Home Attivitajiet Is-Sibt – Lejliet il-Festa
Is-Sibt – Lejliet il-Festa PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Saturday, 23 June 2012 08:58

Is-Sibt

– Lejliet il-Festa

DSCF2497

Issa zgur nistghu nghidu li wasalna qrib jum il-festa, jum iddedikat kollu kemm hu ghal-Princep tal-Martri bhalma fuq kollox kienet din il-gimgha shiha. Il-jum tas-Sibt jibda bil-quddies fil-Knisja Arcimatrici ta’ San Gorg fil-hinijiet tas-6:00am, tas-6:45am u tat-7:45am li din tal-ahhar tkun quddiesa ta’ ringrazzjament li fiha jitkanta l-innu ta’ radd il-hajr lil Alla (Te Deum). Imbghad ezattament wara jkun hemm il-hruq ta’ kaxxa Spanjola u murtaletti.

Jerga jkun hem mil-hruq tal-murtaletti mill-Ghaqda 23 ta’ April fin-11:45am.

DSCF2485

Ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja jkompli b’quddies fl-4:30pm, fil-5:30pm u fis 6:30 pm issir it-transolazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ San Gorg Matri li tibda mill-Kappella tal-Madonna ta’ Qrejca fejn l-ewwel isir l-Ghasar imbaghad ic-Celebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi it-Transolazzjoni jkun l-E.T. Mons. Gorg Frendo, Isqof Awziljarju fl-Albanija.

DSCF2487

Fis-7.30pm jibda l-marc mill-Banda Anici li jdur mat-toroq ta’ Hal-Qormi u jispicca proprju biswit il-Knisja Arcipretali ta’ San Gorg.

Minn naha l-ohra fl-istess hin jibda il-marc mill-Banda San Gorg Martri minn hdejn l-Abatija fi Triq il-Kbira sa ma jasal fi Pjazza San Frangisk fejn jibda il-programm muzikali fuq il-plancier u fl-10:30 pm jkompli l-marc tul Triq il-Kbira sal-Wied.

DSCF2653

Fadal li insemmu il-Programm Specjali ta’ Lejliet il-Festa imtella b’tant dedikazzjoni mill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April. Fl-9:45pm tibda wirja spettakolari tan-nar tal-ajru; jinharqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-loghob u murtali tal-kulur. Biex taghlaq kollox ikun hem mil-kaxxa tal-kulur b’varjeta’ kbira ta’ kuluri.

DSCF2666

Biex verament jissigilla dan kollu jkun jmiss il-loghob tan-nar tal-art fil-misrah tal-Wied li jibda ghall-habta tal-11:30pm.

Bla dubju li lejliet il-festa ser jaghlaq bl-ibah mod u ta’ dan nghidu grazzi lill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April li dejjem hadmu bi shih u bla waqfien biex issebbhu is-smewwiet bl-loghob tan-nar tal-ajru u joholqu xoghol tan-nar tal-art mill-isbah hekk kif jixraq lil din il-Festa hekk Kbira.

San Gorg Martri zomm idejk fuq kull minn jahdem bla waqfien biex ikollna l-aqwa festa ad unur ISMEK.

Last Updated on Saturday, 23 June 2012 09:36
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday339
mod_vvisit_counterYesterday476
mod_vvisit_counterThis week2191
mod_vvisit_counterThis month13540
mod_vvisit_counterAll2492158
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -