Home Dhul
Dhul PDF Print E-mail
Lehen il-Belt Gorgjana
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 07 April 2009 07:39

Introduzzjoni

lbg_1056FM

 

TEL - 52102016 (50c/Call)
SMS - 50611056 (23c/sms)

 

 

Ir-Radju Lehen il-Belt Gorgjana twieled fis-sena 2008. Sar propju bl-inizzjattiva taz-zghazagh u l-membri tal-Kumitat Festi Esterni. Ma' dawn hadmu wkoll membri ohra ta' Ghaqdiet Qriema biex ir-radju fil-bidu tieghu kien wiehed success.

Ghall-ewwel ftit granet dan ir-radju beda jxandar bi prova, biex fl-1 ta' Mejju bdiet skeda ta' xandiriet li baqght sejra sad-29 ta' Gunju, propju sal-Festa ta' San Gorg iccelebrata f'Hal Qormi, 2008. Matul dawn ix-xaharejn saru programmi specjali kif ukoll maratona li fiha ingabru flus biex itaffu l-ispejjez li progett bhal dan kien jinvolvi. Il-Qofol intlahaq fil-gimgha tal-festa ta' San Gorg, meta ir-radju xandar il-funzjonijiet kollha li saru fil-knisja, kif ukoll saru kollegamenti mill-Marci.

Bhala studios ghal dan l-istazzjoni kienu qed jintuza propjeta tal-Knisja Parrokkjali li jinsab ezatt taht il-bini tal-Kumitat Festi Esterni (dak li qabel kien 'il-Musbieh Nisrani').

Dan ir-Radju ma kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna u l-hegga ta' hafna, fosthom l-Arcipriet il-Kanonku Dun Anton Cassar, il-Kumitat Festi Esterni, Ghaqdiet tal-Parrocca Gorgjana u ohrajn li taw is-sehem taghhom biex dan ir-radju lahaq l-ghan li ghalih twaqqaf.

Ir-Radju qieghed ixandar ghal perjodu tal-Gimgha l-Kbira sal-Festa ta' San Gorg 2009.

 

Lehen ic-Chairman Kummissjoni Radju

L-istazzjon tal-Qriema kollha

Ghat-tieni sena konsegutiva l-Kumitat Festi Esterni rega introduca l-istazzjon tal-komunita Lehen Il-Belt Gorgjana. Wara is-success li ksibna is-sena l-ohra il-Kumitat hass lid an ghandu jerga jsir ghal perjodu ta 4 xhur propju mill-festi tal-gimgha mqadsa sal-festi ta San Gorg li jigu iccelebrati f’gunju.

Kienet propju idea ta l-arcipriet dun anton cassar li xtaq li it-trazmisjonijit ikunu ghal perjodu ta erba xhur dan sabiex inkunu nistghu wkoll inxandru il-festi tal-gimgha imqadsa li huma tant gheziez ghalina l-qriema gorgjani. Dan intlaqa tajjeb mill-kumitat centrali u ghal hatar ghal ewwel darba kummisjoni tar-radio sabiex tkun tista tamministra dan l-istazzjoni.

Ma domniex wisq, fejn mill-ewwel iltqajna sabeix nibdew nahdmu ghal iskeda twila li kelna tistenniena. Gie deciz mill-kummisjoni li ghandna nghati importanza fuq il-programmi relatati mall-knisja, kumitat u anki storja ta hal-qormi ghalhekk gie deciz li dawn il-programmi ghandhom jinataw l-ahjar hinijiet fl-iskeda sabiex b’hekk inkunu nistghu nwaslu l-informazzjoni lis-semmiegha b’mod aktar car. Mill-kummisjoni hareg li ghandna noffru l-ahjar ghal dawk li qedin jisinghu is-semmiegha u shaqna dwar il-varjazzjoni tal-programmi li ghandu jkolna matul din l-iskeda ta erbgha xhur.

Matul din l-iskeda hallejna dawk il-programmi li kienu ta interess kbir is-sena l-ohra u li kelna rispons tajjeb hafna ghalihom fosthom overture ta Mro.M.Testa, mill-arkivji tal-parocca u aktar ta Emanuel Portelli u Carmel Bianchi, Rahal Twelidi ta Dr.J.F.Grima u Bil-Qawwa ta Mhabtek ta Tony Boansis. Ma dawn gew mizjuda diversi programmi godda edukattivi, religjuzi u kulturali. Dawn huma- 90 sena ta’ storja ta Pawlu Sammut u Robert Cremona, Tizwieqa ta Gorg Sammut, mill-knisja il-gewwa ta Gorg Sciberras, Staqsini 23 ta Marieluise Sammut, Nies ta Hila ta Carmel Bianchi u gabra ta radju drammi bil-ghajnuna ta Emanuel Portelli. Ma nistax ma nsemmix il-quddies lit a kuljum inxandru live min gewwa il-knisja u sahansitra gew mizjuda zewg quddisiet ohra fl-4:30pm nhar ta tlieta u nhar ta hamis. Ma dawn inzid ukoll il-programmi tal-marci din is-sena mhux il-hadd biss imam anki is-sibt wara nofsinhar grazzi ghal Antonie Falzon, Joe Chetcuti u Mro.M.Testa.

Ma din il-varjazzjoni kollha ma nistax ma nsemmix ukoll in-numru kbir ta dj’s u prezentaturi li b’mod volontarju jwaslulna varjazzjoni ta muzika matul il-gurnata u ta dan nirringrazjawhom. Matul din l-iskeda ser jixxandru wkoll l-funzjonijiet kollha live kemm ghal fest ital gimgha imqadsa kif ukoll ghal festa ta San Gorg kemm min gewwa il-knisja kif ukoll b’kollegamenti min gewwa it-toroq tal-purcisjoni u anki matul il-marcijiet mill-baned tal-parocca taghna.

Dan l-istazzjoni ma setax ikun success ghal numru ta volontiera li taw is-sehem tahhom sabiex dan seta jkun ta success. Nixtieq nirringrazzja ukoll lil arcipriet li ghal sena ohra ofrielna post sabiex inkunu nistghu narmaw l-istudio minflok il-musbieh nisrani. Fl-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lil Kumitat Festi Esterni talli qied jinvesti f’dan l’istazzjoni propju sabiex nkunu nistghu nwaslu dawn ix-xandiriet lis-semmiegha.

Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li irreklamaw fuq dan l-istazzjon, nirringrazzja lil dawk kollha li taw b’xi moghod jew iehor sehem ghal dan l-istazzjon. Naghlaq bill nawguralkhom is-smiegh it-tajjeb fuq Lehn Il-Belt Gorgjana

 

Mark Cremona

Tista tara din l-Intervista http://www.youtube.com/watch?v=IVxYP7K4cDs

 

Press Release

(mehuda minn fuq il-Gazzetta Il-Mument)

1-Tista tghidli kif il-Kumitat Festi Esterni SGM iddecieda bil-kollaborazzjoni tal Kappillan il-Kanonku Dun Anton Cassar, illi it-trasmissjonijiet tar-Radju Lehen il-Belt Gorgjana jiftah daqsehkk kmieni?

 

Kienet propju is-sena l-ohra meta mort inkellem lil arcipriet dwar kif morna bit-trazmisjonijiet is-sena l-ohra fejn ferhilna hafna u taghna l-prosett tal-mod eccellenti u serju il-mod ta kif mexxejna dawk ix-xaharejn. Hu stqar mieghi illi tkun xi haga sabieha li kieku nxandru l-festi tal-gimgha mqadsa kif ukoll tal-festa liturgika ta San gorg propju ghal perjodu ta erba  xhur. Jien meta smajt hekk intlejt b’kuragg kbir dan ghaliex deher illi l-arcipriet kien sodisfatt bil-mod ta kif tmexxa l-istazzjon. Mort nitkellem mal-kumitat centrali dwar din l-idea ta l-arcipriet bla dubju ta xejn dawn laqaw din l-idea b’ferh kbir.

 

2-Tahseb illi ir-Radju, is-sena li ghaddiet fix-xaharejn li dam miftuh ghall l-okkazzjoni tal-festa tal-Patrun tal-Belt Pinto San Gorg Martri halla mpatt mixtieq mis-semmiegha Gorgjani?

 

Kienet xewqa tal-qriema gorgjana li jkollna sazzjon tal-komunita. Nista nghid li ir-risponns li kelna mill-paruccani kien qawwi hafna kullhadd interest sabiex jara kif jitmexxa dan l-istazzjon u kif inhu ukoll armat. Kullhadd erhilu jibat il-messaggi dwar il-programmi varji li kelna fl-iskeda kif ukoll id-dediki specjalment fil-programmi tal-marci li int stess kont parti min dan it-team ukoll.

 

3-Minn wara il-festa tas-sena li ghaddiet l-hawn sar tfassil ta’ tibdil strutturali mhux hazin kemm fl-ambjent tar-Radju mnnifsu kif ukoll fl-apparat tieghu. Tista tghidli jekk sibtux kooperazzjoni sabiex isir dan it-tibdil?

 

Din is-sena sar xoghol kbir sabiex inbiddlu il-mod ta kif inhu imqassam l-istazzjon, hassejna li ghnda infaslu l-istazzjon b’mod li jkun aktar komdu sabiex jsiru l-programmi ‘live’ b’numru ta mistiedna. Kelna bosta persuni li taw kontribut ghal dan ma jistax jonqos il-membri tal-kumitat kif ukoll tas-sezzjoni li b’entuzjazmu kollha taw sehemhom sabiex jsir dan Ma nistghax ma nsemmix lil joe frankalanza, Mario Zammit , Chris u charlon li kienu it-teknici taghna. Grazzi ghal dawn il-persuni ghandna il-facilita li nxandru il-quddiesa ‘Live’ kuljum min gewwa il-knisja u anki ic-celebrazjonijiet li ghandhom jsiru mghatul din l-iskeda.

 

4-X’inhi ir-reazzjoni sa issa tal-Gorgjani Qriema dwar l-Iskeda tar-Radju. Qed tintlaqa sewwa?

 

Din is-sena hadna hsieb li nzidu u nzewqu l-iskeda dan ghaliex stazzjon tal-komunita jkun interessanti meta jintela bi programme interesanti kemm kulturali, storici u edukattivi. Matul din l-iskeda tghajna prijorita lil progranni ta informazzjoni dwar il-wirt kultura u storja kemm tal-parocca kif ukoll ta rahal twelidna billi tghajniehom il-hin li fih l-aktar li jinstema ir-radju propju mill-hinijiet tas-sitta sat tmienja ta filghaxija. Fost dawn il-programmi nsibu mill-arkivji tal-parocca u aktar, mill-knisja il-gewwa, madwar il-mejda u tizwieqa kollha programme relatati mal-parocca u it-tghalim religjuz. Ma jonqosx ma ninkludux il-programmi overture, kitbiet ulied beltna, min rahal twelidi programme li kienu fl-iskeda tas-sena l-ohra. Programmi ohra li xtaqu li ninkludu is-semmiegha kienu nies ta hila u staqsini 23 li ta min jghid li qedin jinzlu tajjeb ferm mis-senniegha taghna.

 

5-Kif taf tajjeb inti, sabiex twaqqaf stazzjon tar-Radju tal-Komunita mhix cajta. Trid tinvolvi nies addattati mhux hazin. Kif sibtuha dina is-sitwazzjoni?

 

Sabiex twaqqaf dan l-istazzjon il-kumitata hass li ghanda niffurmaw kummisjoni dan sabiex inkuni nistghu ukoll nghagnu l-ideat taghna flimkien sabiex imbad johrog prodott wiehed tajjeb. Il-kummisjoni hija iffurmata b’dawn il-membri: Joseph aquilina, gorg sammut, gorg sciberras, leli portelli, jourgen scerri u joe spiteri. Din il-kummisjoni hija immexija propju minni. Ma nistghax ma nsemmix diversi nies li jghatu sehemhom ukoll ghal dan l-istazzjon fosthom Andre Galea, Antonie Falzon, justin saliba u kif ukoll Robert Cremona. Minghajr l ghajnuna kollettiva ta dawen in-nies dan l-istazzjon ma jkunx jista jitmexxa b’dan il-modu b’din il-konsistenza.

 

6-Tahseb illi dan ir-Radju wara l-esperjenza mmens tajba tas-sena li ghaddiet qed ikun ta’ gid? U tahseb li il-quddiem ghandu jiftah matul is-sena kollha?

 

Bla dubju, il-fatt li dik il-persuna li qeda id-dar u ma tistax tohrog, il-fatt li ta kuljum tisma ir-ruzarju u anki il-quddies huwa ga bizzejjet u l-iskopp taghna intlahaq. Biss fl-opinjoni tieghi inhoss illi ghalissa ghandna nkomplu nxandru ghal perjodu tal-gimgha imqadsa u tal-festa, l-ewwel net ghaliex biex tghamel dawk il-programmi kollha live hija impenn qawwi hafna u t-tieni ghaliex jintilef l-interess. Dan l-argument inkompli nsahhu anki meta nisma persuni jitkelmu dwar stazzjonijiet bhal taghna li jxandru ghal sena shieha u ilhom ixandru ghal ammont ta snin in-nies jitilfu l-interess lejn l-istazzjon. Ghaldaqstant naqbel li jsir izda jibqa jsir ghal perjodu fejn ikollok il-full commitment tal-prezentaturi u l-interess qawwi tas-senniegha.

 

7-Tista tghidli x’inhi ir-reazzjoni tal-Kappillan ghall din id-darba, wara l-esperjenza mill l-aqwa tas-sena li ghaddiet?

Bla dubju li l-arcipriet kuntent mhux biss bl-istazzjoni imam ukoll bil-livell gholi ta programmmi li qed nxandru il-fatt li xandarna l-ezercizzji f’dan iz-zmien tar-randan u kif ukoll li nxandru ta kuljum il-quddiesa u anki r-ruzarju jixhed li l-iskop tad an l-istazzjoni hu li nwaslu l-mesagg religjuz, edukattiv u anki kulturali lil dawk kollha li jisimghu dan l-istazzjon. Ma nistax ma nsemmix il-festi tal-gimgha mqadsa u ta San Gorg li ser nxandru l-funzjonijiet kif ukoll l-ipurcisjonijiet kollha live. Dan hu kollhju xieghda ta npenn qawwi mill-membri kollha kemm tal-kumitat u tas-sezzjoni u ghal dan ma ghandiex dubju li l-arcipriet tal-parocca taghna kuntent hafna.

 

Last Updated on Wednesday, 29 January 2014 16:43
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday166
mod_vvisit_counterYesterday899
mod_vvisit_counterThis week3206
mod_vvisit_counterThis month16724
mod_vvisit_counterAll2513797
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -