Home Attivitajiet Il Hamis, It-Tieni Jum tat-Tridu
Il Hamis, It-Tieni Jum tat-Tridu PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 20 June 2012 23:32

Il Hamis, It-Tieni

Jum tat-Tridu

DSCF2624

Il-Hamis hija wahda minn dawk il granet li kull Qormi ikun qed jistenna. Sa minn zmien ilu din il-gurnata minn dejjem kienet fuq fomm il-Qormin u dan ghaliex kull qalb Qormija hija marbuta ma’ dak kollu li jigri l-Hamis, fosthom mat-tlugh tal-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel.

Fis-6:00 ta’ filghaxija tibda l-quddiesa bl-Ghasar imqaddsa mill-Kan. Dun Mikiel Zammit. Tradizzjonalment, hekk kif isir dejjem ikun hemm l-priedka tat-Tridu, l-Kurunella, l-Innu, l-Antifona u ic-Celebrazzjoni Ewkaristika.

Fit:8:30pm jibda marc mill-Banda San Gorg Martri u dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Gorg fuq iz-ziemel madwar it-toroq principali ta’ Hal-Qormi fejn jintemm bit-tlugh tal-istatwa fi Pjazza San Frangisk fost il-folla kbira ta’ nies li dejjem ikun hemm, ic-capcip u it-tifhir lejn il-Kbir Martri ta’ Lidda.

DSCF2627

Il-Programm tan-Nar imtella mit-23 ta’ April jibda bhas-soltu fit-tmienja ta’ filghodu u jkompli f’nofsinhar bil-hruq tal-murtaletti. Mal-barka ukoll ikun hem mil-hruq ta’ murtaletti. Fid-9:30 ta’ filghaxija jibda il-programm komplut tan-nar tal-ajru fejn l-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April tahraq il-beraq, il-blalen, l-isfejjer, il-murtali u l-kaxxa tal-kulur.

Ta’ bix-xieraq nghid li l-haddiema tan-Nar jaghmlu sagrifficcju kbira mhux biss matul is-sena imma bil- wisq aktar matul il-gimgha tal-festa, ma jgawdu xejn u jahdmu bi shih biex itellghu programm xieraq li ta’ min wiehed jitpaxxa bih.

DSCF2570

Mhux hekk biss, imma ma’ tan-nar inzid ukoll il-volontarji u il-membri tal-Kumitat u tas-Sezzjoni Festi Esterni San Gorg li jkun mehdijin jarmaw it-toroq matul il-gurnata kollha biex isebbhu kull rokna Qormija bl-isbah armar. U wiehed minn dan l-isbah armar hu proprju San Gorg fuq iz-ziemel li l-Hamis filghaxija narawh lest biex isebbah Pjazza San Frangisk mal-armar l-iehor li intrama’ diga’.

 

 

Last Updated on Wednesday, 20 June 2012 23:48
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday597
mod_vvisit_counterYesterday773
mod_vvisit_counterThis week1370
mod_vvisit_counterThis month17939
mod_vvisit_counterAll2592728
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -