Home Attivitajiet Il-Hadd, Jum il-Festa
Il-Hadd, Jum il-Festa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 24 June 2012 01:37

Il-Hadd - Jum il-Festa

DSCF2671

Dan hu l-jum tant mistenni minna l-Qriema; Jum San Gorg, Jum li ta’ min fih jiccelebra u jifrah imma fuq kollox jaghraf u jkun lest li jixbah f’ghemilu lil Kbir Martri ta’ Lidda. Jum il-festa jibda bil-quddiesa fis-6:00am u fis-7:00am li f’din tal-ahhar jiehdu sehem il-fratelli kollha tal-Parrocca. Imbghad wara ezatt mat-tokki tat-8:00am tibda quddiesa ohra u jkun hemm il-hruq ta’ murtaletti.

Fid-9:15 tibda quddiesa solenni ikkoncelbrata u immexxija mill E.T. Mons. Gorg Frend, l-Isqof Awziljarju fl-Albanija. Wara jinseg il-panigirku tant mistenni minn P. Anton Farrugia OFM u mas-Sanctus isir il-hruq ta’ murtaletti.

Fl-10:00am jibda l-marc popolari mill-Banda San Gorg Martri u fil-11:00am jibda marc iehor dak mill-Banda Anici.

DSCF2667

Fin-12:30pm jkun hemm il-hruq ta’ murtaletti u kaxxa infernali.

Fil-5:00pm tibda l-quddiesa letta imbaghad fis-6:00pm jsir it-tieni Ghasar u proprju fis-7:00pm tibda l-purcissjoni bl-istatwa ta’ San Gorg mat-toroq Qriema fejn San Gorg jghaddi jsellem ghall-ahhar darba lil Qriema. Imexxi l-purcissjoi Dun Rene Cilia, sacerdot novell.

DSCF2582

Mal-hrug tal-istatwa jsir hruq tas-salut, kaxxa Spanjola b’varjeta’kbira ta’ beraq imbghad diversi settijiet ta’ murtaletti u murtali jakkumpanjaw il-purcissjoni.

Qabel u waqt il-Purcissjoni jiehdu sehem dawn il-baned mistiedna – ‘La Stella’ tal-Gudja, ‘Mater Gratiae’ ta’ Haz-Zabbar u ‘12th May’ ta’ Haz-Zebbug.

Fid-9:30 pm isir il-hruq ta’ settijiet ta’ beraq ikkulurit, sfejjer, blalen u murtali tal-kulur. Taghlaq il-Purcissjoni imbghad il-kaxxa tal-kulur u waqt il-barka tinharaq il kaxxa tal-bomba.

DSCF2575

Mad-dhul ta’ San Gorg lura fil-Knisja titkanta l-Antifona u issir ic-celebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-barka jasal moment specjali fejn nistennew lil shabna tan-nar; tal-Ghaqda tan-Nara 23 ta’ April, isir il-bes tar-Relikwija, talba ta’ ringrazzjament lil Alla, tislima lil San Gorg u jsir il-marc tal-ahhar mill-Banda San Gorg Martri.

B’dan kollu inkunu temmejna il-festa lil Kbir Zghazugh tal-Martri.

Last Updated on Sunday, 24 June 2012 01:49
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday315
mod_vvisit_counterYesterday507
mod_vvisit_counterThis week1263
mod_vvisit_counterThis month16744
mod_vvisit_counterAll2458048
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -