Home Attivitajiet Naghrfu s-sejha ta’ Alla bhal GORGI
Naghrfu s-sejha ta’ Alla bhal GORGI PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Wednesday, 20 June 2012 23:28

Naghrfu s-sejha

ta’ Alla bhal GORGI

DSCF2649

L-Erbgha indirizzat b’mod partikolari ghall-vokazzjonijiet kien ukoll l-ewwel jum tat-Tridu. Ghal-habta tas-6:30 ta’ filghaxija fil-Knisja Arcipretali kien hemm quddiesa li fiha tkanta l-ghasar votiv ta’ San Gorg Martri. F’din il-quddiesa sar ringrazzjament specjali lil Mulej ghall-qlub generuzi li semghu is-sejha tieghU u offrewlu hajjithom fis-sacerdozju jew fil-hajja religjuza. Din ic-celebrazzjoni kienet immexxija minn Dun Karm Grech.

DSCF2643

Wara l-quddiesa saret il-priedka interessanti tat-Tridu. Din is-sena il priedki tat-Tridu huma mahsubin minn Dun Stephen Attard, vici-parroku ta’ Bormla. Dun Stephen enfasizza sabiex inkun qaddisin ghaliex dan hu l-iskop taghna fid-dinja, insiru qaddisin u nimxu fuq il-mudell ta’ San Gorg. Bhala genituri ghandna nixthu harsitna fuq il-genituri ta’ Gorgi li ghazlu l-valuri ta’ Kristu, ghaddewhom lil San Gorg biex irnexxilu jeghleb il-kurrent u jzomm shih fil-valuri ta’ Kristu. Dan ghandu ukoll jkun l-ghan tal-Ghaqdiet li qeghdin jifjorixxu fil-Parrocca Gorgjana, jwasslu l-kuragg li kellu Gorgi biex jeghleb kull tfikxil, hajjitna ghandha tkun mibnija fuq blata u fuq l-gharfien ta’ Alla Divin.

DSCF2622

Kliem u b’mod partikolari l-messagg ta’ Dun Stephen waqt it-tridu kien indirizzat lejn il-genituri taghna li gahndhom jiehdu b’ezempju l-genituri ta’ San Gorg li xerrdu il-fidi.

Minn naha l-ohra bhal kull zaghzugh Gorg Anici affacja l-mistoqsija ta’ x’ser jaghmel b’hajtu; lil min ser joffrieha? Hu ghazel li jkun suldat ta’ Kristu.

Dun Stephen ghalaq il-messagg tieghu billi stedinna naghrfu tassew is-sejha ta’ Alla bhalma ghamel San Gorg, inkunu suldati ta’ Kristu fil-hajja ta’ illum

Wara l-priedka tat-kien hemm il-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu, l-Antifona u c-Celebrazzjoni Ewkaristika.

DSCF2620

Fit-8:30pm il-Banda Anici bdiet il-marc u dimostrazzjoni taghha bl-istatwa ta’ San Gorg Rebbieh li telaq minn fuq iz-zuntier tal-Knisja ArciMatrici, dar mat-toroq qriema u spicca fil-Pjazza tal-Vitorja fejn ittellghet l-istatwa fost ic-capcip u il-kant tal-Qriema Gorgjani.

Il-Programm tan-Nar mill-Ghaqda 23 ta’ April ghall-jum tal-Erbgha beda kmieni filghodu mat-tokki tat-tmienja, wara li ilbierah kien jum ta’ silenzju minn naha tan-nar, u kompli ezatt wara l-barka fejn sar il-hruq tal-murtaletti, biex imbghad fid-9:30pm inharaq in-nar tal-art fl-inhawi ta’ Farsina u fl-ahharnett ghal-habta tal-9:40pm beda l-hruq ta’ beraq, blalen, raggieri, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

B’dan kollu intemm il-jum tal-Erbgha, dejjem inharsu ‘l quddiem ghal granet mill-isbah u kuntenti b’dak kollu li qeghda tkun il-festa taghna.

Last Updated on Friday, 22 June 2012 07:51
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday170
mod_vvisit_counterYesterday465
mod_vvisit_counterThis week2511
mod_vvisit_counterThis month11276
mod_vvisit_counterAll2508349
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -