Home Attivitajiet Niccelebraw il-festa ta' zaghzugh
Niccelebraw il-festa ta' zaghzugh PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 19 June 2012 22:42

Niccelebraw

il-festa ta' zaghzugh

DSCF2590_1

It-Tlieta, il-jum li kien b’mod specjali iddedikat lil hutna bi bzonnijiet specjali, lil hutna anzjani u liz-zghazagh. It-tieni jum ta’ festa beda billi il-knisja stiednet lil morda u anzjani ghall-quddies specjali tal-festa li kienet immexxija minn il-Kan. Dun Felic Tabone. Din il-quddiesa kienet turija ta’ hsieb lejhom li huma tant ghal qalbna, kif ukoll ta’ ringrazzjament u bil-ghan li jibqghu fi hsiebijietna u f’talbna.

DSCF2611

Isegwi imbghad wara fis-7:00pm bdiet il-quddiesa indirizzata miz-zghazagh fejn iz-zghazagh tal-ghaqdiet kollha tal-Parocca stiednu lil zghazagh ohra li ghandhom ghal qalbhom lil San Gorg ghal din il-quddies li kienet tant interessanti u ta’ taghrif, immexxija minn Dun Rene Cilia bl-isem “Inhobbuk...imma nafuk?”

download

Din il-quddiesa ghinitna nifhmu ahjar kif il-Padrun taghna joffrilna sfida u kuragg ghal hajjitna bhala Nsara fid-dinja ta’ illum. Dun Rene Cilia spjega ahjar kif ghandna niccelebraw il-kobor ta' San Gorg li kien xhud tal-fidi nisranija. Irridu niffukaw aktar fuq kif jixtieqna inkunu meta niltaqghu mieghu.

DSCF2605

Kif intemmet din il-quddiesa, membri tal-Kummissjoni Festa, fosthom l-Arcipriet, s-Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, l-Presidenti tal-Ghaqdiet Muzikali San Gorg Martri u Anici u tal-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April flimkien mal-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokjali, marru jqieghdu kuruni ta’ ward quddiem l-istatwa ta’ San Gorg u dik ta’ San Sebastjan.

DSCF2606

Fl-ahharnett, fit-8:30 ta’ filghaxija, il-Banda Socjo-Muzikali Anici ghamelt marc li dar it-toroq ta’ Hal-Qormi u ferrah lin-nies ta’ dawn l-inhawi u lil dawk kollha li attendew. Dan il-marc intemm fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kazin Banda Anici.

Hekk giet fit-tmiema it-tieni gurnata tal-festa, il-jum tat-Tlieta. Inharsu ‘l quddiem ghall-jum ta’ ghada l-Erbgha fejn niffukaw aktar fuq il-vokazzjonijiet tal-Parrocca u fuq id-dimostrazzjoni ta’ San Gorg Rebbieh, rebbieh ghal dejjem.

Last Updated on Wednesday, 20 June 2012 23:42
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday468
mod_vvisit_counterYesterday601
mod_vvisit_counterThis week4321
mod_vvisit_counterThis month14329
mod_vvisit_counterAll2550921
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -