Home
Il-Festa ta’ San Gorg f’Ghawdex PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 09 July 2012 18:16

Il-Festa ta’ San Gorg

f’Ghawdex

26289_111568488866914_5593642_n

F’din il-gimgha niccelebraw wiehed mill-avvenimenti importanti fil-hajja tas-Socjeta Filarmonika La Stella u anke tal-Belt Victoria; il-festa ta' San Gorg; il-festa l-aktar popolari tal-gzira Ghawdxija. F'dawn l-ahhar jiem tkompliet b'rittmu mghaggel it-thejjija ghall-festa ta' San Gorg, Patrun t'Ghawdex u dan minhabba li proprju il-Festa tibda it-Tnejn 9 ta’ Lulju u tispicca l-Hadd 15 ta’ Lulju; gimgha iddedikata lill-Kbir Martri ta’ Lidda fejn kull qalb ghawdxija tizzewwaq b’ferh kbir f’dawn il-jiem tant gheziez.

 

26289_111569275533502_5145821_n

Il-Banda Cittadina La Stella, il-protagonista principali fil-festi esterni ta' San Gorg f’Ghawdex, ippreparat kollox bis-shih ghal din il-gimgga mill-aktar impenjattiva.  It-toroq tar-Rabat Ghawdex huma imzejna u hadu l-kulur bl-armar li qed isir mill-Ghaqda tal-Armar.  Issa ikomplu jisbiehu bil-marci ta’ kuljum kif ukoll bil-hrug tal-istatwa ta’ San Gorg li iddur madwar it-toroq principal ital-Belt Victoria.

26289_111568495533580_4906465_n
Ahna il-Qriema Gorgjani nixtiequ nawguraw lil hutna Ghawdxin, Gorgjani bhala, l-festa tajba.  Ser inkunu hemmhekk maghhom f’din il-gimgha ta’ festa u dan ghaliex hija tradizzjoni li bosta Qriema jitighu Ghawdex biex flimkien jiccelebraw festa ohra; festa f’gieh il-Padrun taghna San Gorg M.M.

Viva San Gorg, Padrun taghna il-Qriema u tal-Ghawdxin!

Last Updated on Monday, 09 July 2012 18:26
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday329
mod_vvisit_counterYesterday399
mod_vvisit_counterThis week329
mod_vvisit_counterThis month16205
mod_vvisit_counterAll2494823
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -