Home Attivitajiet Il-festa tal-festi - memorji u hsibijiet
Il-festa tal-festi - memorji u hsibijiet PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 04 July 2011 17:26

Il-festa tal-festi

memorji u hsibijiet

baraxx

Issa li l-festa ta' San Gorg giet u ghaddiet jibqghu fostna biss il-memorji ta' din ic-celebrazzjoni kbira li saret fl-ahhar gimgha ta' Gunju. Memorji li ghal hafna huma tassew sbieh - tibda mill-funzjonijiet fil-Knisja, ghac-celebrazzjonijiet esterni, l-armar kif ukoll in-nar. B'dan tal-ahhar jaghmel passi kbar 'il quddiem fil-kwalita' kif ukoll fl-elementi piroteknici innovattivi li rajna fil-festa 2011.

Wara li ghadda kollox b'wicc il-gid, mhux biss zarmajna it-toroq kollha f'temp ta' gimgha, izda diga' qed inhejju ghal aktar attivitajiet kbar ghas-Sajf 2011 - jispikkaw fuq kollox il-BBQ f'Ghar Lapsi u l-Qormi Wine Festival li din is-sena se niccelebraw is-7 edizzjoni tieghu. Dan kollu grazzi ghall-hidma ma taqta xejn tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri.
Dhul
Barra minn hekk, l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April se terga' tkun impenjata bi programm pirotekniku iehor li giet ikkummisjonata li taghmel f'Had Dingli nhar Santa Marija. Dan ukoll huwa ta' unur kbir ghad-dilettanti tal-parrocca taghna.

Infakkru ukoll li din is-sena se nergghu ninghaqdu flimkien f'Ghawdex fit-tielet gimgha ta' Lulju ghall-festi kbar li jsiru fil-Belt Victoria f'gieh il-Princep tal-Martri, meqjum fil-Bazilika tar-Rabat Ghawdex.
Last Updated on Saturday, 09 July 2011 12:21
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday339
mod_vvisit_counterYesterday476
mod_vvisit_counterThis week2191
mod_vvisit_counterThis month13540
mod_vvisit_counterAll2492158
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -