Home Mill-Mahzen Ir-Radju jibda fl-10 ta' Frar
Ir-Radju jibda fl-10 ta' Frar PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Sunday, 09 January 2011 11:47

Ir-Radju jibda

fl-10 ta' Frar

Radio_logo

Bhalissa ghaddejjin l-ahhar thejjijiet sabiex nhar San Pawl - fl-10 ta' Frar - naghtu bidu ghat-trasmisjonijiet tar-radju LEHEN IL-BELT GORGJANA li se jkun qed ixandar bi skeda shiha ghar-reba' sena konsekuttiva. Se jkunu hames xhur impenjattivi ferm ghall-Kummissjoni Radio fi hdan il-Kumitat Festi Esterni (AD 1919). Kummissjoni li qed tahdem bi shih biex twassal l-akbar varjeta' ta' programm, u fuq stil kemxejn differenti mis-sena l-ohra.
 
Fl-2010 konna nidejna identita' gdida ghall-istazzjon, li se tinzamm - inkluz jingles u logo gdid. Qed nahsbu biex inkomplu nizviluppaw dawn il-jingles li producejna ahna stess, filwaqt li nsahhu l-identita' taghna anke permezz ta' programmi regolari li jolqtu suggetti varji. Ma rridux li s-semmiegha jispiccaw jisimghu l-istess prezentatur ghal sitt sieghat shah - din mhix serjeta!
 
Nixtiequ li r-radju LEHEN IL-BELT GORGJANA ikun sors ta' edukazzjoni ghall-komunita, ghajnuna ghall-parrocca, lehen ghall-ghaqdiet Gorgjani u simbolu ta' Hal Qormi.
 
Diga' ghandna konfermati programmi godda ghal din l-iskeda li jinkludu wiehed dwar il-Gran Mastru Pinto, iehor dwar il-hajja ta' San Gorg, u programm ta' varjeta' muzikali li se jixxandar wara nofsinhar. Min ghandu aktar ideat jew jixtieq jipproduci xi programm jista' jikkuntattja lill-Kummissjoni fuq l-email This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Last Updated on Tuesday, 25 January 2011 22:39
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday166
mod_vvisit_counterYesterday899
mod_vvisit_counterThis week3206
mod_vvisit_counterThis month16724
mod_vvisit_counterAll2513797
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -