Home Attivitajiet L-Erbgha – L-Ewwel Jum ta’ Tridu, Jum il-Vokazzjonijiet
L-Erbgha – L-Ewwel Jum ta’ Tridu, Jum il-Vokazzjonijiet PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 19 June 2012 22:47

L-Erbgha –

L-Ewwel Jum ta’ Tridu,

Jum il-Vokazzjonijiet

DSCF2576

Wara li ghadda ilbierah ukoll u temmejna il-jum iddedikat lil anzjani, lil morda, lil persuni b’dizabilita u liz-zghazagh, issa jmiss il-jum tal-Erbgha indirizzat b’mod partikolari ghall-vokazzjonijiet. L-erbgha huwa ukoll l-ewwel jum tat-Tridu. Ghal-habta tas-6:30 ta’ filghaxija fil-Knisja Arcipretali ser issir quddiesa li fiha jitkanta l-ghasar votive ta’ San Gorg Martri. F’din il-quddiesa nirringrazzjaw lil mulej ghall-qlub generuzi li semghu s-sejha tieghu u offrewlu hajjithom fis-sacerdozju jew fil-hajja religjuza. Din ic-celebrazzjoni ser tkun immexxija minn Dun Karm Grech.

DSCF2578

Wara l-quddiesa ser issir priedka tat-Tridu. Din is-sena il priedki tat-Tridu ser jaghmilhom Dun Stephen Attard, vici-parroku ta’ Bormla.

Wara l-priedka tat-Tridu jkun hem mil-Kurunella lil San Gorg Martri, l-Innu, l-Antifona u c-Celebrazzjoni Ewkaristika.

DSCF2581

Fit-8:30pm il-Banda Anici tibda marc u dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Gorg Rebbieh li jibda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja ArciMatrici, jdur mat-toroq qriema u jispicca fil-Pjazza tal-Vitorja fejn tittella’ l-istatwa fost ic-capcip u il-kant tal-Qriema Gorgjani.

DSCF2589

Il-Programm tan-Nar mill-Ghaqda 23 ta’ April jibda kmien filghodu mat-tokki tat-tmienja, jkompli ezatt wara l-barka fejn isir il-hruq tal-murtaletti, biex imbghada fid-9:30pm jinharaq in-nar tal-art fl-inhawi ta’ Farsina u fl-ahharnett ghal-habta tal-9:40pm jibda l-hruq ta’ beraq, blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

B’dan kollu jintemm il-jum tal-Erbgha, b’wiccna u b’qalbna imhegga biex jasal ‘l ghada.

Last Updated on Tuesday, 19 June 2012 23:13
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday310
mod_vvisit_counterYesterday832
mod_vvisit_counterThis week310
mod_vvisit_counterThis month13723
mod_vvisit_counterAll2529806
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -