Home TiKKa Attwalita Il-Vara Titulari
Il-Vara Titulari PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 06 April 2009 09:43

L-istatwa ta' San Gorg

 

L-Uzu tal-vari fil-festi zviluppa f’pajjizna matul dawn l-ahhar erba’ mitt sena. Immorru lura lejn is-seklu sittax u nsibu l-ewwel vari fl-ewwel purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira fir rabat, Malta. Xterrdu dawn il-purcissjonijiet, fosthom f’Hal Qormi f’data li ma nafuhiex, u dahal ukoll l-uzu tal-vari fil-festi titulari u f’ohrajn bhal, inghidu ahna, il-purcissjonijiet tal-Madonna tar-Ruzarju.

Fis-seklu sbattax diga kellna l-maghrufa statwa ta’ San Pawl li saret minn Melkjorre Gafa’. Zdiedu ohrajn, bil-mod hafna ghall-ewwel, inkluz manikin imlibbes ta’ San Nikola fis-Siggiewi. F’Hal Qormi konna fost ta’ l-ewwel li kellna vara titulari, dik ta’ San Gorg, fis-seklu tmintax.

PIETRU FELICI – L-ISKULTUR TAL-VARA TA’ SAN GORG

 

TAFU GHALIEX L-ISTATWA TA SAN GORG

HIJA TANT SABIHA? GHAX SARET MINN

QALB QORMI (DUN PAWL ATTARD

22 TA’ GUNJU 1981)

Pietru Felici twieled Hal Qormi nhar 22 ta’ Dicembru 1669, iben genituri li tnejn kienu wkoll Qormin: Wistin Felici u Grazzja Mallia li zzewgu fil-Knisja parrokjali ta’ San Gorg nhar it-28 ta’ Frar, 1666. Maz-zwieg taghhom kellhom hamest itfal. Pietru gie mghammed fl-istess jum fil-Knisja ta’ San Gorg. Wara l-mewt ta’ ommu fl-eta ta’ 29, missieru zzewweg ohra, u erhewlha l-Isla. Fl-Isla kien hemm jghix Anton Zahra li kien wiehed wiehed mill-ahjar esponenti li kella Malta dak iz-zmien fl-iskultura fil-gebla.

Pietru miet l-ghada, fis-27 ta’ Frar 1743, fl-eta’ ta’ 73 sena.

 

 

XOGHLIJIET

 

O BRAVU PIETRU FELICI

X’KELLU JOHROG MINN TAHT IDEJK

B’DIN L-ISTATWA TA’ SAN GORG MARTRI

LILL-POPLU QORMI, INT HENNEJT

 

Fil-misrah ewlieni tas-Siggiewi, hemm statwa tal-gebel li tirraprezenta lil San Nikola, fl-1732 li hija attribwita lil Pietru felici. Jidher bic-car li f’dokument iehor insibu li Pietru skolpixxa l-vara processjonali u titulari ta’ rahal twelidu: il-Vara ta’ San Gorg. Dan iwaqqa ghal kollox ix-xnihat li saru li San Gorg gie maghmul minn Melkjorre Gafa’. Juri wkoll li x-xoghol fuq l-istatwa beda fit-18 ta’ Lulju 1738, li ghaliha thallas 110 skud ghal xoghlu u 40 skud ohra ghall-erba’ angli li hemm fuq il-pedestall. Din l-informazzjoni ma’ thalli ebda dubju li San Gorg. Ricentament skond Joseph Attard instab ukoll lit-tip ta’ njam li uza l-iskultur huwa l-ulmu. Nimmaginaw li Pietru kellu bzonn diversi drabi jsinn l-isgorbi tieghu. Meta nitfghu harsitna lejn it-Titulari parrokjali jidher li Pietru Felici hu l-ewwel artist Malti li hadem, f’art twelidu, l-ewwel zewg statwi processjonali ta’ qaddisin titulari ghal zewg knejjes parrokjali Maltin: San Nikola u San Gorg. Fil-fatt, ix-xogholijiet maghrufin ta’ felici juru espressjoni matura ta’ skultura tipikament barokka li kienet fl-aqwa taghha f’dawk iz-zminijiet.

 

IL-VARA TA’ SAN GORG

 

FI XBIHATEK IL-GMIEL U L-QLUBIJA

BIEX NISGITHOM FL-ART L-ANGLI GIET:

SAWBET DEH’NA F’MOHH PIETRU FELICI

BIEX FIK GABAR TAS-SEMA L-HLEWWIET

(SILTA MINN “GORGI TAGHNA”)

 

266 Sena ilu, nhar it-23 ta’ April 1741, jum li habit il-Hadd, harget ghall-ewwel darba processjonalment il-vara titulari ta’ San Gorg mill-knisja parrokjali ta’ Hal Qormi. Din l-informazzjoni jaghtihielna l-kapillan ta’ dak iz-zmien, Dun Guzepp Vella, f’pagna f’wiehed mir-registri parrokjali fejn kompla zied li hu stess, bil-permess tal-Isqof Fra Pawl Alpherand de Bussan, kien berikha fil-jum ta’ qabel f’cerimonja li saret wara quddiesa u li ghaliha attenda l-poplu qormi.

 

Il-pedestall innifsu skolpih mghallem iehor indikat bhala Maestro Anastasio li miet ftit wara li spicca x-xoghol. Sentejn wara li zzanznet il-vara, jigifieri fl-1743, saret nicca li qamet 22 skud u 6 tari, fuq disinn ta’ l-Imghallem Bormliz Abram Gatt izda x-xoghol tal-Kawba nhadem minn ebanista mill-Birgu, Vincenso vassallo, fil-waqt li x-xoghol ta’ skultura u ntarzjar hareg mill-idejn kapaci ta’ manwel Buhagiar, mill-birgu wkoll. L-ispejjez thallsu mill-gbir fost il-Qormin. Fin-nicca originali, daz-zmien titqieghed il-vara ta’ San Mikiel Arkanglu.

 

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 

PJAN

 

M’hemm ebda dubju li biex saret din il-vara kellu jintalab permess minghand l-isqof. X’aktarx li kollox sar bil-fomm ghax, almenu s’issa, la nstabet talba biex issir il-vara ul-anqas il-permess. Jidher, fil-fatt, li t-tiswir tal-vara titulari kienet wahda mill-opri li l-Kappillan Vella ried li jigu mwettqa biex izejjen ahjar il-knisja parrokjali, il-funzjonijiet liturgici u wkoll il-purcissjoni titulari b’opri li diga’ semmejnihom.

 

Ma jidhirx li kienet issir purcissjoni fil-festa tat-titular, almenu sal-1729, ghax dan l-avveniment ma jissemmiex fil-Visti Pastorali. Min-naha l-ohra jissemmew zewg ghosrien bil-kant, quddiesa solenni bil-muzika u l-panigierku. Izda issa li kienet ser issir il-vara titulari, saru preparamenti xierqa wkoll miz-zewg fratellanzi tas-Santissmu Sagrament u tar-Ruzarju li t tnejn ghamlu standardi godda, fl-1740 u fl-1739 rispettivament.

 

ZVILUPPI GODDA

 

Ghaddew ‘il fuq minn 140 sena, u ma jidhirx li kien hemm xi zviluppi godda rigwarrd l-istatwa titulari ta’ San Gorg qabel qrobna lejn tmiem is-seklu dsattax. Li l-festa kompliet tikber hu fatt u dan jixhduh rapporti fl-istampa lokali li jitkellmu dwar baned, nar opri godda li zzanznu fil-knisja parrokjali. Saru diversi opri bhat-terha tal-artal maggur fl-1885 u s-sopraporta fl-1893 fil-knisja, u fit-toroq saru il-palk il-gdid tal-banda fl-1884 u l-istatwi tal-genituri ta’ San Gorg fl-1895.

 

 

MEWGA TA’ BIDLA

 

Jidher li lejn tmiem is-seklu dsatax tqajjem movement kontra l-arti barokka, favur li ssir vara gdida flok l-opra ta’ Felici. F’ittra f’gurnal lokali fl-1883, korrispondent anonimu fahhar lill-prokoratur Dun Guzepp Mifsud ghall-hafna opri li wettaq izda talbu jibdel l-istatwa titulari ta’ San Gorg. Il-korrispondent kien tal-fehma li l-istatwa l-qadima tigi preservata fin-nicca taghha u ssir ohra ahjar, bhall-figura ta’ San Gorg li hemm fil-pittura fil-kor, liebes libsa ta’ Ruman b’salib f’idu il-leminija, pittura neo-klassika li wettaq Pietru Pawl Caruana fl-1843.

 

X’gara wara ezatt ma nafux. Dun Salv Sammut li miet fl-1951 kien jghid li dawn kienu biss xnighat, ghalkemm xi nies riedu l-bdil tal-vara umbaghad raw li ahjar jirrangaw dik li hemm. Sitt snin wara ix-xnighat jidher li l-vara l-gdida ta’ Valenti ingiebet Malta imma qatt ma waslet Hal Qormi. Is sacerdot Dun Anton Cachia, li miet fl-1945 kien jghid li x-xoghol ta’ valenti inhatt ix-xatt u nfetah hemm. Ix-xoghol deher li ma ntoghgobx u ntbaghat lura Palermo. Skond Dun Anton, kienu hadu parir minghand Karlu Darmanin li sab xi difetti li kissru l-ftehim li sar fuq il-buzzett. Nassumu li din l-istatwa kienet tirraprezenta l-figura ta’ San Gorg bis-salib f’idu bhall-pittura ta- kor bhalma kien propost sitt snin qabel.

 

MODIFIKAZZJONI FIL-VARA TITULARI

 

Bhalma diga’ rajna, il-vara ta’ San Gorg ma tbiddlitx fl-1889. Izda sitt snin wara, sarulha xi modifikazzjonijiet li biddlu xi ftit l-opra originali ta’ Pietru Felici. Rapport fl-istampa lokali tana ideja cara f’gara fl-1895;

 

“Din is-sena min imur sa Hal Qormi, li tahbat nhar it-Tnejn u t-Tlieta li gejjin, 22 u 23 t’ April, jiehu bla dubju pjacir jara dik il-famuza statwa kif issa giet irrangata, li bejn l-iskultura, induratura u pittura, u bradella u kaxxa ta’ tahtha tal-kawba, intefqet soma ta’ dwar il-mija u ghoxrin lira…………

………Kif jaf kulhadd, dik il-vara antika, li jghidu kienet mahduma mn’idejn imfahhra, kienet tidher ftit u xejn goffa, u taw kemm-il darba s-salt biex ibiddluha, li sahansitra giebu wkoll wahda abbuzzata minn barra; izda l-poplu tar-rahal, li ghandu wisq devozzjoni kbira lejn l-istatwa antika, ried illi kieku tissewwa mill-ahjar u ma jbiddluha xejn. U hekk sar…………

………… F’kelma wahda Hal Qormi ghandhom issa vara famuza li thabbatha ma l-isbah vari li jinsabu hawn Malta. Ghallinqas ibirkuhom il-flus li nefqu fiha, u haqqhom prosit talli gharfu jerhuha ghat-tiswija f’idejn imghallmin mill-ahjar bhalma huma l-iskultur Bugeja, induratur Gauci, u l-famuz pittur Cali’.”

 

L-erba’ angli zghar, li qeghdin fuq il-mensoli tal-pedistall, ma kellhomx, bhalma ghandhom illum, skrizzjoni f’idejhom. Minflok kellhom il-gilju, bukkett tal-ward, il-frott u fjamma tan-nar li kienu jfissru s-safa’, il-fwieha tal-qdusija, it-tjieba u z-zelu ghar-religjon Nisranija rispettivament.

 

Il-Modifiki fl-istatwa saru fi-xar, fil-mantell u fl-elmu fil-waqt li lid-dragun tawh par gwienah li kienu neqsin fl-original. Iccekken xi ftit, mill-wisa’ tieghu, il-pedestall. L-ahhar darba li gie indurate il-pedistall kien fl-1976 minn Manwel Farrugia fuq l-inizzjattiva tal-arcipriet Dun Gelard Frendo. Fl-1984 minhabba makkjatura, il-karnaggjon tal-wicc rega’ nzebah minn Alfred Camilleri Cauchi.

 

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 

 

XEBH

 

Hawn min jahseb li l-vara ta’ San Gorg, kif skolpieha l-iskultur Felici, mhix ghal kollox unika fis-sens li f’Malta tezisti statwa tixbaghha hafna. Qieghed nghid ghal statwa tal-gebel li tirraprezenta lil San Gwann Battista u li qieghda fl-Oratorju ta’ l-Onorati fil-Knisja tal-Gizwiti fil-Belt. Harsa lejn din l-istatwa, iggieghlek tahseb li kemm hi u kemm il-vara ta’ San Gorg hargu mill-istess id. Izda nota mwahhla mal-bieb ta’ l-Oratorju ta’ l-Onorati fil-knisja tghidilna li din l-istatwa, li qieghda fuq ix-xellug tal-artal, hi opra ta’ skultur li jgib l-isem ta’ Bartholomeo Danvillo li hadem ukoll l-istatwi l-ohra li hemm fl-istess post. Dan Danvillo x’aktarx kien Sqalli li emigra u hadem f’Malta. Tajjeb inzommu f’rasna li kemm Felici kif ukoll Danvillo kienu skulturi lokali igifieri hadd minnhom ma kien maghruf barra gziritna. Seta’ ghalhekk, dawn iz-zewg skulturi kellhom l-istess sors ta’ ispirazzjoni u kif gara fl-istatwa tal-Madonna ta’ Haz Zebbug, Felici skolpa fuq disinn ta’ haddiehor.

Ricerkaturi ricenti sabu li dawn iz-zewg statwi, b’mod dirett jew indirett, inhadmu fuq il-figura ta’ MARTRI li originarjament tfassal minn Melkjorre Gafa’ u li illum tinsab fil-Muzew tal-Arti, Valletta.

 

PALMA, HAGAR PREZZJUZ, DIJADEMA U SANDLI

 

SANDLI, PALMA U DIJADEMA

TAD-DEHEB DAWN LI L-QLUB OFFREW

INLIBSUWOMLOK FIL-JUM TA-FESTA

BIEX MA MALTA JITGAWDEW

 

 

Fl-1939, fi zmien il-Kappillan Dun Anton Vella (Aktar tard Arcipriet u Monsinjur), inbidlet il-palma originali u saret ohra aktar rikka tad-deheb. Din turi fergha ta’ palma bi tliet kuruni mdahhlin fiha, simboli tad-diversi martitji li soffra San Gorg. Parti mid-deheb uzat kien minn diversi oggetti, bhall-imsielet, li taw il-parruccani. Nhar is-16 ta’ April, 1939 il-palma l-gdida tbierket mill-Isqof Dom Mawru Caruana OSB. Giet indurata wkoll id-dijadema. Dik is-sena il-festa saret fil-21 ta’ Mejju.

 

Lejn tmiem il-parrokat tal-Arcipriet Vella (1934 – 1955), fl-1953 gie celebrat it-33 cinkwantinarju mill-mewt ta’ San Gorg li sehhet fis-sena 303 W.K. Qisu biex issir bhal thejjija ghal din ic-celebrazzjoni, fl-1951 zdietet opra ohra fil-vara titulari li kienet tikkonsiti f’li twahhlu disa’ hagriet prezzjuzi: tliet topazji, tliet ezmeraldi u tliet rubini. Tqieghdu tliet hagriet fuq kull sandli u tlieta ohra mac-cinta tal-ghonq tal-korazza flimkien ma numru ta’ djamanti fic-cintorn tal-qadd.

 

Fl-1957, fil-parrokat tal-Arcipriet Dun Gerard Frendo, aktar tard Monsinjur, izanznet id-dijadema tad-deheb li tintuza fil-jiem tal-festa. Id-disinn hu ta’ manwel Buhagiar u l-ispejjes thallsu mis-Sinjur C. Borg u mis-Sinjorina C.Camilleri. It-tberik sar nhar il-Hadd, 26 ta’ Mejju. L-ewwel sar marc mill-Banda San Gorg Martri u mbaghad, fuq iz-zuntier, sar diskors ta’ l-okkazjoni mill-avukat Gorg Zammit. Ic-cerimonja tat-tberik saret minn Monsinjur Carmelo Sammut li fl-istess sena, halla fit-testment tieghu s-salib pettorali tad-deheb biex jitlibbes ma’ l-ghonq il-vara.

 

B’digriet tat-30 ta’ Jannar 1991, il-kurja Arciveskovili ta’ Malta laqghet talba mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg, maghmula permezz ta’ l-Arcipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina, biex isir sandli tad-deheb ghall-istatwa ta’ San Gorg fl-okkazjoni ta’ eghluq il-250 sena minn meta zzanznet din il-vara titulari. Ix-xoghol, f’deheb ta’ 22 karat, gie fdat f’idejn l-argentier Louis Carabott tal-Marsa wara li l-iskultur Alfred Camilleri Caughi ha forma ta’ riglejn l-istatwa. Ic-cerimonja ta’ inawgurazzjoni u t-tberik ta’ din l-opra gdida saret is-Sibt 22 ta’ gunju 1991 waqt f’serata muziko-letterarja.

 

BANKUN, BRADELLA U FURCINI

 

Meta fl-1895 saru modifiki fil-vara titulari, izzanznu wkoll bankun u bradella tal-kawba li baqghu jintuzaw ezattament 90 sena, jigifieri sal-1985, meta posthom ittiehed mill-opra artistika li hi wzata llum il-gurnata. Kien it-12 ta’ Gunju 1981 meta l-Arcipriet Dun Pawl Attard ipprezenta rikors lill-Kurja biex isiru bankun u bradella godda fuq disinn tas-sur Frans Treeby Decelis.

 

Il-progett gie approvat fit-18 ta’ Awissu 1982 u tbierek nhar il-Hadd 23 ta’ Gunju 1985 mill-Arcipriet Dun Edgar Attard. L-ghada tqieghdet fuqu listatwa titulari ta’ San Gorg u l-bradella ntuzat processjonalment l-ewwel darba fit-30 ta’ Gunju 1985.

Fin-nofs tal-erba’ faccati tal-balkun hemm erba’ panewijiet tal-bronz, li jirrapprezentaw lill-San Gorg waqt il-martirju tieghu, San Gorg in Gloria, Papiet u Ditturi li kitbu fuq San Gorg, u l-qima moghtija lil San Gorg mill-gnus.L-erba’ kantunieri huma mzejnin b’erba’ rapprezentazzjonijiet li spikkaw fil-hajja nisranija ta’ San gorg li huma, l-Fortitudni, il-Fidi, it-Tama, u l-Imhabba. Il-mudelli u l-panewijiet saru mill-idejn l-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

 

Ix-xoghol ta’ linjam tal-gewz sar minn zewg imghallmin Qormin, Guzeppi Curmi u Gorg Debono. L-Intarzjar fl-injam sar mill-istess disinjatur, frans Treeby Decelis, fil-waqt li l-iskultura fl-injam hi xoghol l-imghallem skultur Salvatore Bugeja. Imghallem qormi iehor, Nazzareno Darmanin ha hsieb ix-xoghol tal-ostru u m’accettax hlas ta’ xoghlu.

 

Fil-festa tal-1987, izzanznu sett furcini godda biex jikkumplimentaw il-bankun u l-bradella. Sentejn wara izzanzan il-bankun tal-furcini, li nhadem mill-imghallem Gorg Debono fil-waqt li l-iskultura fl-injam u d-disinn saru mill-iskultur Salvatore Bugeja

 

RFIEGH

 

Fit-23 ta’ April 1741 li kif diga’ ghidna li habat il-Hadd inharget ghall-ewwel darba il-vara ta’ San Gorg. Il-parrocca ta’ San Gorg iccelebrat il-250 anniversarju tal-vara titulari fl-1991. Ma jfissirx li l-vara, sa’ l-2007 inharget 266 darba ghax fi zmien krizijiet nazzjonali hal nghidu ahna, fi zmien l-Imblokk tal-francizi u t-Tieni Gwerra Dinjija, festi ta’ barra ma sarux fil-waqt li l-vara gie li harget aktar minn darba f’xi okkazjonijiet ohra bhal l-erba’ pellegrinaggi li saru lejn is-santwarju tal-Madonna tal-Hlas fl-1850, fl-1854 u fl-1870 minhabba l-mard tal-kolera u nuqqas ta’ xita. Fl-2003 sar pellegrinagg fit-22 ta’ April biex ifakkar is-sbattax –il mitt sena mill-martirju ta’ San Gorg.

 

 

KONKLUZJONI

 

“…Iz-zewg statwi, ta’ San Nikola u ta’ San Gorg,…. Huma espressjoni tipika ta’ skultura barokka li dik il-habta kienet fl-aqwa taghha…..

Niltaqghu ma’ ghadd ta’ statwi tal-Madonna tar-Ruzarjuf’parrocci f’Malta, kif ukoll xi statwi ohra. Dawn, flimkien ma’ l-istatwi ta’ San Gorg u San Nikola, huma d-dokumentazzjoni l-aktarantika ta’ xoghol ta’ skultura fl-injam ta’ certu valur li ghandna fil-knejjes taghna u li nafu li saru f’Malta….”

 

MONS. Prof. Vincent Borg D.D, H.E.D., Arch.Chr.L.,

Professur tal-Istorja tal-Knisja u Arkeologija Kristjana,

Univesita’ ta’ Malta.

 

(INFORMAZZJONI MEHUDA MILL-KTIEB TA’ JOE GRIMA “IL-VARA TITULARI TA’ SAN GORG F’HAL QORMI 1741 – 1991)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

Last Updated on Sunday, 30 August 2009 22:36
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday186
mod_vvisit_counterYesterday557
mod_vvisit_counterThis week2062
mod_vvisit_counterThis month10827
mod_vvisit_counterAll2507900
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -