Home TiKKa Attwalita Il-Parrocca Taghna IV
Il-Parrocca Taghna IV PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Saturday, 24 January 2009 19:12

Il-Knisja Parrokkjali

X'gara mill-1584 - 1684

 

 

Fl-1582, Dun Marjanu Briffa lahaq Kanonku tal-Katidral u warajh inghata l-pussess Dun Mattew Magro. Dan il-kappillan, li kien imdahhal fiz-zmien, dam sena biss fil-kariga ghax fl-1583 irrizenja minhabba sahhtu. Jissemma warajh Dun Gwann d’Emanuele izda dan is-sacerdot kellu biss il-kura tal-parrocca, locum tenens, sakemm kellu jilhaq kappillan gdid. Fid-29 ta’ Gunju 1585 nghata l-pussess Dun Frangisk Cassia li jidher li kien dam aktar minn sena jithabat biex jiehu l-kariga ta’ kappillan. Dun Frangisk baqa’ fil-kariga sa mewtu li grat fl-1615.(1) Kien f’dawn is-snin li ttiehdet decizjoni importanti hafna: li tinbena knisja parrokkjali gdida fuq l-istess art fejn kienet il-qadima.

 

Ghidna li din id-decizjoni kienet importanti hafna. Dan ghidnieh ghal zewg ragunijiet: l-ewwelnett ghax kien hemm bzonnha ghall-kura spiritwali tal-membri tal-komunita’ ta’ Hal Qormi. Il-knisja li kien hemm kienet zghira wisq u lanqas kellha sagristija. Din ir-raguni wehidha tfisser il-bzonn tal-bini l-gdid. It-tieni nett, kienet decizjoni importanti mill-aspett mondan ta’ l-istorja ta’ l-arkitettura f’Malta ghaliex biha Hal Qormi fetah triq gdida fil-hajja tal-bini tal-knejjes parrokkjali godda fil-gzejjer taghna.(2)

L-Ewwel Bini

M’hemm ebda dubju dwar is-sena li fiha bdiet tinbena l-knisja parrokkjali li hawn illum ta’ San Gorg. Fl-atti tal-vista parrokkjali ta’ l-1615, l-Isqof Baldassare Cagliares isemmi b’mod car is-sena 1584 u dan gie mwettaq fl-atti tal-visti li saru wara li ghamel l-Isqof Michele Balaguer da Camarasa fl-1636 u fl-1645.(3) Dan ifisser li x-xoghol inbeda meta, teknikament, il-parrocca kienet minghajr kappillan, ghalkemm ma nistghux ma nahsbux, minhabba li m’hemmx dokumentazzjoni, li d-decizjoni kienet ta’ Dun Frangisk Cassia li, bhalma diga’ ghidna, kien qed jithabat biex jiehu f’idejh it-tregija tal-parrocca.

 

F’dawn l-ewwel snin jidher li x-xoghol mexa ’l quddiem b’ritmu tajjeb. Hekk jixhdu l-visti pastorali ta’ Monsinjur Ascanio Libertano fl-1585 u ta’ l-Isqof Tommaso Gargallo fl-1588.(4) Minn din l-ahhar vista, nisiltu taghrif siewi bhal, nghidu ah]na, li l-artal maggur issa kien ihares lejn il-Punent, il-kuntrarju ta’ kif inhu llum. Dan ifisser li sar tibdil skond fiex kien ikun wasal il-bini. Jissemma wkoll li l-kwadru titulari kien it-trittiku medjevali impitter fuq l-injam li diga’ semmejnieh. Jekk wiehed jifli sew il-visti pastorali ta’ bejn l-1601 u l-1645,(5) jasal biex jghid li l-knisja kienet iffurmata minn zewg taqsimiet, kull taqsima b’saqaf ta’ gholi differenti: ta’ gewwa kellu saqaf troll izda l-parti ta’ barra kellha saqaf mibni fuq il-hnejjiet. Dan ifisser li, ghall-anqas sal-1645, il-knisja l-qadima kienet ghadha taghmel parti mal-gdida. Wiehed jista’ jahseb ghal xiex kienet tintuza l-knisja l-qadima: forsi bhala speci ta’ kor jonkella bhala sagristija. Tajjeb wiehed ifakkar li, tradizzjonalment, jinghad li l-knisja l-antika medjevali kienet in-naha tal-kappellun tar-Ruzarju tal-lum.(6) Biex il-knisja l-gdida setghet tinbena fuq l-istess art, kellhom jitwaqqghu l-kappelli medjevali tal-Lunzjata u ta’ San Mikiel li kienu hdejn il-knisja l-qadima u li diga’ semmejniehom. Meta nbniet il-knisja l-gdida, saru zewg artali fin-navijiet bl-istess zewg dedikazzjonijiet biex jiehdu post iz-zewg kappelli.(7)


Mill-istess visti pastorali jidher car li din il-knisja l-gdida kienet maghmula minn navata fin-nofs u zewg navi mal-genb taghha. Fi kliem iehor, kienet il-korsija u z-zewg navi li ghandna llum ghalkemm mibdula xi ftit. Il-visti jaghtu x’wiehed jifhem li din l-ewwel fazi kienet lesta sal-1615 u forsi qabel ukoll, sal-1601. Uzajna l-kliem l-ewwel fazi, izda dan mhux preciz ghal kollox billi fil-fatt din il-knisja gdida kienet lesta minn dak li kellu x’jaqsam ma’ xoghol ta’ bini.

 

Ilum hadd ma jimmagina l-knisja ta’ San Gorg b’forma differenti milli ghandha bhalissa, jigifieri l-forma ta’ salib Latin. Izda fil-fatt jidher car li, ghall-ewwel, il-knisja kienet ippjantata bhala binja rettangolari u tixbah hafna l-knejjes li bena Glormu Cassar fl-ahhar tletin sena tas-seklu sittax.(8) Izda l-knisja ta’ Hal Qormi kellha xi haga differenti. Fil-knejjes tieghu, Cassar dahhal, mal-gnub tan-navata centrali, kappelli separati minn xulxin b’hajt ohxon sew. Il-knisja ta’ Hal Qormi ma gietx ippjantata bhalhom ghax, minflok kappelli laterali, hemm zewg navati. Dawn servew biex jilqghu fuqhom l-ispinta tas-saqaf u joholqu spazju akbar. Ma nafux min kien il-perit inkarigat izda, kien min kien, jew ghax kellu hekk f’mohhu jew b’kumbinazzjoni, holoq pjanta li tixbah lill-bazilika paleokristjana bi tliet navati. Din l-osservazzjoni meqjusa ghamilha Monsinjur Vincent Borg li kompla: “Bil-bini ta’ din il-knisja, in-nies ta’ Hal Qormi taw lil Malta l-akbar knisja parrokkjali ta’ dawk iz-zminijiet u bdew hajja gdida fil-bini tal-knejjes parrokkjali godda ta’ gziritna". Wiehed jista’ llum jghid li kien proprju f’Hal Qormi li twieled il-bidu tar-rinaxximent ta’ l-arkitettura ta’ dawn il-knejjes parrokkjali godda f’art twelidna.” (9)

Tinbidel il-Pjanta

Fil-bidu tas-seklu sbatax, f’Malta kien hawn bhal moviment gdid favur il-pjanti tal-knejjes f’ghamla ta’ salib Latin. Diversi lokalitajiet kabbru l-knejjes rettangolari li kellhom billi ziedu zewg kappelluni u b’hekk taw forma gdida lill-imqades ta’ l-irhula taghhom.(10) Din il-forma gdida kienet tehtieg ukoll il-bini ta’ koppla biex jinghaqdu flimkien il-knisja originali u l-kappelluni. Min-naha l-ohra, min beda jibni knisja gdida beda jaddotta l-forma ta’ salib Latin, moviment li x’aktarx jaf il-bidu tieghu ghall-pjanti li hejja Giuseppe Valeriano ghall-knisja tal-Gizwiti fil-Belt.(11) Wiehed irid izomm f’mohhu li l-knisja ta’ Hal Qormi kienet diga’ nbniet meta beda jinfirex dan il-moviment.

 

Izda jidher car li l-Qormin ma ridux jibqghu lura u ttiehdet id-decizjoni li l-knisja qormija titkabbar u ssir fuq l-istil ta’ salib Latin. L-ewwel xoghol inbeda qrib is-sena 1630, ghallanqas hekk jghidu l-atti tal-vista pastorali ta’ l-Isqof Baldassare Cagliares tal-1630.(12) Milli jidher dan ix-xoghol kien marbut mal-faccata tal-knisja ghax il-vista pastorali tal-1636 turi li l-faccata kienet ghadha kemm tnaqqxet b’sengha kbira u li fil-kampnar kien hemm zewg qniepen, ta’ hames qnatar u ta’ qantar.(13) Ta’ min jishaq, hawnhekk, li l-elementi kollha tal-faccata ma nbnewx kollha f’daqqa. Il-kampnari la nbnew mill-ewwel u lanqas ma ttellghu flimkien. It-tieni kampnar jissemma l-ewwel darba fl-1679 (14) u l-iskultura fil-faccata li ssemmiet fl-1636 ma nsibux imnizzel min naqqaxha, ghalkemm il-finezza u s-sbuhija tax-xoghol jixhdu id Tumas Dingli. (15)


Ix-xoghol tal-knisja ssokta u tlesta ghall-habta tal-1653 ghax fil-vista pastorali ta’ dik is-sena, l-Isqof Michele Balaguer Camarasa kkummenta li l-knisja “hi mill-isbah u x-xoghol fiha ghoddu wasal fit-tmiem tieghu, jonqos biss il-koppla.” (16) Dan il-kliem iwettaq li z-zewg kappelluni u l-kor kienu nbnew bhalma nafuhom illum ghax il-koppla kienet l-element li tghaqqad flimkien dawn l-erba’ partijiet strutturali.: il-korsija, iz-zewg kappelluni u l-kor. F’din il-vista, l-isqof jghid ukoll li l-knisja kellha seba’ bibien,(17) l-unika wahda f’Malta li kellha dan l-ghadd.

 

Izda l-bidla fil-ghamla tal-knisja rettangolari ghal binja ta’ salib Latin ma saretx bl-addocc. Kull min hu midhla sew tal-knisja u l-pjanti taghha(18) jaf li, minkejja li l-knisja ma nbnietx kollha f’perjodu wiehed, il-qisien originali gew rispettati fiz-zidiet u t-tibdil li saru tul it-tieni fazi. Apprezzament arkitettoniku professjonali u deskrizzjoni mill-aqwa tal-knisja kienu ppubblikati mill-Perit Michael Ellul fl-1984.(19) F’dil-kitba tieghu, Ellul isemmi kemm huma ezatti l-qisien meta wiehed ikejjilhom bil-units ta’ dak iz-zmien: qasab u xbar. Meta jitkellem dwar kemm il-proporzjonijiet huma ezatti, jikteb hekk:
“Tul tal-knisja: 22 qasba; tul fil-kappelluni: 17-il qasba u nofs; wisa’ tal-knisja: 4 qasab; wisa’ tal-kappelluni: 3 qasab u nofs. Il-pilastri magguri huma mfassla go kwadru preciz ta’ qasba b’qasba, u l-pilastri ta’ bejn il-hnejjiet go rettangolu ta’ 6 ixbar u nofs b’5 ixbar u nofs. Interessanti hafna l-fatt li meta wiehed jiehu l-vojt bejn il-bazijiet tal-pilastri, isib li l-proporzjon tal-wisa’ ghat-tul huwa wiehed ghal kull hamsa, jigifieri tliet partijiet ghall-korsija, wahda ghall-koppla, u wahda ghall-kor, fil-waqt li kull kappellun ghandu cirku wiehed min-navi ’l gewwa.”



Il-Perit Ellul issokta jghid li min hejja dawn il-pjanti kien jaf tajjeb hafna x’qieghed ifassal:
“Jidher car li min iddisenja l-knisja kien familjari hafna ma’ l-arkitettura klassika u kien jaf sewwa t-teoriji ta’ l-ewwel Rinaxximent ta’ Leon Battista Alberti (1401-1472) u ta’ Francesco di Giorgio (1439-1501/2) ibbazati fuq ic-cirku, imsejjah il-forma perfetta ghall-pjanta, u l-kwadru doppju ghall-gholi." (20)


Min kien il-Perit?

Il-knisja ta’ San Gorg titqies bhala holqa importanti fl-istorja ta’ l-arkitettura f’Malta u dan jixhduh il-kitbiet ta’ diversi awtoritajiet bhal Hugh Braun, J. Quentin Hughes, Leonard Mahoney u Michael Ellul. Izda, minkejja dan il-fatt, bqajna ma nafux min ipppjantaha. Minhabba dan in-nuqqas, tajjeb li wiehed jipprova jasal ghal attribuzzjoni ghalkemm l-ewwel irridu naghmlu distinzjoni bejn dak li hu ppruvat storikament u dik li mhix ghajr attribuzzjoni. Jekk ikun jezisti dokumentar awtentiku - dan jinkludi kuntratt, kummissjoni, pjanta originali datata u ffirmata, ecc - allura din tkun prova storika. Min-naha l-ohra, jekk isir studju serju fuq l-istil ta’ artist jew perit u jsir taqbil ma’ xoghlijiet maghrufin bhala tieghu, allura jkollna attribuzzjoni. Din tista’ tkun ta’ siwi kbir izda rridu naghmluha cara li qatt ma tkun konklussiva.

 

Biex wiehed jittanta jasal ghall-ghan taghna, irid l-ewwel jidentifika l-ahhar periti maghrufin ta’ l-epoka. Dawn kienu: Glormu Cassar, ibnu Vittorio Cassar, Tumas Dingli u Francesco Buonamici. Nibdew minn ta’ l-ahhar:

 

Il-Professur Guze’ Galea fl-1928 attribwixxa l-knisja ta’ Hal Qormi lill-perit Buonamici, forsi ghax kien influwenzat minn attribuzzjonijiet ohra lilu, izda li llum gew ippruvati li huma zbaljati. Izda Galea ma kellu ebda bazi soda li fuqha bena l-hsieb tieghu ghajr l-asserzjoni li “dak iz-zmien xoghlijiet bhal dawn kienu kollha f’idejh, u z-zewg prospettivi tal-genb ghar-reqqa tas-sengha u s-sbuhija taghhom jixbhu wisq ix-xoghol tieghu. Barra minn hekk fil-gnien tal-Knisja tal-Hlas ghad hemm fdalijiet minn tal-prospettiva tan-nofs li ma taghrafhomx minn dawk tal-knisja tal-Gizwiti li bena hu”. B’xorti hazina, dan l-awtur zbalja f’zewg hwejjeg:


1. Buonamici twieled fl-1596, 12-il sena wara li bdiet tinbena l-knisja u ma wasalx Malta qabel l-1635;
2. Buonamici wettaq rimodellatura estensiva fl-1647 fil-Knisja tal-Gizwiti izda l-knisja nfisha kienet inbniet fuq pjanti ta’ Giuseppe Valeriano meta Buonamici kien ghadu tifel zghir.
Li nistghu nisiltu ta’ valur minn din it-teorija hu biss li Buonamici forsi kellu xi sehem fil-prospettivi ta’ l-artali fit-truf tal-kappelluni. Izda hi haga certa li ma setax kien imdahhal fl-ippjantar tal-knisja.

 

Jekk inharsu lejn Tumas Dingli nsibu li fl-evalwar l-aktar modern tas-sehem tieghu, aktar qed tohrog il-hila tieghu bhala scalpellino - skultur irfinut fil-gebla - milli bhala perit. Kien biss fl-1633 li nsibuh indikat bhala perit, u dan meta diga’ kellu 42 sena. Hemm diversi knejjes li nbdew qabel din id-data u kienu atribwiti lilu u ghalhekk tohrog it-teorija li Dingli ssokta xoghlijiet mibdijin minn haddiehor. Il-knisja ta’ San Gorg qatt ma kienet attribwita lilu ghalkemm l-iskultura fina tal-bibien tal-faccata setghu saru minnu, bhalma diga’ rajna.

 

B’hekk naslu ghal Glormu u Vittorio Cassar. Hugh Braun fl-1944 u J. Quentin Hughes fl-1956 kitbu li aktarx Vittorio Cassar kien responsabbli ghall-pjanta tal-faccata tal-knisja izda kienu qed jghoddu bhala haga minnha dik li llum nafu li ma gratx hekk: li l-knisja nfisha u l-faccata nbnew flimkien.

 

Fl-1984. il-perit Michael Ellul ipprova jersaq lejn il-likk meta ghamel tentattiv ghal attribuzzjoni permezz ta’ ezercizzju purament akkademiku. Ikkonkluda li Glormu Cassar seta’ kien il-perit li ppjanta l-knisja u li Vittorio Cassar kellu sehem fil-faccata. Ellul ghaqqad flimkien lil dawn iz-zewg periti ghax ibbaza fuq il-fatt li Vittorio ha l-apprendistat tieghu ma’ missieru Glormu u kompla wkoll xi xoghlijiet fuq disinji tal-missier.

 

Aktar dirett u specifiku kien il-perit Leonard Mahoney. Hughes u Ellul kienu sahqu li l-faccata tal-knisja tinkludi hafna elementi li nsibuhom f’disinn ta’ perit Taljan tas-seklu sittax, Sebastiano Serlio, li kopja tax-xoghol tieghu kienet tezisti f’Malta dak iz-zmien u allura setghet tigi kkonsultata waqt ix-xoghol tal-bini. L-argument ta’ Mahoney jimxi fuq dawn il-linji:


i) il-mudell ta’ Cassar ghall-faccata tal-Kon Katidral ta’ San Gwann kien proposta ta’ Michelangelo ghall-faccata ta’ San Lorenzo go Firenze u maghha zied zewg kampnari bhalma kien iddisinja Serlio;
ii) min iddisinja l-faccata ta’ San Gorg ghamel l-istess bhal Cassar ghal San Gwann;
iii) min ghamel hekk bil-fors li kien student ta’ Glormu Cassar li kellu f’idejh il-qisien precizi tad-disinji ta’ Michelangelo ghall-Kappella tal-Medici u l-faccata ta’ San Lorenzo, it-tnejn go Firenze;
iv) min iddisinja l-faccati ta’ San Gwann u ta’ San Gorg bil-fors kellu f’idejh dawn il-qisien;
v) Vittorio tghallem minghand missieru Glormu u l-prattika dak iz-zmien kienet li l-artigjan izomm is-sigrieti tal-mestier tieghu fic-cirku tal-familja tieghu;
vi) Vittorio kien sar perit bhal missieru Glormu.
Ghalhekk, ghal Mahoney, kollox jindika li l-faccata ppjantaha Vittorio Cassar.

 

Min-naha l-ohra, wiehed irid jiftakar ukoll li Vittorio Cassar miet fl-1609 u l-faccata nbniet wara. Dan kollu minnu, izda haga facli li haddiehor ha hsieb il-bini tal-faccata fuq pjanti mhejjija minn Vittorio Cassar ghadd ta’ snin qabel, bhalma gara fil-kaz tad-diversi torrijiet li nbnew wara l-mewt ta’ Vittorio fuq disinji tieghu. Fi studju dwar Vittorio Cassar, il-professur Victor Mallia-Milanes ukoll jishaq li Vittorio Cassar trabba taht l-istess tradizzjoni arkitettonika ta’ missieru Glormu, dik medjevali tardiva. Izda jzid ukoll li l-influwenzi arkitettonici ta’ Glormu setghu laqtu wkoll lil xi periti ohrajn.

 

Semmejna l-faccati ta’ San Gwann u ta’ San Gorg flimkien. Ix-xebh bejniethom insibuh fl-istess teknika ta’ komposizzjoni, l-istess ghejjun ta’ ispirazzjoni u l-istess hsieb Manjerista. Izda mbaghad johrog kuntrast aktarx qawwi: f’San Gwann tispikka s-sahha, it-toqol u l-qawwa filwaqt li fil-faccata ta’ San Gorg tohrog espressjoni ta’ grazzja, eleganza u aspirazzjoni vertikali li tfakkrek fil-hsieb Gotiku.

l-Artali Sekondarji fil-Knisja

M’ghandniex nahsbu li, fiz-zjara tieghu fl-1623, il-Gran Mastru de Paule ra xi knisja lesta u armata b’xi numru ta’ artali tal-gnub b’kull ma hu mehtieg ghat-tizjin taghhom. Xejn minn dan. Anzi, jekk wiehed jiftakar fil-kronologija tal-bini kif semmejnieh, malajr iqis li l-knisja kienet lanqas biss ghadha hadet is-sura li ghandha llum. Aktar ’il fuq urejna hafif hafif li sal-1630 il-knisja ma jidhirx li kellha artali fil-kappelli kollha tal-gnub.

 

Meta l-knisja kienet ghadha ma haditx l-ghamla ta’ salib Latin, kellha dawn l-artali: tal-Gandlora li kien tal-Fratellanza tas-SS. Sagrament; tar-Ruzarju li kien tal-fratellanza li ggib l-istess isem; tal-Lunzjata u ta’ San Mikiel li saru flok iz-zewg kappelli ta’ istess ismijiet u kienu nhattu biex inbniet il-knisja; u tal-Madonna tal-Grazzja li kienu jiehdu hsiebha l-furnara.

 

Wara l-1630 zdiedu artali ohrajn. Quddiem l-artal tal-Madonna tal-Grazzja sar iehor iddedikat lil San Tumas Appostlu, fil-waqt li hdejn dak ta’ San Mikiel twaqqaf artal lil San Guzepp. Artal iehor, li ddedikawh lill-Madonna ta’ Trapani, twaqqaf mill-koppja Marjanu u Katerina Haxixa (Axisa) sal-1634. Izda din id-devozzjoni kellha gajja qasira ghax, sal-1645, dan l-artal kien gie ridedikat lill-qaddisin Sidor u Pankrazju (jew Brankat) u, bhalma diga ghidna, kien f’idejn il-bdiewa.

 

Meta saru l-kappelluni, iz-zewg artali ewlenin fihom inghataw liz-zewg fratellanzi li kien hemm fil-parrocca f’dan is-seklu. Tas-Sagrament hadu dak tal-lemin (meta tkun thares lejn l-artal maggur), tal-Gandlora, u tar-Ruzarju nghataw dak tax-xellug, kif ghadhom sal-lum.

 

Devozzjoni gdida li xterdet ma’ Malta wara l-1640 kienet dik tas-Sodalita’ ta’ l-Agunija li f’Hal Qormi twaqqfet fid-19 ta’ Marzu 1653 u nghatat l-artal l-iehor li kien hemm fil-kappellun tar-Ruzarju fejn, bhala pittura titulari, fl-1651 kienu diga’ qieghdu l-panew tan-nofs tat-trittiku medjevali li jirraprezenta d-Deposizzjoni. Din il-pittura ghadha hemm sal-lum. Fil-kappellun tal-Gandlora, it-tieni artal, kien iddedikat lill-Madonna tal-Katina, devozzjoni marbuta mal-jasar ta’ l-ilsiera. Il-pittura titulari gabuha mill-kappella ta’ Sant’ Andrija (flokha llum hemm il-knisja ta’ San Frangisk) u waqqfu Sodalita’ tas-Serviti tal-Madonna. Din id-devozzjoni baqghet sal-1679 meta l-artal kien iddedikat mill-gdid lill-Prezentazzjoni tal-Madonna fit-Tempju. Devozzjoni ohra kienet taz-Zjara lil Santa Elizabetta li tissemma darba wahda biss, fil-vista pastorali tal-1588. Madankollu, kien ghad hemm kappella vojta u din inghatat lis-sajjieda ghall-habta tal-1673 li bnew artal iddedikat lil Sant’ Andrija.

 

Aktar ma gerbu s-snin tas-seklu sbatax, aktar bdew izejnu dawn l-artali bi prospettivi mnaqqxin fil-gebel, u pari ta’ kolonni, fuq stil barokk. Interessanti hu l-fatt li wiehed minnhom, ta’ San Guzepp, kien ta’ l-injam u nifhmu ghaliex: il-mastrudaxxi ghazlu li jnaqqxu gwarnic fl-injam indurat ghax dik kienet is-sengha taghhom. Mat-tizjin ta’ l-artali tal-gnub, ma nistghux inhallu barra l-kor, li mhemmx ghalfejn nghidu kellu l-akbar prospettiva fil-knisja u li kellu sitt kolonni. Jidher car li l-prospettivi ta’ l-artali kollha kienu lesti sal-1679, qabel ma nbniet il-koppla fl-1684.

 

B'hekk naraw li sal-1630 il-knisja kienet nieqsa mill-artali tal-gnub u dawn bdew jinghataw lill-haddiema ta’ certi snajja’ partokolari kif ser naraw:
bejn l-1630 u l-1636: l-artal ta’ San Tumas lin-naggara u haddiema fil-gebel;
bejn l-1630 u l-1636: l-artal ta’ San Guzepp lill-mastrudaxxi;
qabel l-1645: l-artal ta’ San Sidor u San Pankarazju (Brankat) lill-bdiewa;
qabel l-1656: l-artal tal-Madonna tal-Grazzja lill-pizaturi, ta’ l-imtiehen u ta’ l-ifran;
1673: l-artal ta’ Sant’Andrija lis-sajjieda;


Dan kollu juri bic-car li fil-parrocca qormija kien hemm firxa mhux hazin ta’ snajja’ li maghhom inzidu li fl-1666 jissemmew li kien hemm hafna massari u min jahdem il-Belt.

Il-Koppla

Mela sal-1653 il-knisja kienet lesta kif nafuha llum, ghajr il-koppla. Bhalma rajna, il-bini originali ma kienx jinkludi koppla u l-erba’ pilasti tal-presbiterju ma kinux tellghuhom bl-iskop li jerfghu fuqhom bini li jizen min jaf kemm il-tunnellata. Ghaldaqstant, riedu joqoghdu attenti hafna lil min iqabbdu jippjantaha u wkoll xi hsieb ikollu f’rasu l-perit li jintaghzel. Mhux ta’ b’xejn li ghaddew ’il fuq minn tletin sena ohra qabel ittellghet il-koppla li ghadha titgawda sal-lum.

 

Il-koppla tlestiet fl-1684, sena li nsibuha mnaqqxa fil-koppla stess u li maghha nzidu taghrif iehor mill-vista pastorali ta’ l-Isqof Davide Cocco Palmieri fl-1686.(21) Bhala perit kienu qabbdu l-maghruf Lorenzo Gafa’ li, f’dak l-istess zmien, kien qed imexxi l-bini tal-kor tal-katidral il-qadim fl-Imdina u tal-knisja parrokkajli tas-Siggiewi.(22) Gafa’ baqa’ maghruf, fost hwejjeg ohra, ghal kif biddel il-fisjonomija tal-koppli f’Malta: minn binjiet ta’ xehta pezanti ghal koppli dinamici li estetikament ipaxxu l-ghajn.(23) Ix-xoghol li halla f'Hal Qormi m’ghamillux ghajb meta wiehed izomm quddiem ghajnejh id-diffikultajiet teknici li kellu jirbah biex jirnexxu l-pjanti tieghu.

 

Kif Gafa’ rnexxielu jeghleb din id-diffikulta’ jiddiskrivi tajjeb hafna l-Perit Michael Ellul b’dan il-kliem:(24)
“Ma jidhirx li kien il-hsieb li l-knisja, meta nbniet, ikolha koppla, u Gafa’, quddiem din id-diffikulta’ teknika li ghal hafna, anke fi zmienna, kienet tkun meqjusa bhala difficli hafna jekk mhux ukoll impossibbli, hareg b’soluzzjoni brillanti tant mil-lat estetiku kif ukoll minn dak ta’ kostruzzjoni, u li ghadha tghaggeb sal-lum lil kull min jifhem xi ftit fis-sengha tal-bini. Gafa’ kellu l-kuragg li jtella’ koppla li tizen mijiet ta’ tunnellati fuq erba’ pilastri relattivament zghar, li l-areja superficjali taghhom hija ftit anqas minn 38 pied kwadru kull wiehed - Gafa’ ha l-prekawzjoni li jhaxxen xi ftit il-pilastri li kien hemm qabel, izda dawn xorta wahda baqghu dojoq biex jerfghu dak il-piz, u jibqa’ l-fatt li pilastru mizjud qatt ma jkun b’sahhtu daqs wiehed imtella’ ghall-qjies mill-ewwel. Gafa’ ma kellux triq ohra ghajr li jibni koppla znella u kemm jista’ jkun hafifa, izda fl-istess hin soda u b’sahhitha. Naqqas kemm seta’ mill-piz, u uza twieqi kbar separati biss minn xulxin b’pilastri, maghluqin bit-tond minn barra u minn gewwa, u fl-istess hin, bhal holoq - katina, jorbtu lit-tambur f’bicca wahda. Il-hnejjiet tat-twieqi jservu wkoll biex jerfghu l-piz tal-gebel tal-koppla ta’ fuqhom b’mod aktar zgur milli kieku kienu maghluqin b’arkipjan. It-tambur gholi u n-nuqqas ta’ kustilji fil-koppla jaghtuha sens ta’ spazju minn gewwa li ftit tara bhalu fil-koppli tal-knejjes taghna. Fuq barra, l-ispinta tal-koppla hija msahha minn tmien kontrafforti, wiehed fuq kull angolu tat-tmien faccati tat-tambur, dekorati b’ornament b’disinn mhux tas-soltu, u li jixbhu hafna, jew almenu huma ispirati mill-fleur de lys. Jista’ jkun, ghalkemm din hija opinjoni personali tieghi, li dawn saru aktar tard fi zmien il-Gran Mastru Adrien de Wignacourt (1690-1697), biex ikomplu jzidu l-piz u b’hekk isahhu l-kontrafforti forsi wara t-terremot tal-1693. Wiehed jista’ jammira l-linja dritta tal-pilastri tat-tanbur, il-kontrafforti, il-pilastru u l-kustilji tal-lanterna li jiltaqghu f’direzzjoni wahda taht is-salib tal-quccata. It-twieqi tal-lanterna li ma huma jerfghu l-ebda piz specjali huma maghluqin b’semplici arkipjan jew blata catta - Ghar-ragunijiet li semmejt, il-koppla ta’ Hal Qormi forsi hija ftit nieqsa mid-dinamizmu u l-forza viziva ta’ l-Imdina, Birkirkara u ohrajn, izda ma nkunx qed nghid hazin li kemm minn barra kif ukoll minn gewwa hija wahda mill-isbah tal-knejjes Maltin.”

Tajjeb li hawnhekk inzidu x’kien l-ahhar bini li ttella’ fis-seklu sbatax: sagristija li jirreferi ghaliha l-Isqof Cocco Palmieri u li kienet lesta sal-1699.(25) Din is-sagristija llum nsibuha bhala s-sagristija l-qadima u jinzammu fiha l-vari tal-Gimgha l-Kbira.

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali

Fl-1727, meta l-kappillan ta’ Hal Qormi kien Dun Silvestru Desira, lahaq isqof gdid ta’ Malta: Monsinjur Paolo Alpheran de Bussan. Sa dak iz-zmien f’Malta kien hawn tliet knejjes biss li kienu kkonsagrati, jigifieri l-Katidral ta’ l-Imdina, San Gwann fil-Belt, u San Lawrenz fil-Birgu. Izda l-Isqof Alpheran iddecieda li jikkonsagra solennement ghadd ta’ knejjes parrokkjali. Matul id-29 sena li dan isqof ikkonsagra mhux anqas minn 18-il maqdes. Fosthom il-knisja parrokkjali ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormi, nhar is-6 ta’ Mejju 1731 bil-parrinijiet, jew xhieda ufficjali, Dun Gioacchino Camilleri (1671-1745) u Dun Teramo Psaila (1672-1750). Ma’ l-Isqof Alpheran kien hemm, naturalment, il-Kappillan Desira, il-Vici-parroku Rev. Dr Giuseppe Vella u l-31 sacerdot li kienu jservu f’Hal Qormi.

Izda naraw x’gara fil-jum tal-konsagrazzjoni fil-kliem meqjus ta’ ricerkatur qormi:
“Lejlet il-konsagrazzjoni tal-knisja u ta’ l-artal maggur, l-isqof ikun ghadda gurnata sawm. Il-funzjoni, twila gmielha, bdiet bit-talb quddiem l-artal maggur, gheri minn kollox. L-isqof nizel matul il-korsija tan-nofs iroxx l-ilma mbierek fuq il-poplu u dawramejt mal-knisja, minn barra u minn gewwa, biex iberkilha l-hitan kollha fuq kull naha. Wara l-qari mill-Kotba Mqaddsa u wara l-omelija, ikkonsagra l-artal maggur biz-zejt imqaddes. Dak inhar, fl-artal maggur - tqieghed l-ghadam ghaziz tal-qaddisin martri San Gorg, San Bonifacju, Santa Venusta, u Santa Abbundanza. Wara l-konsagrazzjoni ta’ l-artal maggur, l-isqof nizel jikkonsagra wkoll it-tnax-il salib ingastati fil-pilastri ta’ ma’ tul il-korsija. Imbaghad qabbad l-incens f’nofs l-artal bi tliet xemghat mixghula madwar dak il-ftit incens. L-artal intrama bil-gandlieri u bil-fjuri, u l-isqof b’gandiletta f’idu xeghel iz-zewg xemghat tal-quddiesa, waqt li s-sagristan nizel iqieghed brazz b’xemgha wahda quddiem kull wiehed mit-12-il salib tal-konsagrazzjoni. U l-funzjoni tkompliet sa tmiem il-quddiesa.”

Parrocca Arcipretali

Il-Kappillan Dun Anton Vella haseb biex talab lill-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi, biex jgholli ghad-dinjita’ arcipretali lill-Parrocca San Gorg Martri. Fir-rikors tieghu, il-Kappillan Vella semma kemm hi antika l-parrocca, il-bini ta’ knisja gdida fl-1456, li hi parrocca matrici, minn xiex ghadda Hal Qormi fl-Assedju l-Kbir, l-interess tal-Gran Mastri f’Hal Qormi, hidmet il-parrocca fi zmien il-Francizi u l-kleru maghruf ghall-gherf u l-qdusija li minn dejjem kellha l-parrocca fosthom l-Isqof Carmelo Scicluna u l-Professur Monsinjur P.P. Psaila li kien Rettur ta’ l-Universita’. Ghalaq ir-rikors tieghu b’dawn il-kelmiet: “Ghaldaqstant, dan li qieghed iressaq din il-petizzjoni, jitlob bil-qima kollha lill- E. T. Illust. Revd.mu biex tqis din id-daqsxejn ta’ storja tal-Parrocca ta’ San Gorg li ssawret tul hames sekoli, u jekk jista’ jkun tinqala’ il-fakolta’ mis-Santa Sede biex din il-Parrocca tigi mghollija ghad-dinjita’ ta’ Knisja Arcipretali kif jixtieq il-Kleru u l-Poplu ghall-glorja ta’ Alla u tal-Knisja Mqaddsa.”

Ir-rikors tal-Kappillan Vella ntlaqa’ mill-awtoritajiet ekklesjastici u d-digriet relevanti inhareg fit-30 ta’ Marzu 1953 taht il-firem ta’ l-Arcisqof Gonzi u l-Kancillier il-Kanonku G. Mifsud. Fih insibu li t-talba tal-kappillan kienet tressqet quddiem is-Santa Sede u li “din l-istess Kongregazzjoni laqghet it-talba tal-Kleru u tal-Poplu.” Id-digriet jaghlaq b’dawn il-kliem: “GHALHEKK b’din l-ittra tag]na minnha ffirmata u moghnija, bis-sigill taghna bl-Awtorita’ msemmija, irridu li l-Knisja ta’ San Gorg Martri fl-art ta’ Hal Qormi li fuqha ga tkellimna tkun mizmuma mill-lum ’il quddiem bhala Knisja ARCIPRETALI u min ikun Kappillan taghha ghandu jissejjah ARIPRIET. Mahruga mill-Palazz Arciveskovili taghna fit-30 ta’ Marzu, 1953.”


1. AAM, Segreteria, Gargallo 1579-1608, ff. 43-4 u 50-2; APGQ, Liber II, mhux impagnat, sezzjoni ta’ l-imwiet. Hajr lil Kanonku Dun Gwakkin Schembri li ghaddieli dawn ir-referenzi. Ara wkoll J.F. Grima (ed.) (1984), 133.
2. Ikkwotat minn V. Borg, “Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg f’Hal Qormi tinbena u Tit]ejja g]all-Jum il-Konsagrazzjoni Taghha”, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg, Hal Qormi - Erba’ Sekli ta’ Storja, ed. J.F. Grima, Malta 1984, 9.
3. Arkivju Arciveskovili ta’ Malta (AAM), Vista Pastorali (VP) Cagliares 1615, f. 149r: ecclesia habet plures cappelle et altariohinc hinde et fuit constructa de anno 1584 in duabus regionibus -; AAM, VP Balaguer 1635-37B, f. 54r; AAM, VP Balaguer 1644-46, f. 77v.
4. AAM, VP Libertano 1585, ff. 35r-v; AAM, VP Gargallo 1588, ff. 41r-42r.
5. AAM, VP Gargallo 1588-1602, ff. 189r-191v; AAM, VP Cagliares 1615, f. 149r; AAM, VP Balaguer 1635-37B, ff. 54r-v; AAM, VP Balaguer 1644-46, f. 80r.
6. G. Cardona, “Il-Bini tal-Knisja ta’ San Gorg ta’ Hal Qormi bejn l-1575 u l-1684”, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg, Hal Qormi - Erba’ Sekli ta’ Storja, ed. J.F. Grima, Malta 1984, 28.
7. C. Psaila (1937), 34.
8. Il-Kon-KatidraL ta’ San Gwann, Santu Wistin fir-Rabat u Ta’ Giezu fil-Belt, fost ohrajn.
9. V. Borg (1984), 12.
10. Hekk gara f’Bir Miftuh, iz-Zejtun, Hal Lija u s-Siggiewi sal-1614.
11. Knejjes tas-seklu sbatax fuq il-forma ta’ salib Latin jinkludu ta’ H’Attard, Birkirkara (l-qadima), n-Naxxar, il-Mosta, il-Gharghur, Haz-Zebbug, l-Isla u Hal Tarxien.
12. AAM, VP Cagliares 1629-1630, f. 460v: “ ..ob imminentem fabricam quae continuatur …”
13. AAM, VP Balaguer 1635-37B, f. 56v.
14. AAM, VP Molina 1678-80, f. 359v.
15. Din hi l-fehma ta’ diversi studjuzi, fosthom V. Borg (1984), 12, li jghid kategorikament: “jidhirli li f’dan ix-xoghol tinhass sewwa l-id ta’ Tumas Dingli.”
16. AAM, VP Balaguer 1653-54, ff. 182r-v: “Ecclesia praedicta est pulcherrima ed fere ad perfectione fabrice reductor, defecit solum modo cuppola.”
17. Idem. Tnejn minnhom ilhom bosta snin maghluqin bil-gebel. Il-hamsa l-ohra, tlieta tal-faccata u t-tnejn tal-kappelluni, ghadhom hemm.
18. Is-sur Joseph Attard, draughtsman qormi, hejja sett pjanti tal-knisja u pprezentahom lill-Arcipriet Dun Edgar Attard f’akkademja muziko-letterarja kommemorattiva li saret fil-knisja stess f’Gunju 1984.
19. M. Ellul, “Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg ta’ Hal Qormi - Apprezzament Arkitettoniku”, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg, Hal Qormi - Erba’ Sekli ta’ Storja, ed. J.F. Grima, Malta 1984, 41-56.
20. Ibid., 46. Il-ktieb ta’ Alberti,De Re Aedificatoria, Firenze 1485, tradott bit-Taljan g]all-ewwel darba fl-1565, kien maghruf f’Malta u l-Kavallieri kellhom kopja tieghu li ghadu sal-lum fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta.
21. AAM, VP Cocco Palmieri 1685-87B, f. 323v: “..corpus Ecclesiae quod est satio amplius et magnificum ad formam crucis cum cuppola in medio.” Il-vista sehhet fit-28 ta’ Mejju 1686.
22. V. Borg (1984), 13.
23. Ghal studju qasir dwar il-koppli ara: L. Mahoney, “Malta’s Domes”, The Sunday Times, Building and Architecture Supplement, 7 ta’ Awissu 1983. Ara wkoll, ta’ l-istess awtur, il-pubblikazzjonijiet tal-1988 u 1996, passim.
24. M. Ellul (1984), 50-1.
25. AAM, VP Cocco Palmieri 1699-1700, f. 102v.

Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003

Last Updated on Friday, 11 June 2010 11:52
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday250
mod_vvisit_counterYesterday901
mod_vvisit_counterThis week3904
mod_vvisit_counterThis month19143
mod_vvisit_counterAll2460447
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -