Home Attivitajiet Lulju wkoll, ix-xahar ta' Gorgi
Lulju wkoll, ix-xahar ta' Gorgi PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 10 July 2011 17:40

Lulju wkoll,

ix-xahar ta' Gorgi

bazilika

Fil-messagg tieghu ghall-festa 2011 il-President tas-Socjeta Filarmonika La Stella Paul Zammit jikteb hekk: F’dawn il-granet ta’ festi f'Ghawdex lill-Kbir Martri San Gorg ahna lkoll nifirhu… u ghandna ghax nifirhu! F’San Gorg naraw dak iz-zaghzugh qalbieni li gharaf kif ghandu jghix biex ikun ferhan f’hajtu u konformi mat-twemmin li kien ihaddan. Dan ahna lkoll nemmnuh, ghad li forsi mhux il-hin kollu jkun quddiem ghajnejna. Dan ahna lkoll ferhanin bih, ghad li forsi m’ahniex il-hin kollu konxji mill-verità tieghu.


San Gorg dejjem seraq il-qlub taghna u ta’ numru kbir ta’ popli minn kull parti tad-dinja, ghall-karattru tant sod tieghu fejn haddan il-verità u ddefendiha b’kull mezz li kellu ghad-dispozizzjoni tieghu… anki sakemm xerred l-ahhar qatra demm tieghu meta offra sal-istess hajtu ghal dak li fih emmen. San Gorg dejjem xeghel l-entuzjazmu taghna ghall-qlubija tieghu ghax dejjem sejjah dak li hu abjad abjad u dak li hu iswed iswed… avolja minhabba f’hekk kellu jpatti b’hajtu! Il-verità hija tant qawwija u taghtina tant sahha!

San Gorg huwa Patrun ta’ Ghawdex u tal-Belt Victoria. Iva, ghandna biex nifirhu f’dawn il-granet ghax bil-figura ta’ San Gorg quddiem ghajnejna zgur li ahna ispirati biex dak li naghmlu jkun biss dak li hu sewwa.

Ahna ninghaqdu ma' dan il-messagg u nawguraw il-festa t-tajba lill-Ghawdxin kollha. Kburin li ahna ukoll f'dan ix-xahar ta' Lulju niehdu sehem f'din ic-celebrazzjoni kbira li ssir ad unur il-Princep tal-Martri - festa antikissima li tisboq kull festa ohra li ssir dan ix-xahar.
Last Updated on Tuesday, 12 July 2011 16:18
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday27
mod_vvisit_counterYesterday375
mod_vvisit_counterThis week3461
mod_vvisit_counterThis month13189
mod_vvisit_counterAll2567716
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -