Home Attivitajiet Jintemmu c-Celebrazzjonijiet fil-Belt Pinto
Jintemmu c-Celebrazzjonijiet fil-Belt Pinto PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 25 June 2012 01:09

Jintemmu

c-Celebrazzjonijiet

 

IMG_0866

Gunju huwa ix-xahar tant ghaziz ghalina il-Qriema u dan ghaliex fih niccelebraw il-festa tal-Padrun mahbub taghna San Gorg. Kull qalb Qormija tibda thabbat hekk kif jaslu dawn il-granet,u issa li spiccat il-festa kull qalb Qormija hija mimlija b’ferh li ma tistax tesprimih. Ghaldaqstant, il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri (A.D 1919) flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh jirringrazzjaw lilkom kollha li attendejtu ghall-festa li giet iccelebrata fil-Parrocca Arcimatrici ddedikata lil Kbir Martri ta’ Kristu; San Gorg MegaloMartri.

Il-Festa f’gieh il-Padrun tal-Belt Pinto bdiet t-Tnejn 18 ta’ Gunju; il-gurnata fejn inghata merhba mill-Qriema Gorgjani lil San Gorg. Dan hu il-jum meta f’Hal-Qormi deheret bic-car id-devozzjoni lejn dan il-qaddis, devozzjoni kbira ghall-mod partikolari ta’ kif jigi organizzat dan il-hrug uniku fil-gzejjer Maltin. Ferh li baqa’ sejjer il-gimgha kollha, u lahaq il-qofol tieghu bil-purcissjoni f’nhar il-festa, l-Hadd 24 ta’ Gunju 2012. Dakinhar il-Gorgjani infexxu f’capcip kontinwu, taqbiliet u kant tal-innijiet; fosthom din –

“Doqq, doqqu, qniepen doqqu,

Doqqu doqqu kbar u zghar,

Ghax illum il-festa taghna,

Il-festa tat-titular!”

Ir-reffiegha ixxurtjati, izda li tant ikunu ilhom jistennew din il-gurnata, dawwru l-istatwa processjonali mat-toroq ta’ Hal-Qormi fejn il-Qriema jkunu zejjnu djarhom jew xi tieqa b’xi vara zghira ta’ San Gorg u hawnhekk jaghtu l-ahhar tislima lil Kbira Matri ta’ Lidda.

DSCF2714

Illum hadd ma jista’ jichad isem San Gorg. Il-kult imur lura ghexiren tas-snin u jinsab mifrux f’religjonijiet differenti madwar id-dinja. Din is-sena kienet sena ghaziza ghalina ghaliex fakkarna b’mod nazzjonali is-sebghin anniversarju minn meta d-dehra ta’ San Gorg Rebbieh fegget fuq il-bandiera Maltija, sfond ta’ xhieda tal-qlubija tal-poplu Malti fiz-zmien il-gwerra. San Gorg, is-suldat qalbieni u il-Princep tal-Martri, rebbieh fuq il-hazen, huwa ta’ xhieda ghalina ikoll biex balu neghlbu dak kollu li jfixkilna. Il-Qriema Gorgjani sa mill-eqdem zminijiet hatru lil Gorgi bhala il-Padrun u Missier artna w ddedikaw tempju maestuz, tempju li hu meqjum u mizmum b’ghozza kbira; xhieda tal-imhabba lejh.

DSCF2711

Sa minn granet qabel, fil-Knisja Arcimatrici taghna sar it-tfarfir u iddendel id-damask, inharget il-fidda, intramaw il-linef u it-tnax-il artal u hafna aktar armar prezzjuz li missirijietna hallewlna b’tant ggozza. Intramaw ukoll il-pitturi tal-lunetti, xoghol li sar ricenti u li kompla sebbah dan it-tempju. Bhalissa l-Knisja ghaddejja titlob il-fondi minghand il-Parrucani biex id-damask jinbidel u jsir gdid u ta’ kwalita’ ifjen. Fuq kollox, intramat ukoll l-istatwa meastuza tal-Patrun taghna bil-palma, sandli u dijadema tad-deheb biex f’nhar il-festa harget issellem lilna il-Qormin.

 

Id-delettanti tal-armar fl-aqwa taghhom bdew jarmaw l-antarjoli u pedestalli fit-toroq, u aktar ma toqrob il-festa dawn aktar jizdiedu, fosthom il-famuz park principali, it-trofej, l-angli indurati, l-istatwi storici, il-bandalori u l-pavaljuni b’dizinnji mill-aqwa u kull preparament iehor mehtieg ghall-festa. Din is-sena ukoll intrema armar gdid li ikkumplimenta mal-armar li ilu snin twal jintrama fil-festa taghna, li ukoll gie rrestawrat kollhu b’xoghol volontarju u turija ta’ imhabba lejn il-Patrun. Wara l-festa id-dilettanti tal-armar jzarmaw kollox mit-toroq, u ghalkemm ikunu xi ftit imdejjqin li issa ghaddiet il-festa, qalbhom tkum mimlija ferh ghax ikunu kburin li kellhom l-aqwa festa.

 

Din is-sena ma nistax ma insemmiex l-Ghaqda tan-Nar 23 t’April li kuljum hejjiet programm tan-nar tal-ajru u tal-art biex offriet spettaklu mill-isbah, fosthom l-ispettaklu tan-nar tas-Sibt filghaxija fejn is-sema kienet miksija b’xoghol mill-isbah li inhadem b’tant dedikazzjoni.

 

L-ghaqdiet muzikali hadmu kemm felhu sabiex kellhom baned mil-aqwa, sorprizi eccezzjonali u b’hekk kienu certi li holqu atmosfera ta’ brijju fil-marci rispettivi taghhom.

Il-gimgha tal-festa kienet mimlija daqs bajda u huwa impossibli li insemmu kollox u dan ghaliex il-festa ta’ San Gorg fiha tant storja li ilha u li ghadha ghaddejja u li ta’ min wiehed jghozz u jorbot ma’ qalbu; festa antika, festa kbira, festa li ta’ min wiehed jghozz.

IMG_0800

It-thejjija ghal din il-festa ma saritx biss b’mod materjali, fil-marci, fit-tizjin u fil-preparamenti imma biex kellna l-aqwa festa ridna inzejjnu qlubna b’imhabba kbira ghal San Gorg biex nixbhu f’ghemilna. U ghalhekk bix-xieraq li kull wiehed minna jghid lilek San Gorg,

“Mhux ghax ibnek infahhrek jien,

Gmielek imsemmi mad-dinja kollha u

Maghruf ismek kullimkien!”

Fl-ahharnett, ahna kburin b’dan il-kult Gorgjan u bil-festa taghna li kienet u ghadha tigbed eluf ta’ nies, u ilkoll flimkien nitolbu lil San Gorg sabiex jzomm idejh fuqna l-Qriema Gorgjani u nirringrazzawh ghaliex kollox mar sew u kellna festa mill-isbah kif jixraq lil Padrun ta’ Beltna. Intennu minn qalbna -

“Harisna Gorgi taghna,

Int taf kemm Inhobbuk,

Viva San Gorg!”

Last Updated on Monday, 09 July 2012 13:30
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday343
mod_vvisit_counterYesterday476
mod_vvisit_counterThis week2195
mod_vvisit_counterThis month13544
mod_vvisit_counterAll2492162
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -