Home Attivitajiet It-Tlieta – Ghal hutna l-Anzjani u Zghazagh
It-Tlieta – Ghal hutna l-Anzjani u Zghazagh PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 18 June 2012 17:45

It-Tlieta –

Ghal hutna l-Anzjani u Zghazagh

550864_380981108603879_1971715159_n

Wara l-merhba li taw il-Qriema ilbierah lil Padrun San Gorg, merhba fenomenali hekk kif jixraq, il-jum tat-Tlieta huwa iddedikat lil hutna bi bzonnijiet specjali, lil hutna l-anzjani u liz-zghazagh.

F’aktar dettal, fit-tieni gurnata tal-festa, it-Tlieta, il-knisja tistieden lil morda u anzjani ghall-quddies specjali tal-festa immexxija minn il-Kan. Dun Felic Tabone. B’hekk fil-gimgha tal-festa taghna nahsbu ukoll anke f’dawn hutna li huma tant ghal qalbna, niftakru fihom u nirringrazzjawhom ta’ kull ghajnuna li jaghtu lil Parrocca u fl-ahharnett nitolbu ghalihom.

Isegwi imbghad fis-7:00pm ta’ filghaxija, ezatt wara l- quddies iddedikata lil anzjani, lil morda u dawk bi bzonnijiet specjali hija l-quddiesa ghaz-zghazagh.

255776_2036365143796_5422837_n

Iz-zghazagh tal-ghaqdiet tal-Parocca fosthom dawk fil-kummissjonijiet tal-kazini tal-baned tal-Parrocca taghna; L-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u L-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici, dawk fil-kummissjonijiet taz-zghazagh tal-Kumitat Festi Esterni; is-Sezzjoni Zghazagh tal-Kumitat Festi Esterni, fl-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April kif ukoll iz-zghazagh fil-fratellanzi jistiednu lil zghazagh ohra li ghandhom ghal qalbhom lil San Gorg ghal din il-quddies immexxija minn Dun Rene Cilia bl-isem “Inhobbuk...imma nafuk?” Din il-quddiesa tghinna nifhmu ahjar kif il-Padrun taghna joffrilna sfida u kuragg ghal hajjitna bhala Nsara fid-dinja ta’ illum.

http://www.youtube.com/watch?v=mxAqc3WcOQo&list=UU_o64CyQfjBooV561P86WPg&index=4&feature=plcp

DSCF2493

Kif tintemm din il-quddiesa, membri tal-Kummissjoni Festa, fosthom l-Arcipriet, s-Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, l-Presidenti tal-Ghaqdiet Muzikali San Gorg Martri u Anici u tal-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April flimkien mal-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokjali, jmorru jqieghdu kuruni ta’ ward quddiem l-istatwa ta’ San Gorg u ta’ San Sebastjan.

DSCF2520

Fl-ahharnett, fit-8:30 ta’ filghaxija, il-Banda Socjo-Muzikali Anici taghmel marc li jdur mat-toroq ta’ Hal-Qormi biex tferrah lin-nies tal-madwar. Dan il-marc jintemm fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kazin Banda Anici. Nistiednu lil partitarji u lil Qriema kollha sabiex jiehdu sehem biex inkomplu inkabbru kull gurnata tal-festa. B’dan kollu it-tieni jum tal-festa jigi fi tmiemu.

Last Updated on Monday, 18 June 2012 22:08
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday48
mod_vvisit_counterYesterday492
mod_vvisit_counterThis week48
mod_vvisit_counterThis month15938
mod_vvisit_counterAll2476856
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -