Home Attivitajiet San Gorg fuq iz-Ziemel - Festa Tradizzjonali
San Gorg fuq iz-Ziemel - Festa Tradizzjonali PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Friday, 22 June 2012 07:35

San Gorg fuq iz-Ziemel

- Festa Tradizzjonali

DSCF2650

Il-Hamis hija gurnata ta’ turija li kulhadd ikun ilu jistenna. Kull qalb Qormija thabbat biex jasal dan il-jum u kemm jista’ jkun ma jghaddiex malajr, huwa jum ghall-qalb hafna Qriema. Fis-6:00 ta’ filghaxija bdiet l-quddiesa bl-Ghasar imqaddsa mill-Kan. Dun Mikiel Zammit. Tradizzjonalment, hekk kif isir dejjem kien hemm l-priedka tat-Tridu, l-Kurunella, l-Innu, l-Antifona u ic-Celebrazzjoni Ewkaristika.

It-tridu ta' illum il-Hamis enfasizza aktar it-tema biex ma inhallu li tghaddi l-festa u nghidu li ma inbdilnix u ma sirnix nixbhu aktar lil San Gorg. San Gorg dejjem urina li anke il-qaddisin ihabbtu wicchom mad-diffikultajiet ghalhekk bhal Gorgi ghandna nibnu hajjitna fuq l-evangelju u nimxu fuq il-passi li urina Sidna Gesu Kristu. It-Tribun Gorgi kien jaf x'hemm lest ghalih izda hu kien lest li jitlef kollox biex fl-ahhar jirbah kollox - San Gorg Rebbieh huwa ta' ezempju ghalina l-insara; dan kien il-messagg dirett li intqal illum fit-tieni Tridu.

DSCF2652

Fit:8:30pm beda il-marc mill-Banda San Gorg Martri u d- dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel li daret madwar it-toroq principali ta’ Hal-Qormi fejn intemm bit-tlugh tal-istatwa fi Pjazza San Frangisk fost il-folla kbira ta’ nies li kien hemm, ic-capcip u it-tifhir lejn il-Kbir Martri ta’ Lidda. Minbarra dan kollu xi haga li gibdet l-ghajn ukoll kienet is sorpriza li tellghu il-Partitarji Werqisti, sorpriza mill-isbah.

DSCF2659

Il-Programm tan-Nar imtella mit-23 ta’ April beda bhas-soltu fit-tmienja ta’ filghodu u kompla f’nofsinhar bil-hruq tal-murtaletti. Mal-barka ukoll kien hemm il-hruq ta’ murtaletti. Fid-9:30 ta’ filghaxija beda il-programm komplut tan-nar tal-ajru fejn l-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April harqet il-beraq, il-blalen, l-isfejjer, il-murtali u l-kaxxa tal-kulur.

Last Updated on Saturday, 23 June 2012 09:21
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday210
mod_vvisit_counterYesterday293
mod_vvisit_counterThis week2168
mod_vvisit_counterThis month12486
mod_vvisit_counterAll2567013
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -