Home TiKKa Attwalita San Gorg tal-Gebla (f'ta' Farzina)
San Gorg tal-Gebla (f'ta' Farzina) PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Tuesday, 28 April 2009 08:22

San Gorg

tal-Gebla

Minn Holma ghal Realta'

san gorg gebla

 

Il-holma bdiet tberren go mohhi ezatt hames snin ilu. Kienu l-ewwel minuti tal-Gimgha, 25 ta’ Gunju 1999. jiena u shabi telghin lura d-dar wara li ftit minuti qabel hadna sehem fil-marc fil-festa ta’ San Gorg. Kollha ferhana bdejna noholmu x’festi kbar se

naghmlu ghac-Centinarju li kellu jigi erba’snin wara. Waqaft u dort lejn shabi, waqt li indikajtilhom il-post, ghedtilhom: Hawn naghmlu statwa kbira ta’ San Gorg, biex jibqa’ jfakkar il-festi centinarji u l-Gublew il-Kbir, li d-dinja kollha kienet qed tistenna. Shabi qablu mieghi, anzi ghamluli l-kuragg.

Ghalkemm il-hsieb baqa’ jberren f’mohhi kellhom jghaddu tliet snin qabel ma bdejna namghlu xi haga biex din il-holma ssir realtà. Gietni l-idea li l-istatwa naghmluha minn blata wahda, tixbah lil statwa li hemm f’nicca ma’ dar privata, fid-dahla tal-wied. Din l-idea qsamtha ma’ Christ u Antoine. Dawn qablu mill-ewwel, kemm ghall-hlewwa ta’ l-istatwa u kemm ghall-materjal. L-ahwa Mifsud hargu bil-parir biex nitolbu lil Silvio Pace biex ihazzez disinn ghall-pedestall. Waqt li konna Ghawdex ghall-festa ta’ San Gorg Martri, Antoine qabad pinna u hazzez id-disinn ta’ l-istatwa kif kellha tigi u dak id-disinn hatu ghand Silvio. Lil Silvio wrejtu b’dak kollu li kellna f’mohhna. Pace qabel mill-ewwel, weghedni li jaghmilli d-disinn tal-pedistall. Bid-disinn f’idejja bdejt nigri biex niehu idea kemm fl-ahhar mill-ahhar gej jiswa dan il-progett. Dan kien zmien ta’ qtigh il-qalb, ghax il-prezzijiet li bdejt nisma’ kienu gholjin hafna.Bid-disinni u l-istimi f’idejja, mort kellimt lis-Sindku dawr il-progett li kellna. Ahna s-Sezzjoni Zghazagh Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri, tlabnieh jekk jistax jghinna billi jiehu hsieb il-post fejn kellu jitwaqqaf dan il-mafkar b’tizjin xieraq. Hu pprova jfehemna li din it-talba kienet iggor maghha xoghol ta’ perizja, xoghol infrastrutturali, xoghol konness ma’ l-Enemalta, u permessi tal-MEPA. Ghaldaqstant, talba bhal din kellu bilfors iressaqha quddiem shabu l-kunsilliera.

Din it-talba tressqet mis-Sindku fis-seduta numru 14, nhar l-Erbgha 20 ta’ Marzu 2002 u s-Sur Kenneth Busuttil, kunsillier issekonda din il-mozzjoni. Din il-mozzjoni numru 140-2002 (iii) ghaddiet unanimament. Il-permessi tal-MEPA hargu nhar il-Hamis 21 ta’ Novembru 2002. Staqsi minn hemm u staqsi minn hawn, bl-ghajnuna ta’ Victor Cilia ordnajna l-gebla mill-barriera ta’ “KAZZA” f’Ta’ Kandja. Sadanittant ma kien ghad kellna l-ebda centezmu f’idejna. Is-sidien tal-barriera gentilment offrew lill-ahwa Mifsud biex inaggru fil-post din l-istatwa. Kif beda t-tnaggir bdejna naraw ukoll xi donazzjonijiet. Ghalhekk ordnajna l-pedestall minghand Louis Xuereb ta’ Haz-Zabbar. F’dan l-istess zmien bdejt nahseb f’min jista’ jghinna finanzjarjament b’mod sostanzjali. Kienet ta’ ghajnuna kbira: l-kumpanija EASYSELL-KIA (MALTA) Ltd. (Tumas Group), li mhux biss ghenitna finanzjarment izda kienet fuq kollox ta’ ghajnuna morali kbira ghalija. Wara tfaccaw bosta benefatturi ohra, fl-istess waqt is-Sezzjoni kollha harget tigbor bieb bieb. Wara li t-tewmin lestew it-tnaggir, inholqitilna problema ohra. Fejn se jkomplu jahdmu din l-istatwa ta’ dan il-kobor. Hawnhekk tfacca s-Sur Rafel Aquilina li offrielna l-mahzen tieghu.

F’Jannar garrejna l-istatwa nofsha mahduma, mill-barriera sal-mahzen ta’ Rafel fuq it-trakk ta’ Charlie Agius (Ta’ Bramel) u tnizzlet bil-lifter tal-kumpanija Zagaj Brothers. Sadanittant ix-xoghol tkompla, u beda x-xoghol tal-pedamenti min-naha tal-Kunsill Lokali. Kellna problema rigward l-iskultura li zzejjen il-pedestall fejn originalment il-hsieb kien li jigi esegwit fil-bronz. Hafna taw il-parir li l-bronz biz-zmien itebba’ u jaghmel hsara fil-gebla. Ghaldaqstant iddecidejna li l-iskultura ssir fil-gebla wkoll. Wara hafna taqtigh il-qalb iffissajna d-data tal-25 ta’ April 2004, biex ninawguraw il-mafkar. Hsibna biex id-dedikazjonijiet jitnaqqxu f’irhama u jitpoggew fil-bazi tal-pedestall. Xtaqna li ghal din l-okkazjoni jiehdu sehem iz-zewg baned tal-parrocca taghna. Huma qablu li jiehdu sehem. Kif jaf kulhadd din il-holma twettqet, bis-sodisfazzjon ta’ kulhadd.Kien jum sabih, anke x-xita waqfet ghal dak il-hin u l-baned taghna ghall-ewwel darba fl-istorja taghom daqqew flimkien f’banda wahda, l-innijiet sbieh taghna.

L-Arcipriet bierek din il-holma taghna fost il-ferh ta’ kulhadd.J’Alla dan il-mafkar nibzghu dejjem ghalih.

Josef Aquilina

Segretarju

Sezzjoni Zghazagh

N.B. Dan l-artiklu ittiehed minn fuq il-fuljett tal-festa tas-sena 2004.
Last Updated on Sunday, 14 June 2009 08:51
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday84
mod_vvisit_counterYesterday652
mod_vvisit_counterThis week736
mod_vvisit_counterThis month14349
mod_vvisit_counterAll2568876
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -