ser issir fil-qalba antika tar-rahal, li ghal din l-okkazzjoni se jkun qed ixxidd libsa festiva parikolari.  Il-festival ser isir fil-31 ta’ Awwissu u fl-1 ta’ Settembru, il-Gimgha u s-Sibt, mit-8:00 pm sa nofsillejl. Triq il-Kbira f’Hal-Qormi se tkun armata bi stalls tal-inbid, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali, bil-Knisja ta’ San Gorg fl-isfond.  Ser ikun hemm ukoll stalls tal-ikel armati u kull food platter ser ikun ghal prezz ta’ €7.

 

DSCF0333

 

Hal-Qormi ghandu tradizzjoni antika marbuta mal-inbid, li tmur lura diversi sekli.  Minbarra l-hobz, il-Belt Pinto hi wkoll maghrufa ghat-taghsir tal-inbid. Permezz ta’ dan il-festival, ir-rahal qieghed johloq attrazzjoni ohra ghat-turisti barranin u ghall-poplu Maltli filwaqt li jerga jqajjem tradizzjonijiet antiki marbuta mal-lokal.

 

Il-festiva stabilixxa ruhu bhala attività annwali u qieghed isir aktar popolari kull ma jghaddi z-zmien.  Fost il-kummenti li jghaddu t-turisti li jzuru Hal-Qormi ghal dan il-festival insibu dak ta’ apprezzament ghall-atmosfera brijjuza u unika li wiehed jista’ jgawdi, filwaqt li jara mill-qrib aspett iehor tat-tradizzjonijiet Maltin.

 

Minbarra l-ikel u l-inbid. Il-festival ghandu wkoll bhala protagonisti, diversi artistif osthom il-Band ta’ mark Spiteri Lucas, kif ukoll Christian Arding u il-Band tieghu.

 

Waqt il-jumejn tal-festival tal-inbid ser isiru wkoll diversi wirjiet u kompetizzjonijiet.  Ser ikun hemm numru ta’ attivitajiet ohrajn li se jibdew gimgha qabel il-jiem tal-festival fosthom il-wirja marbuta mal-inbid.

 

Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn.  Dawk li jixtiequ jduqu l-inbid li ser ikun qed jinghata mill-istalls, jistghu jixtru tazza kommemorattiva tal-inbid ghall-prezz ta €10.  It-tazza tista’ mbghad tinzamm minn min ikun xtraha.  Mhu se jinghata l-ebda inbid lil dawk ta’ taht is-sbatax-il sena.

 

Inhawi qrib tar-rahal se jinzammu attaposta ghall-parkegg, b’sinjali direzzjonali maghmula attaposta.  Fit-toroq principali se jittellghu wkoll sinjali tat-traffiku li juru d-direzzjoni tal-inhawi tal-festival.

 

Il-festival tal-inbid f’Hal-Qormi qed jigi organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi, l-Awtorità Maltijat tat-Turizmu, Gormina u Marsovin.

 

Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 7906 2455, 7920 3512 jew fuq l-indirizz elettroniku: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

 

 

Last Updated on Tuesday, 07 August 2012 07:36
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday318
mod_vvisit_counterYesterday720
mod_vvisit_counterThis week3056
mod_vvisit_counterThis month13578
mod_vvisit_counterAll2550170
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -